22013A0427(01)

Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, fir-rigward ta’ Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan fil-programmi tal-Unjoni

Official Journal L 117 , 27/04/2013 P. 0002 - 0005


Protokoll

għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, fir-rigward ta’ Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan fil-programmi tal-Unjoni

L-UNJONI EWROPEA, minn hawn ’il quddiem imsejħa "l-Unjoni",

minn naħa waħda, kif ukoll

IR-RENJU ĦAXEMITA TAL-ĠORDAN, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ "il-Ġordan"

min-naħa l-oħra,

minn hawn ’il quddiem imsejħin "il-Partijiet"

BILLI:

(1) Ir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan ikkonkluda Ftehim Ewro-Mediterranju li jwaqqaf assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom min-naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan min-naħa l-oħra [1] (minn issa "il-Ftehim"), li daħal fis-seħħ fl- 1 ta' Mejju 2002.

(2) Il-Kunsill Ewropew ta’ Brussell tas- 17 ut- 18 ta’ Ġunju 2004 laqa’ b'mod favorevoli l-proposti tal-Kummissjoni Ewropea għal Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) u approva l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal- 14 ta’ Ġunju 2004.

(3) Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, f’bosta okkażjonijiet oħrajn, ikkonkluda ripetutament favur din il-politika.

(4) Il-Kunsill, fil- 5 ta’ Marzu 2007, esprima appoġġ għall-approċċ ġenerali u globali deskritt fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal- 4 ta’ Diċembru 2006 sabiex l-imsieħba tal-Politika Ewropea tal-Viċinat jipparteċipaw fl-aġenzi Komunitarji u l-programmi Komunitarji fuq il-merti tagħhom u fejn hekk jippermettu l-bażijiet legali.

(5) Il-Ġordan esprima x-xewqa li jipparteċipa f’għadd ta’ programmi tal-Unjoni.

(6) It-termini u l-kondizzjonijiet speċifiċi, b'mod partikolari, il-kontribuzzjoni finanzjarja u l-proċeduri ta’ rapportar u ta' evalwazzjoni, dwar il-parteċipazzjoni tal-Ġordan f’kull programm partikolari għandhom jiġu ddeterminati f'Memorandum ta' Ftehim bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti tal-Ġordan,

FTEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ġordan għandu jitħalla jipparteċipa fil-programmi tal-Unjoni attwali u futuri kollha miftuħa għall-parteċipazzjoni tar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan skont id-dispożizzjonijiet relevanti li jadottaw dawn il-programmi.

Artikolu 2

Il-Ġordan għandu jikkontribwixxi finanzjarjament għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea li jikkorrispondi għall-programmi speċifiċi li fihom jipparteċipa l-Ġordan.

Artikolu 3

Ir-rappreżentanti tal-Ġordan għandhom jitħallew jieħdu sehem, bħala osservaturi u għall-punti li jirrigwardaw il-Ġordan, fil-kumitati ta' ġestjoni responsabbli għas-sorveljanza tal-programmi li fihom il-Ġordan jikkontribwixxi finanzjarjament.

Artikolu 4

Proġetti u inizjattivi mressqa minn parteċipanti mill-Ġordan għandhom, kemm jista’ jkun, ikunu suġġetti għall-istess kondizzjonijiet, regoli u proċeduri li għandhom x’jaqsmu mal-programmi kkonċernati kif huma applikati għall-Istati Membri.

Artikolu 5

It-termini u l-kondizzjonijiet speċifiċi dwar il-parteċipazzjoni tal-Ġordan f’kull programm partikolari tal-Unjoni, b'mod partikolari l-kontribuzzjoni finanzjarja u l-proċeduri ta’ rapportar u ta' evalwazzjoni, għandhom jiġu ddeterminati f'Memorandum ta' Ftehim bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti tal-Ġordan abbażi tal-kriterji stabbiliti mill-programmi kkonċernati.

Jekk il-Ġordan japplika għall-assistenza esterna tal-Unjoni biex jipparteċipa fi programm partikolari tal-Unjoni abbażi l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1638/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 24 ta' Ottubru 2006 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali għat-twaqqif ta' Strument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija [2] jew skont kwalunkwe Regolament simili li jipprovdi għall-assistenza esterna tal-Unjoni lill-Ġordan li jista' jiġi adottat fil-ġejjieni, il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-użu mill-Ġordan tal-assistenza esterna tal-Unjoni għandhom jiġu ddeterminati bi ftehim dwar l-iffinanzjar, li jirrispetta b’mod partikolari l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1638/2006.

Artikolu 6

Kull Memorandum ta’ Ftehim konkluż skont l-Artikolu 5, għandu jistipula, skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal- 25 ta' Gunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli ghall-bagit generali tal-Komunitajiet Ewropej [3], li l-kontroll jew awditjar finanzjarju jew verifikazzjonijiet oħra, inklużi investigazzjonijiet amministrattivi se jitwettqu minn, jew taħt l-awtorità tal-Kummissjoni Ewropea, tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi u tal-Qorti tal-Awdituri.

Għandhom isiru dispożizzjonijiet dettaljati dwar kontroll u awditjar finanzjarju, miżuri amministrattivi, penali u rkupru li jippermettu lill-Kummissjoni Ewropea, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi u l-Qorti tal-Awdituri li jiġu mogħtija setgħat li jkunu ekwivalenti għas-setgħat tagħhom rigward il-benefiċjarji jew il-kuntratturi stabbiliti fl-Unjoni.

