3.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 232/40 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 76/2009
tat-30 ta' Ġunju 2009
li temenda l-Protokoll 10 dwar is-simplifikazzjoni tal-ispezzjonjiet u l-formalitajiet fir-rigward tat-trasport tal-oġġetti u l-Protokoll 37 li fih il-lista prevista fl-Artikolu 101
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem msejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikoli 98 u 101 tiegħu,
Billi:
(1) |
Protokoll 10 tal-Ftehim ma ġiex emendat mill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE. |
(2) |
Il-Protokoll 37 tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 61/2009 tad-29 ta'Mejju 2009 (1). |
(3) |
Il-Protokoll 10 tal-Ftehim għandhu jiġi emendat fl-interess reċiproku tal-Komunità Ewropea u l-Istati tal-EFTA sabiex jiġu evitati restrizzjonjiet mhux meħtieġa u sabiex jiġi provdut serje ta' dispożizzjonjiet li jistabbilixxu miżuri doganali ta' sigurtà ekwivalenti għat-trasport tal-oġġetti li jkunu ġejjin jew li sejrin lejn pajjiżi terzi. |
(4) |
Din id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE m'għandhiex tapplika għall-Iżlanda u l-Liechtenstein. Madanakollu, għandha tkun miftuħa għall-Istati kollha tal-EFTA, suġġetta għad-Deċiżjoni l-ġdida tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE. |
(5) |
Il-Komunità u n-Norveġja huma ddeterminati li jtejbu s-sigurtà fil-kummerċ tal-oġġetti li jkunu deħlin jew ħerġin mit-territorju tagħhom mingħajr ma jxekklu il-fluss ħieles ta' dan il-kummerċ. |
(6) |
Fl-interess reċiproku tal-Komunità u n-Norveġja, miżuri doganali ta' sigurtà ekwivalenti għandhom jiġu stabbiliti għat-trasport tal-oġġetti li jkunu ġejjin minn u sejrin lejn pajjiżi terzi, u jidħlu fis-seħħ fl-istess ħin bil-miżuri korrispondenti applikati mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. |
(7) |
Il-Komunità u n-Norveġja huma ddeterminati li jiggarantixxu livell ekwivalenti ta' sigurtà fit-territorji rispettivi tagħhom b'miżuri doganali ta' sigurtà bbażati fuq leġiżlazzjoni fis-seħħ fil-Komunità Ewropea. |
(8) |
Il-miżuri doganali tas-sigurtà inkwistjoni jirrigwardjaw id-dikjarazzjoni tad-data tas-sigurtà li tkopri l-oġġetti qabel ma jidħlu jew joħorġu mit-territorju tagħhom, il-ġestjoni tar-riskju tas-sigurtà u l-kontrolli doganali relatati, kif ukoll l-għoti ta' status reċiprokament rikonoxxut ta' operatur ekonomiku awtorizzat. |
(9) |
Huwa kunsiljabbli li n-Norveġja tkun ikkonsultata dwar l-iżvilupp tar-regoli Komunitarji li jirrelataw mal-miżuri doganali tas-sigurtà, u li tkun informata dwar l-applikazzjoni tagħhom. Huwa għalhekk meħtieġ li jkun emendat il-Protokoll 37 tal-Ftehim, li jelenka l-kumitati li ghall-ħidma tagħhom l-esperti mill-Istati EFTA għandhom ikunu assoċjati meta jkun meħtieġ li jiġi żgurat il-funzjonament korrett tal-Ftehim. |
(10) |
Sa fejn id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment ħieles ta' tali data ġiet inkorporata fil-Ftehim bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 83/1999 (2), in-Norveġja tipprovdi livell adegwat ta' protezzjoni tad-data personali, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Protokoll 10 tal-Ftehim għandhu jiġi emendat kif speċifikat fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Fil-Protokoll 37 għandu jiddaħħal il-punt li ġej:
“29. |
Il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali (Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92).” |
Artikolu 3
1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2009 jew fil-jum li jiġi wara l-aħħar notifikazzjoni lill-Kumitat Konġunt ŻEE skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim, liema wieħed minnhom jiġi aktar tard (*).
