22007A1219(07)

Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Montenegro dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ tal-viża - Deklarācijas

Official Journal L 334 , 19/12/2007 P. 0109 - 0119


20071108

Ftehim

bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Montenegro dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ tal-viża

IL-KOMUNITÀ EWROPEA minn hawn ‘il quddiem imsejħa "l-Komunità";

u

IR-REPUBBLIKA TA’ MONTENEGRO,

minn hawn ‘il quddiem imsejħa "il-partijiet";

FILWAQT LI KKUNSIDRAW il-perspettiva Ewropea tar-Repubblika ta’ Montenegro, il-ftuħ tan-negozjati dwar il-Fethim ta’ l-Istabbilizzazzjoni u l-Assoċjazzjoni (SAA — Stabilisation and Association Agreement) bejn il-Komunità Ewropea/l-Istati Membri ta’ l-UE u r-Repubblika tar-Repubblika ta’ Montenegro u l-Isħubija Ewropea adottata mill-Kunsill f’Jannar 2006;

FILWAQT LI AFFERMAW mill-ġdid l-intenzjoni li jikkooperaw mill-qrib fil-qafas ta’ l-istrutturi ta’ l-SAA eżistenti għal-liberalizzazzjoni tar-reġim tal-viżi bejn ir-Repubblika tar-Repubblika ta’ Montenegro u l-Unjoni Ewropea, skond il-konklużjonijiet tas-Summit UE-Balkani tal-Punent li sar f’Tessaloniki fil- 21 ta’ Ġunju 2003;

FILWAQT LI JIXTIEQU, bħala l-ewwel pass konkret lejn ir-reġim ta’ l-ivvjaġġar mingħajr viża, jiffaċilitaw il-kuntatti bejn il-persuni bħala kondizzjoni importanti għal żvilupp kostanti ta’ rabtiet ekonomiċi, umanitarji, kulturali, xjentifiċi u oħrajn, billi jiffaċilitaw il-ħruġ tal-viżi lil persuni ta’ nazzjonalità tar-Repubblika ta’ Montenegro;

FILWAQT LI JIFTAKRU li, iċ-ċittadini kollha ta’ l-UE huma eżenti mir-rekwiżit ta’ viża meta jivvjaġġaw lejn ir-Repubblika tar-Repubblika ta’ Montenegro għal żmien mhux itwal minn 90 jum jew jagħmlu tranżitu mit-territorju tar-Repubblika ta’ Montenegro;

FILWAQT LI JAGĦRFU li jekk ir-Repubblika tar-Repubblika ta’ Montenegro kellha terġa’ tintroduċi r-rekwiżit għaċ-ċittadini ta’ l-UE, l-istess faċilitazzjonijiet mogħtija taħt dan il-ftehim liċ-ċittadini tar-Repubblika ta’ Montenegro japplikaw awtomatikament, fuq il-bażi ta’ reċiproċità, għaċ-ċittadini ta’ l-UE;

FILWAQT LI JAGĦRFU li l-faċilitazzjoni tal-viża m’għandhiex twassal għall-migrazzjoni illegali u u b’attenzjoni speċjali għas-sigurtà u l-ammissjoni mill-ġdid;

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW il-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, u l-Protokoll li jintegra l-acquis ta’ Schengen fil-qafas ta’ l-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropa u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u jikkonfermaw li d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim ma japplikawx għar-Renju Unit u l-Irlanda;

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW il-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u jikkonfermaw li d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim ma japplikawx għar-Renju tad-Danimarka;

FTIEHMU KIF ĠEJ:

L-Artikolu 1

L-ghan u l-ambitu ta’ l-applikazzjoni

1. L-għan ta’ dan il-Ftehim huwa li jiffaċilita l-ħruġ ta’ viżi għal waqfa ta’ mhux aktar minn 90 jum matul perjodu ta’ 180 jum liċ-ċittadini tar-Repubblika ta’ Montenegro.

2. Jekk ir-Repubblika tar-Repubblika ta’ Montenegro jerġa’ jintroduċi r-rekwiżit ta’ viża għaċ-ċittadini ta’ l-UE jew għal xi kategoriji ta’ ċittadini ta’ l-UE, l-istess faċilitazzjonijiet mogħtija taħt dan il-ftehim liċ-ċittadini tar-Repubblika ta’ Montenegro awtomatikament, fuq il-bażi ta’ reċiproċità, japplikaw għaċ-ċittadini ta’ l-UE kkonċernati.

L-Artikolu 2

Il-klawżola ġenerali

1. Il-faċilitazzjonijiet tal-viża provduti f’dan il-Ftehim għandhom japplikaw għal ċittadini tar-Repubblika ta’ Montenegro biss sa fejn mhumiex eżentati mir-rekwiżiti ta’ viża skondi l-liġijiet u r-regolamenti tal-Komunità jew ta’ l-Istati Membri, dan il-ftehim jew ftehimiet oħrajn internazzjonali.

