18.6.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 160/50 |
Avviż dwar id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipalità tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen
Il-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll ta’ hawn fuq (1), iffirmat fi Brussell fit-28 ta’ Frar 2008, tlestew fis-7 ta’ Marzu 2011. Konsegwentement, dan il-Protokoll ser jidħol fis-seħħ, f’konformità mal-Artikolu 9(1) tiegħu, fis-7 ta’ April 2011.
(1) Ara paġna 3 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.