2. Fl-istennija tan-notifiki msemmijin f'paragrafu 1, il-Komunità u n-Norveġja għandhom japplikaw din id-Deċiżjoni provviżorjament sa mill-1 ta' Lulju 2009 jew minn data aktar tard miftiehma bejn il-Komunità u n-Norveġja u nnotifikati lill-Istati tal-EFTA u lill-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Taqsima ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment ŻEE tiegħu.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Ġunju 2009.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) Ara paġna 13 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(2) ĠU L 296, 23.11.2000, p. 41.
(*) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali m'huma indikati.
ANNESS
Il-Protokoll 10 għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
1) |
Il-paragrafu li ġej għandu jkun miżjud fl-Artikolu 2: “3. Il-miżuri doganali ta' sigurtà fil-Kapitolu IIa u fl-Annessi I u II tal-Protokoll għandhom japplikaw biss bejn il-Komunità u n-Norveġja. 4. Meta jissemma t-territorju doganali tal-Partijiet Kontraenti fil-Kapitolu IIa u fl-Annessi I u II ta' dan il-Protokoll, ikopri:
|
2) |
Il-Kapitolu li ġej għandu jiddaħħal wara l-Kapitolu II (PROĊEDURI): “KAPITOLU IIa MIŻURI DOGANALI TA' SIGURTÀ Artikolu 9a Definizzjonijiet Għall-finijiet ta' dan l-Kapitolu:
Artikolu 9b Dispożizzjonijiet ġenerali dwar is-sigurtà 1. Il-Partijiet Kontraenti għandhom idaħħlu u japplikaw il-miżuri doganali ta' sigurtà ddefiniti f'dan il-Kapitolu fuq oġġetti deħlin jew ħerġin mit-territorji doganali tagħhom, b'hekk ikunu qed jiggarantixxu livell ta' sigurtà ekwivalenti mal-konfini esterni tagħhom. 2. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jirrinunzjaw l-aplikazzjoni tal-miżuri doganali ta' sigurtà definiti f'dan il-Kapitolu meta l-oġġetti jinġarru bejn it-territorji doganali rispettivi tagħhom. 3. Qabel ma jiġi konkluż kwalunkwe ftehim ma pajjiż terz fiż-żona koperta minn dan il-Kapitolu, il-Partijiet Kontraenti għandhom jikkonsultaw lil xulxin sabiex jiżguraw il-kompatibbiltà mad-dispożizzjonjiet ta' dan il-Kapitolu, partikolarment meta l-ftehim ikun fih dispożizzjonjiet li jidderogaw mill-miżuri doganali ta' sigurtà msemmijin f'dan il-Kapitolu. Kull parti kontraenti għandha tiggarantixxi li l-ftehimiet ma' pajjiżi terzi ma joħolqux drittijiet u obbligi għal Parti Kontraenti oħra sakemm il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jiddeċiedi mod ieħor. Artikolu 9c Dikjarazzjoni ta’ qabel il-wasla u qabel it-tluq 1. L-oġġetti introdotti fit-territorju doganali tal-Partijiet Kontraenti li ġejjin minn pajjiżi terzi għandhom ikunu suġġetti għal dikjarazzjoni ta' dħul (minn hawn 'il quddiem imsejħa ‘d-dikjarazzjoni sommarja ta' dħul’), ħlief oġġetti trasportati b'mezzi ta' trasport li jkunu biss fi transitu fl-ilmijiet territorjali jew fl-ispazju tal-ajru tat-territorju doganali mingħajr waqfien f'dan it-territorju. 2. L-oġġetti ħerġin mit-territorju doganali tal-Partijiet Kontraenti li jkunu sejrin lejn pajjiżi terzi għandhom ikunu koperti b'dikjarazzjoni ta' ħruġ (minn hawn 'il quddiem imsejħa ‘d-dikjarazzjoni sommarja ta' ħruġ’) ħlief oġġetti trasportati b'mezzi ta' trasport li jkunu biss fi transitu fl-ilmijiet territorjali jew fl-ispazju tal-ajru tat-territorju doganali mingħajr waqfien f'dan it-territorju. 3. Id-dikjarazzjoni sommarja ta' dħul jew ta' ħruġ għandha tiġi depożitata qabel l-introduzzjoni tal-oġġetti fit-territorju doganali tal-Partijiet Kontraenti jew mal-ħruġ tagħhom minn dak it-territorju. 