2. Il-liġi taċ-ċittadini tar-Repubblika ta’ Montenegro, ta’ l-Istati Membri jew tal-Komunità għandha tgħodd għall-ħarġiet mhux koperti mid-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, bħar-rifjut li tinħareġ viża, l-għarfien ta’ dokumenti ta’ l-ivvjaġġar, prova ta’ mezzi suffiċjenti ta’ sussistenza u r-rifjut tad-dħul u l-miżuri ta’ tkeċċija.

L-Artikolu 3

Id-definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta’ dan il-Ftehim

(a) "Stat Membru" għandha tfisser kwalunkwe Stat Membru ta’ l-Unjoni Ewropea, ħlief ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika ta’ l-Irlanda u r-Renju Unit;

(b) "Ċittadin ta’ l-Unjoni Ewropea" tfisser ċittadin ta’ Stat Membru kif iddefinit fil-punt (a);

(ċ) "Ċittadin tar-Repubblika ta’ Montenegro": tfisser persuna li għandha ċ-ċittadinanza tar-Repubblika ta’ Montenegro;

(d) Viża "tfisser awtorizzazzjoni maħruġa minn Stat Membru jew deċiżjoni meħuda minn dan l-Istat li hija meħtieġa għal skopijiet ta":

- dħul għal waqfa ppjanata f’dak l-Istat Membru jew f’bosta Stati Membri għal żmien mhux aktar minn 90 jum,

- dħul għal tranżitu mit-territorju ta’ dak l-Istat Membru jew bosta Stati Membri.

(e) "persuna li tirrisjedi legalment" tfisser ċittadin tar-Repubblika ta’ Montenegro awtorizzat jew intitolat jbqa’ aktar minn 90 jum fit-territorju ta’ Stat Membru, fuq bażi ta’ leġiżlazzjoni Komunitarja jew nazzjonali.

L-Artikolu 4

L-evidenza dokumentarja dwar l-għan tal-vjaġġ

1. Għal dawn il-kategoriji li ġejjin ta’ ċittadini tar-Repubblika ta’ Montenegro dawn id-dokumenti li ġejjin huma suffiċjenti biex jiġi ġġustifikat l-għan tal-vjaġġ lejn il-Parti l-oħra:

(a) għall-membri ta’ delegazzjonijiet uffiċjali li, wara stedina uffiċjali indirizzata lir-Repubblika ta’ Montenegro, għandhom jipparteċipaw f’laqgħat, konsultazzjonijiet negozjati jew programmi ta’ skambju, kif ukoll f’avvenimenti organizzati fit-territorju ta’ l-Istati Membri minn organizzazzjonijiet intergovernamentali:

- ittra maħruġa minn awtorità tar-Repubblika ta’ Montenegro li tikkonferma li l-applikant huwa membru ta’ delegazzjoni tagħha li qed jivvjaġġa lejn it-territorju ta’ l-Istati Membri biex jipparteċipa f’dawn il-ġrajjiet imsemmija, flimkien ma’ kopja ta’ l-istedina uffiċjali;

(b) għall-persuni fin-negozju u għar-rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet kummerċjali:

- talba bil-miktub minn persuna legali, kumpanija jew organizzazzjoni li qed tospita, jew uffiċċju jew fergħa ta’ din il-persuna legali jew kumpanija, l-awtoritajiet ta’ l-istat jew lokali ta’ l-Istati Membri jew il-kumitati ta’ l-organizzazzjoni tal-wirijiet kummerċjali u industrijali, konferenzi u simpożji organizzati fit-territorji ta’ l-Istati Membri, iffirmat minn Kamra tal-Kummerċ, l-Unjin tal-Persuni li Jħaddmu tar-Repubblika ta’ Montenegro jew l-Alleanza Kummerċjali ta’ Montenegro;

(ċ) għas-sewwieqa li jwettqu servizzi internazzjonali tat-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri lejn it-territorji ta’ l-Istati Membri f’vetturi rreġistrati fir-Repubblika ta’ Montenegro:

- talba bil-miktub mill-kumpannija nazzjonali jew assoċjazzjoni ta’ trasportaturi tar-Repubblika ta’ Montenegro li tipprovdi għat-trasport internazzjonali fuq l-art, li tispeċifika l-għan, it-tul u l-frekwenza tal-vjaġġi;

(d) għall-membri ta’ ekwipaġġ ta’ ferroviji, refriġeraturi u lokomottivi fil-ferroviji internazzjonali li jivvjaġġaw lejn it-territorji ta’ l-Istati Membri:

