22.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 304/45


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 64/2007

tal-15 ta' Ġunju 2007

li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim dwar iż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra l-erba' libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Protokoll 31 għall-Ftehim ġie emendat mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 107/2005 tat-8 ta' Lulju 2005 (1).

(2)

Huwa kunsiljabbli li l-koperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim tiġi estiża sabiex tinkludi d-Deċiżjoni Nru 1719/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 li tistabbilixxi l-programm Żgħażagħ fl-Azzjoni għall-perijodu 2007-2013 (2).

(3)

Huwa kunsiljabbli li l-koperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim tiġi estiża sabiex tinkludi d-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 li tistabbilixxi programm ta' azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja (3).

(4)

Huwa għalhekk meħtieġ li l-Protokoll 31 għall-Ftehim jiġi emendat sabiex din l-estensjoni tal-koperazzjoni sseħħ mill-1 ta' Jannar 2007,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Artikolu 4 tal-Protokoll 31 għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal wara l-paragrafu 2k:

“2l.   L-Istati ta' l-EFTA għandhom, b'effett mill-1 ta' Jannar 2007, jipparteċipaw f'dawn il-programmi:

32006 D 1719: Deċiżjoni Nru 1719/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 li tistabbilixxi l-programm Żgħażagħ fl-Azzjoni għall-perijodu 2007-2013 (ĠU L 327, 24.11.2006, p. 30),

32006 D 1720: Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 li tistabbilixxi programm ta' azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja (ĠU L 327, 24.11.2006, p. 45).”

(2)

It-test tal-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“L-Istati ta' l-EFTA għandhom jikkontribwixxu finanzjarjament skond l-Artikolu 82(1)(a) tal-Ftehim għall-programmi u azzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1, 2, 2a, 2b, 2c, 2d, 2e, 2f, 2g, 2h, 2i, 2j, 2k u 2l.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*).

Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2007.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Alan SEATTER

Il-President


(1)  ĠU L 306, 24.11.2005, p. 45.

(2)  ĠU L 327, 24.11.2006, p. 30.

(3)  ĠU L 327, 24.11.2006, p. 45.

(*)  Ebda rekwiżit kostituzzjonali m'huwa indikat.