4. Il-preżentazjoni tad-dikjarazzjonjiet sommarji ta' dħul u ta' ħruġ imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 hija fakoltattiva sal-31 ta' Diċembru 2010 sakemm il-miżuri tranżizzjonali li jidderogaw mill-obbligu li jiġu ppreżentati tali dikjarazzjonjiet huma applikabbli fil-Komunità. Meta, f'konformità mal-ewwel subparagrafu, id-dikjarazzjoni sommarja ta' dħul u ta' ħruġ ma tiġix ippreżentata, analiżi tar-riskju għall-kwistjonijiet ta' sigurtà doganali, imsemmija fl-Artikolu 9e, għandha ssir mill-awtoritajiet doganali l-iktar tard mal-preżentazzjoni tal-oġġetti mal-wasla jew it-tluq, fejn xieraq fuq il-bażi ta' kwalunkwe dikjarazzjoni li tkopri dawn l-oġġetti jew kwalunkwe informazzjoni oħra disponibbli lilhom. 5. Kull Parti Kontraenti għandha tiddetermina min huma l-persuni responsabbli għall-ippreżentar tad-dikjarazzjonijiet sommarji ta' dħul u ta' ħruġ kif ukoll liema huma l-awtoritajiet kompetenti li jaċċettaw tali dikjarazzjoni. 6. Anness I ta' dan il-Protokoll jistabbilixxi:
7. Dikjarazzjoni doganali tista' tkun użata bħala dikjarazzjoni sommarja ta' dħul jew ta' ħruġ bil-kondizzjoni li hi tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti għal din id-dikjarazzjoni sommarja. Artikolu 9d Operatur ekonomiku awtorizzat 1. Kull Parti Kontraenti għandha tagħti, suġġetta għall-kriterji stabbiliti fl-Anness II ta' dan il-Protokoll, l-istatus ta' ‘operatur ekonomiku awtorizzat’ lil kull operatur ekonomiku stabbilit fit-territorju doganali tagħha. Madanakollu, kategoriji speċifiċi ta' operaturi ekonomiċi awtorizzati, suġġetti għal kondizzjonjiet speċifiċi, b'mod partikolari l-kunsiderazzjoni ta' ftehimiet internazzjonali ma' pajjiżi terzi, jistgħu jiġu eżentati mill-obbligu li jkunu stabbiliti f'territorju doganali ta' Parti Kontraenti. Barra minn hekk, kull Parti Kontraenti tiddetermina jekk u għal liema kondizzjonijiet kumpanija tal-ajru jew marittima mhux stabbilita fit-territorja tagħha iżda li għandha uffiċċju reġjonali tistax tkun mogħtija dan l-istatus. Operatur ekonomiku awtorizzat għandu jibbenefika minn iffaċilitar fir-rigward ta' kontrolli doganali relatati mas-sigurtà. Bla ħsara għar-regoli u l-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, l-istatus ta' operatur ekonomiku awtorizzat mogħti minn Parti Kontraenti hu rikonoxxut mill-parti Kontraenti l-oħra, mingħajr ħsara għall-kontrolli doganali, b'mod partikolari minħabba l-implimentazzjoni tal-ftehimiet mal-pajjiżi terzi li jipprevedu mekkaniżmi ta' rikonoxxenza reċiproka tal-istatus ta' operaturi ekonomiċi awtorizzati. 2. L-Anness II ta' dan il-Protokoll jistabbilixxi:
Artikolu 9e Kontrolli doganali relatati mas-sigurtà u ġestjoni tar-riskju għas-sigurtà 1. Il-kontrolli doganali, ħlief il-kontrolli fuq bażi ta' każwalità, għandhom ikunu bbażati fuq analiżi tar-riskju li tuża tekniċi tal-ipproċessar tad-data awtomattizzati. 2. Kull Parti Kontraenti għandha tiddefinixxi l-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tagħha, kriterji tar-riskju u żoni ta' kontroll prijoritarju relatati mas-sigurtà. 3. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jirrikonoxxu l-ekwivalenza tas-sistemi tagħhom ta' ġestjoni ta' riskji fil-qasam tas-sigurtà. 4. Il-Partijiet Kontraenti jikkoperaw bil-għan:
5. Il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandu jadotta kull dispożizzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu. Artikolu 9f Sorveljanza tal-implimentazzjoni tal-miżuri doganali ta' sigurtà 1. Il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandu jiddefinixxi r-regoli li jippermettu lill-partijiet kontraenti li jiggarantixxu il-moniteraġġ tal-implimentazzjoni ta' dan il-Kapitolu u sabiex jivverifika li d-dispożizzjonjiet ta' dan il-Kapitolu u l-Annessi I u II għal dan il-Protokoll jiġu sodisfatti. 2. Is-sorveljanza msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi żgurata permezz ta':
3. Il-miżuri meħuda f'konformità ma dan l-Artikolu m'għandhomx jiksru d-drittijiet tal-operaturi kkonċernati. Artikolu 9g Protezzjoni tas-sigriet professjonali u tad-data personali Informazzjoni skambjata mill-Partijiet Kontraenti fil-qafas tad-dispożizzjonjiet ta' dan il-Kapitolu huma protetti mil-liġi dwar is-sigriet professjonali u l-protezzjoni tad-data personali applikabbli fil-Parti Kontraenti li għaliha tapplika l-informazzjoni ppreżentata. L-informazzjoni m'għandha tkun disponibbli għall-ebda persuni ħlief għall-awtoritajiet kompetenti fil-Parti Kontraenti u m'għandha tintuża minn dawn l-awtoritajiet għal ebda skop ħlief għal dak provdut f'dan il-Kapitolu. Artikolu 9h Evoluzzjoni ta' leġiżlazzjoni 1. It-tibdil kollu fil-leġiżlazzjoni Komunitarja fid-drittijiet u l-obbligi tal-Partijiet Kontraenti maħluqa minn dan il-Kapitolu u l-Annessi I u II ta' dan il-Protokoll għandhom ikunu suġġetti għall-proċedura stipulata f'dan l-Artikolu. 2. Hekk kif il-Komunità qed tfassal leġiżlazzjoni ġdida fil-qasam li hu rregolat minn dan il-Kapitolu, hija għandha informalment titlob parir mingħand l-esperti tal-Istat ikkonċernat tal-EFTA skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 99 tal-Ftehim. 3. Meta jkunu jinħtieġu emendi għal dan il-Kapitolu u għall-Annessi I u II ta' dan il-Protokoll sabiex jittieħed f'kunsiderazzjoni l-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità fuq ħwejjeġ koperti b'dan il-Kapitolu u l-Annessi I u II, għandhom jiġu deċiżi b'mod li jippermettu l-applikazzjoni ta' dawn l-emendi fl-istess ħin ma' dawk imdaħħlin fil-leġiżlazzjoni tal-Komunità u bir-rispett dovut għall-proċeduri interni tal-Partijiet Kontraenti. Jekk deċiżjoni ma tkunx tista' tiġi adottata b'mod li tiġi permessa tali applikazzjoni simultanja, il-Partijiet Kontraenti għandhom fejn hu possibbli u bir-rispett dovut għall-proċeduri interni tagħhom, japplikaw provviżorjament l-emendi provduti fl-abbozz tad-deċiżjoni. 4. Għal kwistjonijiet li huma relevanti għall-Istat ikkonċernat tal-EFTA, il-Komunità għandha tiżgura l-parteċipazzjoni ta' esperti mill-Istat ikkonċernat tal-EFTA bħala osservaturi, fil-Kumitat tal-Kodiċi Doganali mwaqqaf bl-Artikolu 247a tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju. Artikolu 9i Miżuri ta' salvagwardja u sospensjoni tad-dispożizzjonjiet ta' dan il-Kapitolu 1. Jekk Parti Kontraenti ma tirrispettax il-kondizzjonjiet stipulati f'dan il-Kapitolu jew jekk l-ekwivalenza tal-miżuri doganali tas-sigurtà fil-Partijiet Kontraenti ma tistax tiġi iktar żgurata, wara konsultazzjonjiet fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE u biss għall-ambitu u għad-durata strettament neċessarja sabiex titranġa s-sitwazzjoni, Parti Kontraenti oħra tista' tisospendi parzjalment jew kompletament l-applikazzjoni tad-dispożizzjonjiet ta' dan il-Kapitolu jew tieħu miżuri xierqa. Artikoli 112 sa 114 tal-Ftehim għandhom jgħoddu mutatis mutandis. 