- talba bil-miktub mill-kumpannija kompetenti tar-Repubblika ta’ Montenegro li tispeċifika l-għan, it-tul u l-frekwenza tal-vjaġġi;

(e) għall-ġurnalisti:

- ċertifikat jew dokument ieħor maħruġ mill-organizzazzjoni professjonali, li jipprova li l-persuna kkonċernata hija ġurnalista kkwalifikata u dokument maħruġ minn min iħaddimha li jgħid li l-għan tal-vjaġġ huwa li jwettaq xogħol ġurnalistiku;

(f) għal persuni li jieħdu sehem f’attivitajiet xjentifiċi, kulturali u artistiċi, inklużi programmi ta’ l-università u programmi oħrajn ta’ skambju:

- talba bil-miktub mill-organizzazzjoni li qed tospita biex jieħdu sehem f’dawk l-attivitajiet;

(g) għat-tfal ta’ l-iskola, l-istudenti, l-istudenti fil-livell post-universitarju u l-għalliema li jakkumpanjawhom li jagħmlu vjaġġi għall-għanijiet ta’ l-istudju jew taħriġ edukazzjonali, inkluż fil-qafas ta’ programmi ta’ skambju kif ukoll attivitajiet oħrajn relatati ma’ l-iskola:

- talba bil-miktub jew ċertifikat ta’ reġistrazzjoni mill-università, akkademja, kulleġġ jew skola li qed jospitaw, jew karti ta’ l-istudenti jew ċertifikati tal-korsijiet li se jattendu għalihom;

(h) għall-parteċipanti f’avvenimenti internazzjonali ta’ l-isport u l-persuni li jakkumpanjawhom f’kapaċità professjonali:

- talba bil-miktub mill-organizzazzjoni li qed tospita: awtoritajiet kompetenti, Federazzjonijiet Nazzjonali ta’ l-Isport jew il-Kumitati Nazzjonali Olimpiċi ta’ l-Istati Membri;

(i) għall-parteċipanti fi programmi uffiċjali ta’ l-iskambju organizzati minn ibliet ġemellati:

- talba bil-miktub mill-Kap ta’ l-Amministrazzjoni/Sindku ta’ dawn l-ibliet;

(j) għall-qraba — konjuġi, ulied (inklużi dawk adottati), ġenituri (inklużi l-kustodi), nanniet u neputijiet — li jżuru lil ċittadini tar-Repubblika ta’ Montenegro li jirrisjedu legalment fit-territorju ta’ l-Istati Membri:

- talba bil-miktub mill-persuni li jospitaw;

(k) għal żjarat f’ċimiterji militari u ċivili:

- dokument uffiċjali li jikkonferma l-eżistenza u l-preservazzjoni tal-qabar kif ukoll ir-relazzjoni familjali jew oħra bejn l-applikant u l-persuna midfuna;

(l) għall-persuni li jżuru għal raġunijiet mediċi u l-persuni meħtieġa li jakkumpanjawhom:

- dokument uffiċjali ta’ l-istituzzjoni medika li tikkonferma l-ħtieġa tal-kura medika f’din l-istituzzjoni, il-ħtieġa ta’ l-akkumpanjament, u l-prova ta’ mezzi finanzjarji suffiċjenti biex isir ħlas għat-trattament mediku;

(m) għall-persuni li jżuru ċeremonji tad-dfin:

- dokument uffiċjali li jikkonferma l-fatt tal-mewt kif ukoll konferma tar-relazzjoni familjali jew oħra bejn l-applikant u l-persuna li ser tindifen.

(n) għar-rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili meta jagħmlu vjaġġi għall-iskopijiet ta’ taħriġ edukazzjonali, seminars, konferenzi, inklużi fil-qafas ta’ programmi ta’ skambju:

- talba bil-miktub mill-organizzazzjoni li qed tospita, li tikkonferma li l-persuna qed tirrappreżenta lill-organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili u ċ-ċertifikat dwar l-istabbiliment ta’ din l-organizzazzjoni mir-Reġistru rilevanti maħruġ minn awtorità ta’ l-Istat skond il-liġi nazzjonali;

(o) għall-membri tal-professjonijiet li jipparteċipaw f’wirjiet internazzjonali, konferenzi, simpożji, seminars jew avvenimenti oħrajn simili organizzati fit-territorju ta’ l-Istati Membri:

- talba bil-miktub mill-organizzazzjoni li qed tospita li tikkonferma li l-persuna kkonċernata qed tipparteċipa fil-ġrajja;

(p) imħallfin li jipparteċipaw fi programmi internazzjonali ta’ skambju, simpożji, seminars jew avvenimenti oħrajn simili ta’ taħriġ organizzati fit-territorju ta’ l-Istati Membri:

- talba bil-miktub mill-organizzazzjoni li qed tospita biex jipparteċipa f’dawk l-attivitajiet;

(q) għar-rappreżentanti tal-komunitajiet reliġjużi fir-Repubblika ta’ Montenegro:

- talba bil-miktub mill-kap tal-komunità reliġjuża rreġistrata fir-Repubblika ta’ Montenegro, li tispeċifika l-għan, it-tul u l-frekwenza tal-vjaġġi;

(r) għall-persuni li jivvjaġaw għat-turiżmu:

- ċertifikat jew kupun mill-aġenzija ta’ l-ivvjaġġar jew operatur turistiku akkreditat mill-Istati Membri fil-qafas tal-kooperazzjoni konsulari lokali li jikkonferma l-prenotazzjoni ta’ vjaġġ organizzat.

