22002D0112



Official Journal L 336 , 12/12/2002 P. 0001 - 0002


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 112/2002

tas-27 ta' Settembru 2002

li temenda L-Anness I (materji Veterinarji u fitosanitarji) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li mmodifika l-Ftehim fuq iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness I għall-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE Nru 78/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 [1].

(2) Erba' atti li jirrigwardaw materji ta' kontroll, miżuri ta' kontroll - notifikazzjoni ta' mard, saħħa ta' l-animali - skambju u tpoġġija fuq is-suq ta' animali ħajjin - għandhom jiġu nkorporati mal-Ftehim.

(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/618/KE tħassar d-Deċiżjonijiet 93/24/KEE u 93/244/KEE, li huma nkorporati fil-Ftehim u li għandhom jiġu mneġġija mill-Ftehim.

(4) Din id-Deċiżjoni ma' għandhiex tiġi applikata għall-Islanda u l-Liechenstein,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I ta' l-Anness I tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif mniżżel fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet 2001/525/KE [2], 2001/577/KE [3], 2001/618/KE [4] u 2001/660/KE [5] fil-lingwa Norveġiża, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-28 ta' Settembru 2002, dejjem jekk ikunu saru n-notifikazzjonijiet kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konjunt ŻEE [6].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fiż-ŻEE Sezzjoni ta', u fiż-ŻEE Suppliment lil, l-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fis-27 ta' Settembru 2002.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gunnar Snorri Gunnarsson

[1] ĠU L 266, tat-3.10.2002, p. 22.

[2] ĠU L 190, tat-12.7.2001, p. 24.

[3] ĠU L 203, tat-28.7.2001, p. 27.

[4] ĠU L 215, tad-9.8.2001, p. 48.

[5] ĠU L 232, tat-30.8.2001, p. 23.

[6] Ma hemm l-ħtiġiet kostituzzjonali indikat.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Għad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE Nru 112/2002

Il-Kapitolu I ta' l-Anness I għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif imfisser hawn taħt.

1. Il-punt li ġej għandu jiġi miżjud wara l--punt 13 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/399/KE) f'Parti 1.2 taħt l-Intestatura

"ATTI LI TAGĦHOM GĦANDHOM JAGĦTU KAŻ L-ISTATI EFTA U L-AWTORITÁ TA' SORVELJANZA EFTA"

:

"14. 32001 D 0577: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/577/KE tal-25 ta' Lulju 2001 li stabbiliet id-data li fiha n-notifika mill-Portugall ta' prodotti bovini taħt l-Iskema ta' Esportazzjoni Bbażata fuq id-Data tista tibda bis-saħħa' ta' l-Artikolu 22(2) tad-Deċiżjoni Nru 2001/376/KE (ĠU L 203, tat-28.7.2001, p. 27)."

2. L-Inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 13 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/112/KE) f'Parti 3.2:

"- 32001 D 0660: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/660/KE tas-6 ta' Awissu 2001 (ĠU L 232, tat-30.8.2001, p. 23)."

3. Dawn li ġejjin għandhom jiġu miżjuda fil-punt 12 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/680/KE) f'Parti 3.2 taħt l-Intestatura

"ATTI LI TAGĦHOM GĦANDHOM JAGĦTU KAŻ L-ISTATI EFTA U L-AWTORITÁ TA' SORVELJANZA EFTA"

:

", kif emendat minn:

- 32001 D 0525: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/525/KE tat-28 ta' Ġunju 2001 (ĠU L 190, tat-12.7.2001, p. 24)."

4. Il--punt li ġej għandu jiġi miżjud wara l-punt 63 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/183/KE) fil-Parti 4.2:

"64. 32001 D 0618: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/618/KE tat-23 ta' Lulju 2001 dwar garanziji addizjonali fil-kummerċ fil-Komunità ta' majjali marbuta mal-marda ta' Aujeszky, kriterji biex jipprovdu nformazzjoni fuq il-marda u li tħassar id- Deċiżjonijiet 93/24/KEE u 93/244/KEE (ĠU L 215, tad-9.8.2001, p. 48)."

5. It-test tal-punti 9 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/24/KEE) u 19 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/244/KEE) fil-Parti 4.2 għandhom jiġi mħassra.

--------------------------------------------------