2. Jekk l-ekwivalenza tal-miżuri doganali tas-sigurtà ma tistax tiġi iktar żgurata minħabba li ma jkunux ġew deċiżi l-emendi msemmijin fl-Artikolu 9h(3), l-applikazzjoni ta' dan il-Kapitolu tiġi sospiża fid-data meta l-leġiżlazzjoni tal-Komunità kkonċernata hija applikata, sakemm il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, wara li jkun eżamina l-miżuri biex tinżamml-aplikazzjoni tiegħu, jiddeċiedi mod ieħor. Artikolu 9j Projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet fuq importazzjonijiet, esportazzjonijiet jew oġġetti fi transitu Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu m'għandhomx ikunu ostaklu għall-projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet fuq importazzjonijiet, esportazzjonijiet jew oġġetti fi transitu introdotti mill-Partijiet Kontraenti jew mill-Istati Membri tal-Komunità u ġġustifikati għal raġunijiet ta' moralità pubblika, politika pubblika u sigurtà pubblika, raġunijiet ta' protezzjoni tas-saħħa u ta' ħajja umana, ta' ħajja tal-annimali jew tal-pjanti u tal-ambjent, raġunijiet ta' protezzjoni ta' teżori nazzjonali li jkollhom valur artistiku, storiku jew arkeoloġiku, jew ta' protezzjoni ta' proprjetà industrijali u kummerċjali. Artikolu 9k Il-kompetenzi tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA F'każijiet li jirrigwardaw l-applikazzjoni ta' dan il-Kapitolu u l-Annessi I u II ta' dan il-Protokoll, l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA għandha, qabel ma taġixxi, tniedi l-konsultazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 109(2) tal-Ftehim. Artikolu 9l Annessi L-Annessi mehmuża ma' dan il-Protokoll għandhom jagħmlu parti integrali minnu.” |
3) |
Għandhom jiżdiedu l-Annessi li ġejjin: “ANNESS I DIKJARAZZJONIJIET SOMMARJI TA' DĦUL U TA' ĦRUĠ Artikolu 1 Il-forma u l-kontenut tad-dikjarazzjoni sommarja ta' dħul jew ta' ħruġ 1. Id-dikjarazzjoni fil-qosor ta' dħul jew ta' ħruġ għandha tiġi ppreżentata permezz ta’ teknika ta’ pproċessar ta’ data elettronika. Tista' tintuża dokumentazzjoni kummerċjali, portwali jew tat-trasport, kemm-il darba din tipprovdi d-dettalji neċessarji. 2. Id-dikjarazzjoni sommarja ta' dħul u ta' ħruġ għandu jkollha data prevista għal din id-dikjarazzjoni fl-Anness 30A tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Kommunitarju (1). Id-dikjarazzjoni għandha tiġi mimlija skont in-noti ta' spjegazzjoni li jinsabu f'dak l-Anness. Id-dikjarazzjoni sommarja għandha tkun awtentikata mill-persuna li tagħmilha. 3. L-awtoritajiet doganali għandhom jippermettu l-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni fil-qosor ta' dħul fuq il-karta jew kull proċedura oħra li tibdilha kif hemm miftiehem bejn l-awtoritajiet doganali, f’waħda minn dawn iċ-ċirkostanzi biss:
sakemm l-awtoritajiet doganali japplikaw l-istess livell ta' ġestjoni tar-riskju bħal dak applikat għal dikjarazzjonjiet sommarji ta' dħul u ta' ħruġ magħmula permezz ta' teknika tal-ipproċessar tad-data. Id-dikjarazzjoni fil-qosor ta' dħul jew ta' ħruġ bil-miktub għandha tkun iffirmata mill-persuna li tagħmilha. Dikjarazzjonijiet fil-qosor ta' dħul jew ta' ħruġ bil-miktub bħal dawn għandhom jiġu akkumpanjati, kull fejn ikun meħtieġ, b’listi ta’ tagħbija jew listi xierqa oħra, u għandu jkun fihom it-tagħrif imsemmifil-paragrafu 2. 4. Kull Parti Kontraenti għandha tiddefinixxi l-kondizzjonjiet u l-proċeduri li skonthom il-persuna li tippreżenta d-dikjarazzjoni sommarja ta' dħul u ta' ħruġ tista' tbiddel waħda jew iktar tad-dettalji tad-dikjarazzjoni wara li tippreżentaha lill-awtoritajiet doganali. Artikolu 2 Eżenzjonijiet mill-obbligu għall-ippreżentar tad-dikjarazzjoni sommarja ta' dħul u ta' ħruġ 1. Dikjarazzjoni sommarja ta' dħul jew ta' ħruġ m'hijiex meħtieġa għal dawn il-beni li ġejjin:
2. M'għandhiex tkun meħtieġa dikjarazzjoni sommarja ta' dħul jew ta' ħruġ fil-każijiet previsti minn ftehimiet internazzjonali bejn Parti Kontraenti u pajjiż terz fil-qasam tas-sigurtà, suġġetta għall-proċedura prevista fl-Artikolu 9(3) ta' dan il-Protokoll. 3. M'għandhiex tkun meħtieġa dikjarazzjoni sommarja ta' dħul jew ta' ħruġ fil-każijiet previsti mill-punt (j) tal-Artikolu 181c, mill-punt (j) tal-Artikolu 592a u mill-punt (b) tal-Artikolu 842a(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. Artikolu 3 Il-post fejn għandha tiġi ppreżentata d-dikjarazzjoni sommarja ta' dħul jew ta' ħruġ 1. Id-dikjarazzjoni sommarja ta' dħul għandha tkun ippreżentata fl-awtorità kompetenti tal-Parti Kontraenti fit-territorju doganali fejn kienu introdotti l-oġġetti li ġejjin minn pajjiżi terzi. Fuq il-bażi tad-data inkluża fid-dikjarazzjoni, dak l-uffiċċju doganali għandu jagħmel analiżi tar-riskju kif ukoll kontrolli doganali tas-sigurtà li huma meqjusa neċessarji, inklużi meta l-oġġetti huma intiżi għall-Parti Kontraenti l-oħra. 2. Id-dikjarazzjoni sommarja ta' ħruġ għandha tkun ippreżentata fl-awtorità kompetenti tal-Parti Kontraenti fit-territorju doganali fejn kienu introdotti l-oġġetti li ġejjin minn pajjiżi terzi. Madankollu, id-dikjarazzjoni doganali ta' esportazzjoni użata bħala dikjarazzjoni sommarja ta' ħruġ għandha tkun ippreżentata fl-awtorità kompetenti tal-parti Kontraenti fit-territorju doganali fejn kienu mwettqa l-formalitajiet ta' esportazzjoni li sejrin f'pajjiżi terzi. dak luffiċċju kompetenti għandu jagħmel analiżi tar-riskju fuq il-bażi tad-data inkluża fid-dikjarazzjoni kif ukoll il-kontrolli doganali tas-sigurtà li huma meqjusa neċessarji. 3. Meta l-oġġetti jitilqu mit-territorju doganali ta' Parti Kontraenti u jmorru f'pajjiż terz billi jaqsmu t-territorju doganali tal-Parti Kontraenti l-oħra, id-data msemmija fl-Artikolu 1(2), għandha tkun mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti tal-ewwel Parti Kontraenti lill-awtoritajiet kompetenti tat-tieni Parti Kontraenti. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jistinkaw sabiex jistabbilixxu konnessjoni bl-għan li jużaw sistema komuni ta' trażmissjoni tad-data, li fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tiċċertifika l-ħruġ tal-oġġetti inkwistjoni. Madanakollu, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista' jiddetermina każijiet meta t-trażmissjoni tad-data mhix meħtieġa sakemm tali każijiet ma jippreġudikawx il-livell ta' sigurtà li huwa garantit b'dan il-Protokoll. Fil-każ li l-Partijiet Kontraenti ma jkunux jistgħu jwettqu t-trażmissjoni tad-data msemmija fis-subparagrafu 1 fid-data tal-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll, id-dikjarazzjoni sommarja ta' ħruġ tal-oġġetti li jitilqu minn Parti Kontraenti u li sejrin f'pajjiż terz billi jaqsmu t-territorju doganali tal-Parti Kontraenti oħra, minbarra t-traffiku tal-ajru dirett, għandha tiġi ppreżentata biss fl-awtorità kompetenti ta' din it-tieni Parti Kontraenti. Artikolu 4 Termini ta' skadenza għall-ippreżentar tad-dikjarazzjoni sommarja ta' dħul u ta' ħruġ 1. It-termini ta' skadenza għall-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni sommarja ta' dħul jew ta' ħruġ għandhom ikunu dawk imsemmija fl-Artikoli 184a et 592b tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. 