Artikolu 7

Dan il-Protokoll għandu japplika għall-perjodu li fih il-Ftehim ikun fis-seħħ.

Dan il-Ftehim għandu jiġi rratifikat jew approvat mill-Partijiet skont il-proċeduri rispettivi tagħhom.

Kull Parti tista’ tiddenunzja dan il-Protokoll b’notifika bil-miktub lill-Parti Kontraenti l-oħra. Dan il-Protokoll għandu jintemm sitt xhur wara d-data ta’ din in-notifika.

It-terminazzjoni ta' dan il-Protokoll wara d-denunzja minn kwalunkwe waħda mill-Partijiet m'għandu jkollu l-ebda influwenza dwar l-ispezzjonijiet u kontrolli li jkollhom jitwettqu taħt id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 5 u 6 fejn xieraq.

Artikolu 8

Mhux aktar tard minn tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll, u wara kull tliet snin sussegwenti, iż-żewġ Partijiet Kontraenti jistgħu jirrevedu l-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll abbażi tal-parteċipazzjoni effettiva tal-Ġordan fi programmi tal-Unjoni.

Artikolu 9

Dan il-Protokoll għandu japplika, min-naħa waħda, għat-territorji li fihom japplika t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak it-Trattat, u min-naħa l-oħra, għat-territorju tal-Ġordan.

Artikolu 10

Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin permezz ta’ mezzi diplomatiċi dwar it-tlestija tal-proċeduri tagħhom meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu.

Sakemm id-dħul fis-seħħ ikun għadu pendenti, il-Partijiet jaqblu li japplikaw il-Protokoll proviżorjament mid-data tal-firma tiegħu.

Artikolu 11

Dan il-Protokoll għandu jagħmel parti integrali mill-Ftehim.

Artikolu 12

Dan il-Ftehim huwa miktub b'żewġ kopji fil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana, Ungeriża, Żvediża u Għarbija, u kull wieħed minn dawn it-testi huwa ugwalment awtentiku.

Съставено в Брюксел на деветнадесети декември две хиляди и дванадесета година.

Hecho en Bruselas, el diecinueve de diciembre de dos mil doce.

V Bruselu dne devatenáctého prosince dva tisíce dvanáct.

Udfærdiget i Bruxelles den nittende december to tusind og tolv.

Geschehen zu Brüssel am neunzehnten Dezember zweitausendzwölf.

Kahe tuhande kaheteistkümnenda aasta detsembrikuu üheksateistkümnendal päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις δεκαεννέα Δεκεμβρίου δύο χιλιάδες δώδεκα.

Done at Brussels on the nineteenth day of December in the year two thousand and twelve.

Fait à Bruxelles, le dix-neuf décembre deux mille douze.

Fatto a Bruxelles, addì diciannove dicembre duemiladodici.

Briselē, divi tūkstoši divpadsmitā gada deviņpadsmitajā decembrī.

Priimta du tūkstančiai dvyliktų metų gruodžio devynioliktą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizenkettedik év december havának tizenkilencedik napján.

Magħmul fi Brussell, fid- dsatax-il jum ta’ Diċembru tas-sena elfejn u tnax.

Gedaan te Brussel, de negentiende december tweeduizend twaalf.

Sporządzono w Brukseli dnia dziewiętnastego grudnia roku dwa tysiące dwunastego.

Feito em Bruxelas, em dezanove de dezembro de dois mil e doze.

Întocmit la Bruxelles la nouăsprezece decembrie două mii doisprezece.

V Bruseli devätnásteho decembra dvetisícdvanásť.

V Bruslju, dne devetnajstega decembra leta dva tisoč dvanajst.

Tehty Brysselissä yhdeksäntenätoista päivänä joulukuuta vuonna kaksituhattakaksitoista.

Som skedde i Bryssel den nittonde december tjugohundratolv.

+++++ TIFF +++++

За Европейския съюз

Por la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

За Хашемитското кралство Йордания

Por el Reino Hachemita de Jordania

Za Jordánské hášimovské království

For Det Hashemitiske Kongerige Jordan

Für das Haschemitische Königreich Jordanien

Jordaania Hašimiidi Kuningriigi nimel

Για το Χασεμιτικό Βασίλειο της Ιορδανίας

For the Hashemite Kingdom of Jordan

Pour le Royaume hachémite de Jordanie

Per il Regno hascemita di Giordania

Jordānijas Hāšimītu Karalistes vārdā –

Jordanijos Hašimitų Karalystės vardu

A Jordán Hásimita Királyság részéről

Għar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan

Voor het Hasjemitisch Koninkrijk Jordanië

W imieniu Jordańskiego Królestwa Haszymidzkiego

Pelo Reino Hachemita da Jordânia

Pentru Regatul Hașemit al Iordaniei

Za Jordánske hášimovské kráľovstvo

Za Hašemitsko kraljevino Jordanijo

Jordanian hašemiittisen kuningaskunnan puolesta

För Hashemitiska konungariket Jordanien

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

[1] ĠU L 129, 15.5.2002, p.3.

[2] ĠU L 310, 9.11.2006, p. 1.

[3] ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

--------------------------------------------------