22003D0037



Official Journal L 137 , 05/06/2003 P. 0044 - 0045


Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 37/2003

ta' l-14 ta' Marzu 2003

li temenda l-Anness XXII (Liġi dwar kumpaniji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll dwar l-aġġustament tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness XXII tal-Ftehim kien ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 93/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 [1].

(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali ta' accounting [2] għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 10a (Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2157.2001) ta' l-Anness XXII tal-Ftehim:

"10b. 32002 R 1606: Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali ta' accounting (ĠU L 243, tal-11.9.2002, p. 1)."

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 bl-Islandiku u n-Norveġiż, li għandhom jiġu pubblikati fis-Suppliment dwar iż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-DeċIżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-15 ta' Marzu 2003, basta li n-notifikazzjonijiet kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu ġew mgħoddija lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fit-Taqsima dwar Iż-ŻEE u fis-Suppliment dwar iż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussel, fl-14 ta' Marzu 2003.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 266, tat-3.10.2002, p. 69.

[2] ĠU L 243, tal-11.9.2002, p. 1.

[3] Ħtiġijiet kostituzzjonali huma indikati.

--------------------------------------------------