18.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 339/108


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 117/2008

tas-7 ta' Novembru 2008

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 104/2008 tas-26 ta' Settembru 2008 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 540/2008 tas-16 ta’ Ġunju 2008 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 336/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà (ISM) fi ħdan il-Komunità, fir-rigward tal-format tal-formoli (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dan li ġej għandu jiżdied mal-punt 56u (ir-Regolament (KE) Nru 336/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XIII li jinsab mal-Ftehim:

“, kif emendat permezz ta’:

32008 R 0540: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 540/2008 tas-16 ta’ Ġunju 2008 (ĠU L 157, 17.6.2008, p. 15).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 540/2008 fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta' Novembru 2008, bil-kondizzjoni li n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lil Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali ta l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 7 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

L-A.S.T. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN


(1)  ĠU L 309, 20.11.2008, p. 30.

(2)  ĠU L 157, 17.6.2008, p. 15.

(*)  M'huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.