2. It-talba bil-miktub imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jkun fiha dawn l-partikolaritajiet:

(a) għall-persuna mistiedna — l-isem u l-kunjom, id-data tat-twelid, is-sess, iċ-ċittadinanza, in-numru tad-dokument ta’ l-identità, iż-żmien u l-għan tal-vjaġġ, in-numru ta’ dħul u fejn rilevanti, isem il-mara/raġel jew it-tfal li jakkumpanjaw lill-persuna mistiedna;

(b) għall-persuna li tistieden — isem, kunjom jew indirizz; u

(ċ) għall-persuna legali, kumpanija jew organizzazzjoni li tistieden — l-isem sħiħ u l-indirizz u

- jekk l-istedina hija maħruġa minn organizzazzjoni, l-isem u l-pożizzjoni tal-persuna li tiffirma l-istedina,

- jekk il-persuna li tistieden hija persuna legali jew kumpanija jew uffiċċju jew fergħa ta’ din il-persuna legali jew kumpanija stabbilita fit-territorju ta’ Stat Membru, in-numru tar-reġistrazzjoni kif meħtieġ mil-liġi nazzjonali ta’ l-Istat Membru kkonċernat.

3. Għall-kategoriji ta’ persuni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu, il-kategoriji kollha ta’ viża huma maħruġa skond il-proċedura semplifikata mingħajr bżonn ta’ xi ġustifikazzjoni, stedina jew validazzjoni oħra dwar l-għan tal-vjaġġ, provduta fil-leġiżlazzjoni ta’ l-Istati Membri.

L-Artikolu 5

Il-ħruġ ta’ viżi ta’ dħul aktar minn darba

1. Il-missjonijiet diplomatiċi u l-postijiet konsulari ta’ l-Istati Membri għandhom joħorġu l-viżi ta’ dħul aktar minn darba b’terminu ta’ validità sa ħames snin lil dawn il-kategoriji ta’ persuni:

(a) għall-membri tal-Gvern Nazzjonali, tal-Parlament, tal-Qorti Kostituzzjonali u tal-Qorti Suprema, il-President tal-Qorti ta’ l-Appelli, il-President tal-Qorti Amministrattiva, fil-każ li mhumiex eżentati mir-rekwiżit ta’ viża permezz ta’ dan il-ftehim, fl-eżerċizzju tad-dmirijiet tagħhom, b’terminu ta’ validità limitat għat-terminu tal-ħatra tagħhom jekk dan huwa ta’ inqas minn ħames snin;

(b) membri permanenti tad-delegazzjonijiet uffiċjali li, wara stedina uffiċjali indirizzata lir-Repubblika ta’ Montenegro, għandhom jipparteċipaw regolarment f’laqgħat, konsultazzjonijiet, negozjati jew programmi ta’ skambju, kif ukoll f’avvenimenti organizzati fit-territorju ta’ l-Istati Membri minn organizzazzjonijiet intergovernamentali;

(ċ) konjuġi, ulied (inklużi adottati), ġenituri (inklużi l-kustodi), ta’ età taħt il-21 sena jew li huma dipendenti li jżuru liċ-ċittadini tar-Repubblika ta’ Montenegro li jirrisjedu legalment fit-territorju ta’ l-Istati Membri b’terminu ta’ validità limitat għat-terminu tal-validità ta’ l-awtorizzazzjoni tagħhom għar-residenza legali.

