5.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
313 |
DEĊIŻJONI Nru 06/KE/2006 TAL-KUMITAT KONĠUNT IMWAQQAF SKOND IL-FTEHIM DWAR L-GĦARFIEN REĊIPROKU BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-ĠAPPUN
tat-12 ta' Ġunju 2006
relatat mar-reġistrazzjoni tal-Korp għall-Evalwazzjoni tal-Konformità skond l-Anness Settorali dwar it-Tagħmir Terminali tat-Telekomunikazzjoni u t-Tagħmir tar-Radju
(2006/707/KE)
IL-KUMITAT KONĠUNT,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar l-Għarfien Reċiproku bejn il-Ġappun u l-Komunità Ewropea u partikolarment l-Artikoli 8(3)(a) u 9(1)(b) tiegħu;
Billi l-Kumitat Konġunt għandu jieħu deċiżjoni li jelenka Korp jew Korpi ta' Valutazzjoni tal-konformità skond Anness Settorjali;
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
1. |
Il-Korp għall-Valutazzjoni tal-Konformità indikat hawn taħt huwa rreġistrat skond l-Anness Settorjali dwar it-Tagħmir Terminali tat-Telekomunikazzjoni u t-Tagħmir tar-Radju tal-Ftehim, għall-prodotti u l-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità kif indikat hawn taħt. Isem, akronimu u dettalji ta' kuntatt tal-Korp għall-Valutazzjoni tal-Konformità:
Ambitu ta' reġistrazzjoni f'termini ta' prodotti u proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità: Għal-Liġi tar-Radju: Tagħmir tar-radju speċifikat fl-Artikolu 38-2, paragrafu 1, punt 1, punt 2 u punt 3 tal-Liġi dwar ir-Radju. |
2. |
Din id-deċizjoni, magħmula f'żewġ kopji, għandha tkun iffirmata mill-Ko-Presidenti. Id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ mid-data li fiha titniżżel l-aħħar firma. |
Iffirmata f'Tokjo fit-12 ta' Ġunju 2006.
F'isem il-Ġappun
Komiko ICHIKAWA
Iffirmata fi Brussell fil-31 ta' Mejju 2006.
F'isem il-Komunità Ewropea
Andra KOKE