21.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 79/4


Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka, dwar il-ġuriżdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali

Skont l-Artikolu 3(2) tal-Ftehim tad-19 ta’ Ottubru 2005 bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-ġuriżdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (1) (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”), konkluż permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/325/KE (2), kulfejn jiġu adottati emendi għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar il-ġuriżdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-infurzar tas-sentenzi fil-qasam ċivili u kummerċjali (3), id-Danimarka għandha tinnotifika lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjoni tagħha jekk timplimentax jew le l-kontenut ta’ dawn l-emendi.

Ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (4) ġie adottat fit-12 ta’ Diċembru 2012.

F’konformità mal-Artikolu 3(2) tal-Ftehim, id-Danimarka, permezz ta’ ittra tal-20 ta’ Diċembru 2012 innotifikat lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħha li timplimenta l-kontenut tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012. Dan ifisser li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 se jiġu applikati għar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni u d-Danimarka.

F’konformità mal-Artikolu 3(6) tal-Ftehim, in-notifika tad-Danimarka toħloq obbligi reċiproċi bejn id-Danimarka u l-Komunità. Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 jikkostitwixxi emenda għall-Ftehim u huwa meqjus bħala anness għalih.

B’referenza għall-Artikolu 3(3) u (4) tal-Ftehim, l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 fid-Danimarka tista’ sseħħ billi jemenda l-leġiżlazzjoni fis-seħħ permezz tad-Deċiżjoni tal-Parlament Daniż. Skont l-Artikolu 3(5)(b) tal-Ftehim, id-Danimarka għandha tinnotifika lill-Kummissjoni bid-data li fiha l-miżuri leġiżlattivi implimentazzjoni bħal dawn jidħlu fis-seħħ.


(1)  ĠU L 299, 16.11.2005, p. 62.

(2)  ĠU L 120, 5.5.2006, p. 22.

(3)  ĠU L 12, 16.1.2001, p. 1.

(4)  ĠU L 351, 20.12.2012, p. 1.