2. Il-missjonijiet diplomatiċi u l-postijiet konsulari ta’ l-Istati Membri għandhom joħorġu viżi b’terminu ta’ validità sa sena lil dawn il-kategoriji ta’ persuni, kemm-il darba matul is-sena ta’ qabel ikunu kisbu għall-inqas viża waħda, użawha skond il-liġijiet dwar id-dħul u ż-żjara ta’ l-Istat fejn saret iż-żjara u li hemm raġunijiet biex tintalab viża ta’ dħul aktar minn darba:

(a) membri ta’ delegazzjonijiet uffiċjali li, wara stedina uffiċjali indirizzata lir-Repubblika ta’ Montenegro, għandhom jipparteċipaw b’mod regolari fil-laqgħat, fil-konsultazzjonijiet, fin-negozjati jew fil-programmi ta’ skambju, kif ukoll bħal f’avvenimenti organizzati fit-territorju ta’ l-Istati Membri minn organizzazzjonijiet intergovernamentali;

(b) persuni fin-negozju u rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet kummerċjali li jivvjaġġaw b’mod regolari lejn l-Istati Membri;

(ċ) sewwieqa li jwettqu servizzi internazzjonali tat-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri lejn it-territorji ta’ l-Istati Membri f’vetturi rreġistrati fir-Repubblika ta’ Montenegro;

(d) membri ta’ ekwipaġġ ta’ ferroviji, refriġeraturi u lokomottivi fil-ferroviji internazzjonali li jivvjaġġaw lejn it-territorji ta’ l-Istati Membri;

(e) membri tal-professjonijiet li jipparteċipaw f’wirjiet internazzjonali, konferenzi, simpożji, seminars jew avvenimenti oħrajn simili li jivvjaġġaw b’mod regolari lejn l-Istati Membri;

(f) persuni li jieħdu sehem f’attivitajiet xjentifiċi, kulturali u artistiċi, inklużi programmi ta’ l-università u programmi oħrajn ta’ skambju, li jivvjaġġaw b’mod regolari lejn l-Istati Membri;

(g) parteċipanti f’avvenimenti internazzjonali ta’ l-isport u l-persuni li jakkumpanjawhom f’kapaċità professjonali;

(h) ġurnalisti;

(i) parteċipanti fi programmi uffiċjali ta’ l-iskambju organizzati minn ibliet ġemellati;

(j) studenti u studenti post-universitarji li jagħmlu vjaġġi regolari għall-għanijiet ta’ l-istudju jew taħriġ edukazzjonali, inkluż fil-qafas ta’ programmi ta’ skambju;

(k) persuni li jeħtieġu li jżuru regolarment għal raġunijiet mediċi u l-persuni meħtieġa li jakkumpanjawhom;

(l) rappreżentanti tal-komunitajiet reliġjużi rreġistrati fir-Repubblika ta’ Montenegro, li jivvjaġġaw b’mod regolari lejn l-Istati Membri.

(m) rappreżentanti ta’ l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, li jivvjaġġaw b’mod regolari lejn l-Istati Membri għall-għanijiet ta’ taħriġ edukazzjonali, seminars, konferenzi, inkluż fil-qafas ta’ programmi ta’ skambju;

(n) imħallfin li jipparteċipaw fi programmi internazzjonali ta’ skambju, simpożji, seminars jew avvenimenti oħrajn simili ta’ taħriġ li jivvjaġġaw b’mod regolari lejn l-Istati Membri.

3. Il-missjonijiet diplomatiċi u l-postijiet konsulari ta’ l-Istati Membri għandhom joħorġu l-viżi ta’ dħul aktar minn darba b’terminu ta’ validità ta’ mhux inqas minn sentejn u mhux aktar minn ħames snin lill-kategoriji ta’ persuni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, kemm-il darba matul is-sentejn ta’ qabel għamlu użu mill-viżi ta’ dħul aktar minn darba ta’ sena skond il-liġijiet dwar id-dħul u l-waqfien ta’ l-Istat fejn saret iżżjara u li r-raġunijiet biex tintalab viża ta’ dħul aktar minn darba għadhom validi.

4. Il-perjodu totali taż-żjara tal-persuni msemmija fil-paragrafi 1 sa 3 ta’ dan l-Artikolu m’għandux ikun itwal minn 90 jum ghal kull perjodu ta’ 180 jum fit-territorju ta’ l-Istati Membri.

L-Artikolu 6

Il-ħlas biex jiġu pproċessati l-applikazzjonijiet għal viża

1. Il-ħlas biex tiġi pproċessata l-applikazzjoni għal viża taċ-ċittadini tar-Repubblika ta’ Montenegro għandu jammonta għal EUR 35.

Dan l-ammont jista’ jiġi rivedut skond il-proċedura kkontemplata fl-Artikolu 14(4).

Jekk ir-Repubblika ta’ Montenegro terġa’ tintroduċi r-rekwiżit tal-viża għaċ-ċittadini ta’ l-UE, il-ħlas tal-viża li għandha titlob ir-Repubblika ta’ Montenegro m’għandux ikun aktar minn EUR 35 jew l-ammont miftiehem jekk il-ħlas jiġi rivedut skond il-proċedura kkontemplata fl-Artikolu 14(4).

