11.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 266/23


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 59/2007

tat-8 ta' Ġunju 2007

li temenda l-Anness XX (l-Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 36/2007 tat-27 ta' April 2007 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/64/KE tal-15 ta' Diċembru 2006 li tistabbilixxi kriterji ekoloġiċi riveduti u r-rekwiżiti relatati ta' valutazzjoni u verifikazzjoni għall-għoti ta' l-eko-tikketta Komunitarja għal mezzi ta' tkabbir (2) għandha tkun inkorporata mal-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiżdied wara l-punt 2d (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/688/KE) ta' l-Anness I XX tal-Ftehim:

“2da.

32007 D 0064: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 20007/64/KE tal-15 ta' Diċembru 2006 li tistabbilixxi kriteji ekoloġiċi riveduti u l-valutazzjoni relatata u ħtiġiet ta' verifikazzjoni għall-għoti ta' l-eko-tikketta Komunitarja għal mezzi ta' tkabbir (ĠU L 32, 6.2.2007, p. 137).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2007/64/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar id-9 ta' Ġunju 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 8 ta' Ġunju 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 209, 9.8.2007, p. 65.

(2)  ĠU L 32, 6.2.2007, p. 137.

(*)  Ebda ħtiġiet kostituzzjonali m'huma indikati.