22004D0028



Official Journal L 127 , 29/04/2004 P. 0136 - 0136


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 28/2004

tad-19 ta' Marzu 2004

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAL-FEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 150/2003 tas-7 ta' Novembru 2003 [1].

(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/641/KE tal-5 ta' Settembru 2003 dwar l-użu ta' ritratti bil-kulur jew illustrazzjonijiet oħra bħala twissijiet tas-saħħa fuq pakketti tat-tabakk [2] għandha tkun inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 3 (id-Direttiva 2001/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XXV ta' l-Anness II tal-Ftehim:

"4. 32003 D 0641: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/641/KE tal-5 ta' Settembru 2003 dwar l-użu ta' ritratti bil-kulur jew illustrazzjonijiet oħra bħala twissijiet tas-saħħa fuq pakketti tat-tabakk (ĠU L 226, 10.9.2003, p. 24)."

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2003/641/KE fil-lingwi ta' l-Islanda u tan-Norveġja, li jkunu pubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-20 ta' Marzu 2004, basta n-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun pubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE tal-, u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-, Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussel, fid-19 ta' Marzu 2004.

Għall-Kumitat Konġunt tal-FEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 94, ta' l-10.4.2003, p. 61.

[2] ĠU L 226, ta' l-10.9.2003, p. 24.

[3] Ma huma indikati l-ebda rikjesti kostituzzjonali.

--------------------------------------------------