2. Mhux dovut ħlas biex tiġi pproċessata l-applikazzjoni għal viża magħmula minn dawn il-kategoriji ta’ persuni li ġejjin:

(a) għall-membri tal-Gvern Nazzjonali, tal-Parlament, tal-Qorti Kostituzzjonali u tal-Qorti Suprema, il-President tal-Qorti ta’ l-Appelli, il-President tal-Qorti Amministrattiva, persuni msemmija fl-Artikolu 5, (1). punt a) fil-każ li mhumiex eżentati mir-rekwiżit ta’ viża permezz ta’ dan il-ftehim;

(b) qraba — konjuġi, tfal (inklużi adottati), ġenituri (inklużi l-kustodi), nanniet u neputijiet li jżuru lil ċittadini tar-Repubblika ta’ Montenegro li jirrisjedu legalment fit-territorju ta’ l-Istati Membri;

(ċ) membri ta’ delegazzjonijiet uffiċjali li, wara stedina uffiċjali indirizzata lir-Repubblika ta’ Montenegro, għandhom jipparteċipaw regolarment f’laqgħat, konsultazzjonijiet, negozjati jew programmi ta’ skambju, kif ukoll f’avvenimenti organizzati fit-territorju ta’ l-Istati Membri minn organizzazzjonijiet intergovernamentali;

(d) tfal ta’ l-iskola, l-istudenti, l-istudenti fil-livell post-universitarju u l-għalliema li jakkumpanjawhom li jagħmlu vjaġġi għall-għanijiet ta’ l-istudju jew taħriġ edukazzjonali;

(e) persuni b’diżabilità u l-persuna li takkumpanjahom, jekk meħtieġ;

(f) persuni li ppreżentaw dokumenti li jippruvaw il-ħtieġa li jivvjaġġaw għal raġunijiet umanitarji, inkluż biex jirċievu trattament mediku urġenti u l-persuna li takkumpanjahom, jew li jattendu funeral ta’ qarib, jew biex iżuru qarib li għandu mard serju;

(g) parteċipanti f’avvenimenti internazzjonali ta’ l-isport u l-persuni li jakkumpanjawhom f’kapaċità professjonali;

(h) persuni li jieħdu sehem f’attivitajiet xjentifiċi, kulturali u artistiċi, inklużi programmi ta’ l-università u programmi oħrajn ta’ skambju;

(i) parteċipanti fi programmi uffiċjali ta’ l-iskambju organizzati minn ibliet ġemellati;

(j) ġurnalisti;

(k) pensjonanti;

(l) imħallfin li jipparteċipaw fi programmi internazzjonali ta’ skambju, simpożji, seminars jew avvenimenti oħrajn simili;

(m) rappreżentanti tal-komunitajiet reliġjużi rreġistrati fir-Repubblika ta’ Montenegro;

(n) rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jivvjaġġaw sabiex jattendu laqgħat, seminars, programmi ta’skambju jew korsijiet ta’ taħriġ;

(o) membri tal-professjonijiet li jipparteċipaw f’wirjiet internazzjonali, konferenzi, simpożji, seminars jew avvenimenti oħrajn simili organizzati fit-territorju ta’ l-Istati Membri;

(p) sewwieqa li jwettqu servizzi internazzjonali tat-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri lejn it-territorji ta’ l-Istati Membri f’vetturi rreġistrati fir-Repubblika ta’ Montenegro;

(q) membri ta’ ekwipaġġ ta’ ferroviji, refriġeraturi u lokomottivi fil-ferroviji internazzjonali li jivvjaġġaw lejn it-territorji ta’ l-Istati Membri;

(r) tfal taħt l-età ta’ 6 snin.

L-Artikolu 7

It-tul tal-proċeduri biex jiġu pproċessati l-applikazzjonijiet għal viża

1. Il-missjonijiet diplomatiċi u l-postijiet konsulari ta’ l-Istati Membri għandhom jieħdu deċiżjoni dwar it-talba biex tinħareġ viża fi żmien 10 jiem tal-kalendarju mid-data minn meta jirċievu l-applikazzjoni u d-dokumenti meħtieġa biex tinħareġ il-viża.

2. Il-perjodu biex tittieħed deċiżjoni dwar applikazzjoni għal viża jista’ jiġi estiż sa mhux aktar minn 30 jum tal-kalendarju f’każijiet individwali, b’mod partikolari meta hija meħtieġa analiżi ulterjuri ta’ l-applikazzjoni.

3. Il-perjodu biex tittieħed deċiżjoni dwar applikazzjoni għal viża jista’ jitnaqqas għal 3 ijiem jew inqas f’każijiet urġenti.

