14.10.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

10


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 71/2004

tat-8 ta' Ġunju 2004

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jirranġa l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 102/2002 tat-12 ta' Lulju 2002 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2679/98 tas-7 ta' Diċembru 1998 dwar l-operat tas-suq intern fir-rigward tal-moviment ħieles ta' l-oġġetti bejn l-Istati Membri (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri, imlaqqa' fi ħdan il-Kunsill tas-7 ta' Diċembru 1998 dwar il-moviment ħieles ta' l-oġġetti (3), għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Kapitolu XX ta' l-Anness II għall-Ftehim se jiġi emendat kif ġej:

1.

It-titolu u l-punt li jmiss se jiddaħħal wara t-titolu “XX. MOVIMENT ĦIELES TA' L-OĠĠETTI”:

“ATTI MSEMMIJA

1.

398 R 2679: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2679/98 tas-7 ta' Diċembru 1998 dwar l-operat tas-suq intern fir-rigward tal-moviment ħieles ta' l-oġġetti bejn l-Istati Membri (ĠU L 337, tat-12.12.1998, p. 8).”

2.

Il-Punti 1, 2, 3, u 4 se jsiru l-punti 2, 3, 4, u 5 rispettivament.

3.

Il-punt li jmiss se jiddaħħal wara l-punt 5 (Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2001/893/KE):

“6.

498 X 1212(01): Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri, imlaqqa' fi ħdan il-Kunsill tas-7 ta' Diċembru 1998 dwar il-moviment ħieles ta' l-oġġetti (ĠU L 337, tat-12.12.1998, p. 10).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 2679/98 u r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri, imlaqqa' fi ħdan il-Kunsill tas-7 ta' Diċembru 1998 fil-lingwa Iżlandiża u Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, se jkunu dawk awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni se tidħol fis-seħħ fid-9 ta' Ġunju 2004, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni se tkun ippubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, fit-8 ta' Ġunju 2004.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

S. GILLESPIE


(1)  ĠU L 298, tal-31.10.2002, p. 17.

(2)  ĠU L 337, tat-12.12.1998, p. 8.

(3)  ĠU L 337, tat-12.12.1998, p. 10.

(*)  Ħtiġijiet kostituzzjonali huma indikati.


ANNESS

DIKJARAZZJONI MILL-ISTATI TA' L-EFTA

dwar ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri, imlaqqa' fi ħdan il-Kunsill tas-7 ta' diċembru 1998 dwar il-moviment ħieles ta' l-oġġetti

(li ddaħħal punt ġdid 6 fil-Kapitolu XX (il-moviment ħieles ta' l-oġġetti — ġenerali) ta' l-Anness ii għall-Ftehim taż-ŻEE)

L-Istati ta' l-EFTA jidħlu għar-responsabilità li jagħmlu kull ma hu fis-setgħa tagħhom sabiex joqgħodu għall-istess obbligi bħal dawk ta' l-Istati Membri għall-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri, imlaqqa' fi ħdan il-Kunsill tas-7 ta' Diċembru 1998 dwar il-moviment ħieles ta' l-oġġetti.

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA

dwar l-inkorporazzjoni fil-ftehim ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2679/98 tas-7 ta' Diċembru 1998 dwar l-ioperat tas-suq intern fir-rigward tal-moviment ħieles ta' l-oġġetti bejn l-Istati Membri

(li ddaħħal punt ġdid 1 fil-Kapitolu XX (il-moviment ħieles ta' l-oġġetti — ġenerali) ta' l-Anness ii tal-Ftehim taż-ŻEE)

Il-Partijiet Kontraentii jaqblu li t-tħassib indirizzat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2679/98 huwa importanti fir-rigward tat-tlestija tas-suq intern.

Il-Partijiet għalhekk jixtiequ li japplikaw ir-Regolament (KE) Nru 2679/98 hekk kif inhu inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE.

Dan huwa bla ħsara għall-ftehim li l-affarijiet tal-ġustizzja u ta' l-intern fis-sens strett tal-kelma jaqgħu barra mill-firxa tal-Ftehim taż-ŻEE.