2. Suġġett għall-proċedura msemmija fl-Artikolu 9b (3) tal-Protokoll, it-termini ta' skadenza msemmijin fl-ewwel paragrafu ma għandhomx japplikaw fejn jiġi previst mod ieħor fil-ftehimiet internazzjonali dwar is-sigurtà bejn il-Partijiet Kontraenti u l-pajjiżi terzi. ANNESS II OPERATURI EKONOMIĊI AWTORIZZATI TITOLU I L-għotja tal-istatus ta’ operatur eknomiku awtorizzat Artikolu 1 Dispożizzjonijiet ġenerali 1. Il-kriterji dwar l-għotja tal-istatus ta' operatur ekonomiku awtorizzat għandhom jinkludu:
2. Kull Parti Kontraenti tiddetermina l-proċedura tat-talba u tal-għotja tal-istatus ta' operatur ekonomiku awtorizzat, kif ukoll l-effetti ġuridiċi ta' dan l-istatus. 3. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet doganali tagħhom jikkontrollaw li l-kondizzjonjiet u l-kriterji kollha għall-għoti tal-istatus jiġu rispettati mill-operatur ekonomiku awtorizzat u għandhom jirreveduwhom f'każ ta' emenda importanti għal-leġiżlazzjoni kkonċernata jew meta jitfaċċaw ċirkostanzi ġodda, li joħolqu suspett raġonevoli fl-opinjoni tal-awtoritajiet li l-operatur m'għadux jikkonforma ruħu mal-kondizzjonjiet u l-kriterji kkonċernati. Artikolu 2 Rekord ta’ konformità 1. Ir-rekords fir-rigward tal-konformità mar-rekwiżiti doganali għandhom jitqiesu bħala sodisfaċenti jekk, matul l-aħħar tliet snin qabel l-ippreżentar tat-talba, ma sar l-ebda ksur serju jew ma sarx ksur ripetut tar-regoli doganali minn kwalunkwe minn dawn il-persuni:
2. Madankollu, ir-rekord tal-konformità mar-rekwiżiti doganali jista’ jitqies xieraq jekk l-awtorità kompetenti tqis kwalunkwe ksur bħala wieħed ta’ importanza negliġibbli, meta mqabbel man-numru jew id-daqs tal-operazzjonijiet marbuta mad-dwana, u li ma joħolqux dubji dwar l-affidabbiltà tal-applikant. 3. Jekk il-persuni li jeżerċitaw kontroll fuq il-kumpanija tal-applikant ikunu stabbiliti jew residenti f’pajjiż terz, l-awtoritajiet doganali għandhom jivvalutaw il-konformità tagħhom mar-rekwiżiti doganali fuq il-bażi ta’ reġistri u informazzjoni disponibbli. 4. Jekk l-applikant kien stabbilit għal inqas minn tliet snin, l-awtoritajiet doganali għandhom jivvalutaw il-konformità tiegħu mar-rekwiżiti doganali fuq il-bażi tar-reġistri u l-informazzjoni disponibbli. Artikolu 3 Sistema effiċjenti tal-ġestjoni tar-reġistri kummerċjali u tat-trasport Sabiex l-awtoritajiet doganali jkunu jistgħu jistabbilixxu li l-applikant għandu sistema effiċjenti tal-ġestjoni tar-reġistri kummerċjali u, fejn hu xieraq, dawk tat-trasport, l-applikant għandu jissodisfa dawn ir-rekwiżiti li ġejjin:
Artikolu 4 Solvibilità finanzjarja 1. Għall-għanijiet ta’ dan l-Artikolu, is-soluzzjoni finanzjarja għandha tfisser sitwazzjoni finanzjarja tajba, li hija biżżejjed biex l-applikant ikun jista' jissodisfa l-obbligi tiegħu, b'kunsiderazzjoni tal-karatteristiċi tat-tip tal-attività kummerċjali. 2. Il-kondizzjoni dwar is-solvabilità finanzjarja tal-applikant hi meqjusa sodisfaċenti jekk din is-tista' tkun attestata għall-aħħar tliet snin. 3. Jekk l-applikant ilu stabbilit għal inqas minn tliet snin, is-solvenza finanzjarja tiegħu għandha tkun iġġudikata abbażi tar-rekords u tal-informazzjoni li huma disponibbli. Artikolu 5 Standards ta' sigurtà u sikurezza 1. L-istandards ta' sigurtà u sikurezza tal-applikant huma meqjusa bħala sodisfaċenti jekk dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin huma sodisfatti:
2. Jekk l-applikant, stabbilit fil-Partijiet Kontraenti, ikun detentur ta’ ċertifikat ta' sigurtà u/jew tas-sikurezza rikonoxxut fuq livell internazzjonali, maħruġ fuq il-bażi ta’ konvenzjonijiet internazzjonali, ta’ ċertifikat tas-sigurtà u/jew tas-sikurezza Ewropew maħruġ fuq il-bażi tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, ta’ Standard Internazzjonali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni, jew ta’ Standard Ewropew tal-entitajiet Ewropej għall-istandardizzazzjoni, jew ta' kwalunkwe ċertifikat ieħor rikonoxxut, il-kriterji previsti fil-paragrafu 1 għandhom jitqiesu li ġew sodisfatti safejn il-kriterji għall-għotja ta' dawn iċ-ċertifikati jkunu identiċi jew jikkorisspondu ma’ dawk stabbiliti f'dan l-Anness. TITOLU II L-għoti ta' iffaċilitar lil operaturi ekonomiċi awtorizzati Artikolu 6 L-għoti ta' iffaċilitar lil operaturi ekonomiċi awtorizzati L-awtoritajiet doganali għandhom jagħtu l-faċilitazzjonijiet li ġejjin lill-operatur ekonomiku awtorizzat:
TITOLU III Is-sospensjoni u r-revoka tal-istatus ta’ operatur eknomiku awtorizzat Artikolu 7 Sospensjoni tal-istatus 1. L-awtorità doganali li toħroġ iċ-ċertifikat għandha tissospendi l-istatus ta’ operatur ekonomiku awtorizzat fil-każijiet li ġejjin:
2. Fil-każ imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1, l-awtorità doganali tista’ tiddeċiedi biex ma tissospendix l-istatus ta’ operatur ekonomiku awtorizzat jekk tqis li l-ksur huwa wieħed ta’ importanza negliġibbli, meta mqabbel man-numru jew id-daqs tal-operazzjonijiet b’rabta doganali, u ma toħloqx dubji dwar ir-rieda tajba tal-operatur ekonomiku awtorizzat. 3. Is-sospensjoni għandha tidħol fis-seħħ minnufih meta jkun hekk meħtieġ minħabba t-tip jew il-livell tat-theddida lis-sigurtà u lis-sikurezza taċ-ċittadini, lis-saħħa pubblika jew lill-ambjent. 4. Is-sospensjoni m'għandhiex ikollha impatt fuq il-proċedura doganali li tkun diġà bdiet qabel id-data tas-sospensjoni u li tkun għadha għaddejja. 5. Kull Parti Kontraenti għandhom jiddeterminaw il-perijodu ta' sospensjoni li jippermetti lill-operatur ekonomiku awtorizzat sabiex jirregolarizza s-sitwazzjoni tiegħu. 6. Meta l-operatur ekonomiku konċernat jkun ħa, għas-sodisfazzjoni tal-awtoritajiet doganali, il-miżuri meħtieġa sabiex ikun konformi mal-kondizzjonijiet u l-kriterji li għandhom ikunu rispettati minn kull operatur ekonomiku awtorizzat, l-awtorità doganali li toħroġ iċ-ċertifikat tirtira s-sospensjoni. Artikolu 8 Revoka tal-istatus 1. L-awtorità doganali li toħroġ iċ-ċertifikat għandha tissospendi l-istatus ta’ operatur ekonomiku awtorizzat fil-każijiet li ġejjin:
2. Fil-każ imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1, l-awtorità doganali tista’ tiddeċiedi biex ma tissospendix l-istatus ta’ operatur ekonomiku awtorizzat jekk tqis li l-ksur huwa wieħed ta’ importanza negliġibbli, meta mqabbel man-numru jew id-daqs tal-operazzjonijiet b’rabta doganali, u ma toħloqx dubji dwar il-bona fide tal-operatur ekonomiku awtorizzat. 3. Ir-revoka għandha tieħu effett mill-jum wara n-notifika tagħha. TITOLU IV Skambju ta’ informazzjoni Artikolu 9 Skambju ta’ informazzjoni Il-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet doganali tal-Istat relevanti tal-EFTA għandhom, fuq bażi regolari, jiskambjaw id-data li ġejja li tikkonċerna l-identità tal-operaturi ekonomiċi awtorizzati:
|