L-Artikolu 8

It-tluq fil-każ ta’ dokumeti mitlufa jew misruqa

Iċ-ċittadini ta’ l-Unjoni Ewropea u tar-Repubblika ta’ Montenegro li tilfu d-dokumenti ta’ l-identità tagħhom, jew li nsterqu mingħandhom dawn id-dokumenti waqt li kienu fit-territorju tar-Repubblika ta’ Montenegro jew ta’ l-Istati Membri, jistgħu jitilqu minn dak it-territorju fuq bażi ta’ dokumenti ta’ l-identità validi li jintitolawhom jaqsmu l-fruntiera maħruġa mill-missjonijiet diplomatiċi jew il-postijiet konsulari ta’ l-Istati Membri jew tar-Repubblika ta’ Montenegro mingħajr ebda viża jew awtorizzazzjoni oħra.

L-Artikolu 9

L-estensjoni tal-viża f’ċirkostanzi eċċezzjonali

Iċ-ċittadini tar-Repubblika ta’ Montenegro li m’għandhomx possibbiltà jitilqu mit-territorju ta’ l-Istati Membri fiż-żmien indikat fil-viża tagħhom għal raġunijiet ta’ force majeure għandu jkollhom it-terminu tal-viża tagħhom estiż mingħajr ħlas skond il-leġiżlazzjoni applikata mill-Istat li qed jilqa’, għall-perjodu meħtieġ biex imorru lura fl-Istat tar-residenza tagħhom.

L-Artikolu 10

Il-passaporti diplomatiċi

1. Iċ-ċittadini tar-Repubblika ta’ Montenegro li għandhom passaport diplomatiku validu jistgħu jidħlu, joħorġu jew jagħmlu tranżitu mit-territorju ta’ l-Istati Membri mingħajr viża.

2. Il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jieqfu fit-territorju ta’ l-Istati Membri għal perjodu mhux itwal minn 90 jum ghal kull perjodu ta’ 180 jum.

L-Artikolu 11

Il-validità territorjali tal-viżi

Bla ħsara għar-regoli u r-regolamenti taċ-ċittadini dwar is-sigurtà taċ-ċittadini ta’ l-Istati Membri u bla ħsara għar-regoli ta’ l-UE dwar il-viżi li għandhom validità territorjali limitata, iċ-ċittadini tar-Repubblika ta’ Montenegro għandhom ikunu intitolati jivvjaġġaw fit-territorju ta’ l-Istati Membri fuq bażi ugwali maċ-ċittadini ta’ l-UE.

L-Artikolu 12

Il-Kumitat Konġunt għall-Ġestjoni tal-Ftehim

1. Il-Partijiet għandhom jistabbilixxu Kumitat Konġunt ta’ esperti (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ "il-Kumitat"), kompost minn rappreżentanti tal-Komunità Ewropea u tar-Repubblika ta’ Montenegro. Il-Komunità għandha tkun irrappreżentata mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, assistita minn esperti mill-Istati Membri.

2. Il-Kumitat għandu, b’mod partikolari, jkollu dawn il-funzjonijiet li ġejjin:

(a) jissorvelja l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim;

(b) jissuġġerixxi emendi jew żjidiet għal dan il-Ftehim;

(ċ) jirriżolvi t-tilwimiet li jqumu mill-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim.

3. Il-Kumitat għandu jiltaqa’ kull fejn huwa meħtieġ, fuq talba minn waħda mill-Partijiet u għall-inqas darba f’sena.

4. Il-Kumitat għandu jistabbilixxi r-regoli tal-proċedura tiegħu stess.

L-Artikolu 13

Ir-Relazzjoni ta’ dan il-Ftehim ma’ Ftehimiet bilaterali bejn l-Istati Membri u r-Repubblika ta’ Montenegro

1. Sa minn meta jidħol fis-seħħ, dan il-Ftehim għandu jieħu preċedenza fuq dispożizzjonijiet ta’ kwalunkwe ftehim jew arranġament bilaterali jew multilaterali konkluż bejn Stati Membri individwali u r-Repubblika ta’ Montenegro, sa fejn id-dispożizzjonijiet ta’ dawn il-ftehimiet jew arranġamenti jkopru kwistjonijiet koperti minn dan il-Ftehim.

2. Id-dispożizzjonijiet ta’ ftehimiet jew arranġamenti bilaterali bejn Stati Membri individwali u r-Repubblika ta’ Montenegro ffirmati qabel l- 1 ta’ Jannar 2007 li jipprovdu għall-eżenzjoni lid-detenturi ta’ passaporti tas-servizz mir-rekwiżit ta’ viża, għandhom ikomplu jgħoddu għal perjodu ta’ 5 snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ l-Istati Membri kkonċernati jew tar-Repubblika ta’ Montenegro li jiddenunzjaw jew jissospendu dawn il-ftehimiet bilaterali matul dan il-perjodu ta’ 5 snin.

L-Artikolu 14

Il-klawżoli finali

1. Dan il-Ftehim għandu jiġi rratifikat jew approvat mill-Partijiet skond il-proċeduri rispettivi tagħhom u għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum wara t-tieni xahar wara d-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin li l-proċeduri msemmija hawn taħt tlestew.

