19.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 349/2 |
Avviż rigward l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa dwar il-kummerċ ta’ partijiet u komponenti ta’ vetturi bil-mutur bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa dwar il-kummerċ ta’ partijiet u komponenti ta’ vetturi bil-mutur bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa (1), iffirmat f’Ġinevra fis-16 ta’ Diċembru 2011, jiġi applikat proviżorjament mit-22 ta’ Awwissu 2012, minħabba l-adeżjoni tal-Federazzjoni Russa għad-WTO f’dik id-data.
(1) ĠU L 57, 29.2.2012, p. 15.