9.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 209/74


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 41/2007

tas-27 ta' April 2007

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 147/2006 tat-8 ta' Diċembru 2006 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1609/2006 tas-27 ta' Ottubru 2006 li jawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' ikel tat-trabi bbażat fuq l-idrolisati tal-proteina tax-xorrox idderivata mill-proteina tal-ħalib tal-baqar għal perjodu ta' sentejn (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/92/KE tad-9 ta' Novembru 2006 li temenda l-Annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 76/895/KEE, 86/362/KEE u 90/642/KEE fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwi għall-captan, dichlorvos, ethion u folpet (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XII ta' l-Anness II tal-Ftehim għandu jkun emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud ma' punti 13 (id-Direttiva tal-Kunsill 76/895/KEE), 38 (id-Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE) u 54 (id-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE):

“—

32006 L 0092: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/92/KE tad-9 ta' Novembru 2006 (ĠU L 311, 10.11.2006, p. 31).”

2.

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 54zzy (Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“54zzz.

32006 R 1609: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1609/2006 tas-27 ta' Ottubru 2006 li jawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' ikel tat-trabi bbażat fuq l-idrolisati tal-proteina tax-xorrox idderivata mill-proteina tal-ħalib tal-baqar għal perjodu ta' sentejn (ĠU L 299, 28.10.2006, p. 9.).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1609/2006 u d-Direttiva 2006/92/KE fil-lingwa Iżlandiża u Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-28 ta' April 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 27 ta' April 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 89, 29.3.2007, p 17.

(2)  ĠU L 299, 28.10.2006, p 9.

(3)  ĠU L 311, 10.11.2006, p 31.

(*)  *Ebda ħtiġijiet kostituzzjonali m'huma indikati.