29.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 25/40


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 131/2008

tal-5 ta’ Diċembru 2008

li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XXI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 126/2008 tas-7 ta’ Novembru 2008 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 747/2008 tat-30 ta’ Lulju 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 716/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistiċi tal-Komunità fuq l-istruttura u l-attività ta’ l-affiljati barranin, rigward id-definizzjonijiet tal-karatteristiċi u l-implimentazzjoni tar-Rev. 2 tan-NACE Rev. 2 (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dan li ġej għandu jiżdied fil-Punt 19x (Regolament (KE) Nru 716/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XXI tal-Ftehim:

“, kif emendat b′li ġej:

32008 R 0747: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 747/2008 tat-30 ta’ Lulju 2008 (ĠU L 202, 31.7.2008, p. 20).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 747/2008 fil-lingwi Iżlandiżi u Norveġiżi, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar fis-6 ta’ Diċembru 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (3).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 5 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

L-A.S.T. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN


(1)  ĠU L 339, 18.12.2008, p. 119.

(2)  ĠU L 202, 31.7.2008, p. 20.

(3)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.