2. B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Montenegro dwar l-ammissjoni mill-ġdid tal-persuni jekk din id-data hija wara d-data provduta fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

3. Dan il-Ftehim huwa konkluż għal perjodu ta’ żmien indefinit, kemm-il darba ma jintemmx skond il-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu.

4. Dan il-Ftehim jista’ jiġi emendat bi ftehim bil-miktub tal-Partijiet. L-emendi għandhom jidħlu fis-seħħ wara li l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin li tlestew il-proċeduri interni meħtieġa għal dan l-iskop.

5. Kull Parti tista’ tissospendi dan il-Ftehim kollu, jew partijiet minnu, għal raġunijiet ta’ ordni pubblika, il-protezzjoni tas-sigurtà taċ-ċittadini jew il-protezzjoni tas-saħħa pubblika. Id-deċiżjoni dwar is-sospensjoni għandha tiġi nnotifikata lill-Parti l-oħra mhux aktar tard minn 48 siegħa qabel ma tidħol fis-seħħ. Il-Parti li ssospendiet l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandha minnufih tgħarraf lill-Parti l-oħra ladarba r-raġunijiet għas-sospensjoni m’għadhomx japplikaw.

6. Kull Parti tista’ tittermina dan il-Ftehim billi tavża lill-Parti l-oħra bil-miktub. Dan il-Ftehim għandu jieqaf milli jkun fis-seħħ 90 jum wara d-data ta’ dan l-avviż.

Magħmul fi Brussell fit-tmintax-il jum ta’ Settembru tas-sena elfejn u sebgħa f’żewġ oriġinali, f’kull waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Partijiet, u kull wieħed minn dawn it-testijiet huwa ugwalment awtentiku.

За Европейската общност

Por la Comunidad Europea

Za Evropské společenství

For Det Europæiske Fællesskab

Für die Europäische Gemeinschaft

Euroopa Ühenduse nimel

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

For the European Community

Pour la Communauté européenne

Per la Comunità europea

Eiropas Kopienas vārdā

Europos bendrijos vardu

Az Európai Közösség részéről

Għall-Komunitá Ewropea

Voor de Europese Gemeenschap

W imieniu Wspólnoty Europejskiej

Pela Comunidade Europeia

Pentru Comunitatea Europeană

Za Európske spoločenstvo

Za Evropsko skupnost

Euroopan yhteisön puolesta

För Europeiska gemenskapen

Za Evropsku Zajednicu

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

За Република Черна гора

Por la República de Montenegro

Za Republiku Ċerná Hora

For Republikken Montenegro

Für die Republik Montenegro

Montenegro Vabariigi nimel

Για τη Δημοκρατία του Μαυροβουνίου

For the Republic of Montenegro

Pour la République du Monténégro

Per la Repubblica del Montenegro

Melnkalnes Republikas vārdā

Juodkalnijos Respublikos vardu

A Montenegrói Köztársaság részéről

Għar-Repubblika ta' Montenegro

Voor de Republiek Montenegro

W imieniu Republiki Czarnogóry

Pela República do Montenegro

Pentru Republica Muntenegru

Za Čiernohorskú republiku

Za Republiko Črno goro

Montenegron tasavallan puolesta

För Republiken Montenegro

Za Republiku Crnu Goru

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

20071108

ANNESS

IL-PROTOKOLL GĦALL-FTEHIM DWAR L-ISTATI MEMBRI LI MA JIMPLIMENTAWX GĦAL KOLLOX L-ACQUIS TA’ SCHENGEN

Dawk l-Istati Membri li huma marbuta mill-acquis ta’ Schengen iżda li għadhom ma joħorġux il-viżi ta’ Schengen, filwaqt li jistennew id-deċiżjoni rilevanti tal-Kunsill f’dan is-sens, għandhom joħorġu viżi taċ-ċittadini li l-validità tagħhom hija limitata għat-territorju tagħhom stess.

Dawn l-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu unilateralment il-viżi ta’ Schengen u l-permessi ta’ residenza għat-tranżitu mit-territorju tagħhom, skond id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 895/2006/KE.

Ladarba d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 895/2006/KE ma tgħoddx għar-Rumanija u l-Bulgarija, il-Kummissjoni Ewropea se tipproponi dispożizzjonijiet simili biex dawn il-pajjiżi jistgħu jirrikonoxxu unilateralment il-viżi u l-permessi tar-residenza ta’ Schengen u dokumenti oħrajn simili maħruġa minn Stati Membri oħrajn li għadhom mhux integrati għal kollox fiż-żona ta’ Schengen għall-iskopijiet ta’ tranżitu mit-territorju tagħhom.

--------------------------------------------------