28.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 26/22


Informazzjoni dwar id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde

Fl-10 ta’ Ottubru 2011, l-Unjoni Ewropea nnotifikat lir-Repubblika tal-Kap Verde li l-Kunsill kien lesta, f’isem l-Unjoni Ewropea, il-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll ta’ hawn fuq, iffirmat fi Brussell fis-27 ta’ Lulju 2011.

Hekk ukoll, fis-17 ta’ Jannar 2012 ir-Repubblika tal-Kap Verde nnotifikat lill-Unjoni Ewropea li kienet lestiet il-proċeduri ta’ konklużjoni tagħha.

Għaldaqstant il-Protokoll daħal fis-seħħ fis-17 ta’ Jannar 2012 skont l-Artikolu 16 tiegħu.