22000A1215(01)



Official Journal L 317 , 15/12/2000 P. 0003 - 0353


Ftehim ta' sħubija

bejn il-membri tal-gruppi ta' l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn banda waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa l-oħra, iffirmaw f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000

INDIĊI TAL-KONTENUT

PREAMBOLU PARTI 1: DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

It-Titolu I- L-Għanijiet, il-Prinċipji u l-Atturi

Il-Kapitolu 1: L-Għanijiet u l-Prinċipji

Il-Kapitolu 2: L-Atturi tas-Sħubija

It-Titolu II- Id-Dimensjoni Politika

PARTI 2: DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI

PARTI 3: STRATEĠIJI TAL-KOPERAZZJONI

It-Titolu I- Strateġiji ta' l-Iżvilupp

Il-Kapitolu 1: Il-Qafas Ġenerali

Il-Kapitolu 2: L-Oqsma ta' l-Appoġġ

Sezzjoni 1: L-Iżvilupp Ekonomiku

Sezzjoni 2: L-Iżvilupp Soċjali u Uman

Sezzjoni 3: Koperazzjoni u Integrazzjoni Reġjonali

Sezzjoni 4: Suġġetti Tematiċi u b'Aspett Transversjali

It-Titolu II- Koperazzjoni Ekonomika u fil-Kummerċ

Il-Kapitolu 1: L-Għanijiet u l-Prinċipji

Il-Kapitolu 2: Arranġamenti Ġodda tal-Kummerċ

Il-Kapitolu 3: Koperazzjoni fil-Fora Internazzjonali

Il-Kapitolu 4: Kummerċ fis-Servizzi

Il-Kapitolu 5: Oqsma Relatati mal-Kummerċ

Il-Kapitolu 6: Koperazzjoni f'Oqsma Oħrajn

PARTI 4: ŻVILUPP FIL-KOPERAZZJONI FINANZJARJA

It-Titolu I- Dispożizzjonijiet Ġenerali

Il-Kapitolu 1: L-Għanijiet, il-Prinċipji, il-Linji ta' Gwida u l-Eliġibilità

Il-Kapitolu 2: L-Iskop u n-Natura tal-Finanzjament

It-Titolu II- Koperazzjoni Finanzjarja

Il-Kapitolu 1: Riżorsi Finanzjarji

Il-Kapitolu 2: Appoġġ dwar id-dejn u l-Aġġustament strutturali

Il-Kapitolu 3: Appoġġ f'Każ ta' ċaqlieq f'termini qosra fil-qliegħ mill-Esportazzjoni

Il-Kapitolu 4: Appoġġ għal Politiki Settorjali

Il-Kapitolu 5: Proġetti Żgħar u l-Koperazzjoni Deċentralizzata

Il-Kapitolu 6: Għajnuna Umanitarja u fil-Każ ta' Emerġenza

Il-Kapitolu 7: Appoġġ għall-Iżvilupp tas-Settur ta' l-Investiment u dak privat

It-Titolu III - Koperazzjoni Teknika

It-Titolu IV - Sistemi ta' Proċeduri u ta' l-Amministrazzjoni

PARTI 5: DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-ISTATI TA' L-ACP L-ANQASŻVILUPPATI, LI M'GĦANDHOMX AĊĊESS GĦALL-BAĦAR U L-GŻEJJER (LDLICS)

Il-Kapitolu 1: Dispożizzjonijiet Ġenerali

Il-Kapitolu 2: L-Istati ta' l-ACP l-Anqas Żviluppati

Il-Kapitolu 3: L-Istati ta' l-ACP li m'għandhomx Aċċess għall-baħar

Il-Kapitolu 4: L-Istati Gżejjer ACP

PARTI 6: DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

PREAMBOLU

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, fuq naħa waħda, u l-Ftehim ta' Georgetown li jistabbilixxi l-Grupp ta' l-Istati tal-Paċifiku, Afrikani u tal-Karibew (ACP), fuq naħa oħra;

JAFFERMAW ir-rabta tagħhom biex jaħdmu flimkien biex jintlaħqu l-għanijiet li jinqered il-faqar, ikun hemm żvilupp sostenibbli u l-integrazzjoni bil-mod tal-pajjiżi tal-ACP fl-ekonomija dinjija;

JAFFERMAW id-deċiżjoni tagħhom biex jagħmlu, b'riżultat tal-koperazzjoni tagħhom, kontribuzzjoni sinjifikanti għall-iżvilupp ekonomiku, soċjali u kulturali ta' l-Istati ta' l-ACP u biex tiżdied iktar is-saħħa tal-poplu, u biex jiġu mgħejjuna l-aktar fl-isfidi ta' globalizzazzjoni u tisħiħ tal-ftehim ta' Sħubija bejn l-ACP-KE fl-isforz biex jingħata dimensjoni soċjali iktar b'saħħtu l-proċess ta' ġlobaliżżazzjoni;

JERĠGĦU JAFFERMAW ir-rieda biex jerġa' tiġi mogħtija l-ħajja r-relazzjoni speċjali bejniethom u biex jitħaddem approċċ komplet u integrat għal ftehim ta' sħubija imsaħħah fuq djalogu politiku, koperazzjoni għall-iżvilupp u relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali;

JIRRIKONOXXU li ambjent politiku li jiggarantixxi l-paċi, siġurtà u stabbilità, rispett lejn id-drittijiet humani, prinċipji demokratiċi u stat tad-dritt, u tmexxija tajba huma ħaġa waħda mill-iżvilupp fuq żmien twil; jirrikonoxxu li r-responsabbiltà biex jiġi stabbilit ambjent bħal dan taqa' fuq il-pajjjiżi milquta;

JIKKONFERMAW li politika ekonomika b'saħħitha u sostenibbli hija prerekwiżit għal żvilupp;

B'REFERENZA għall-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, u mfakkra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-konklużjonijet tal-Konferenza ta' Vienna tal-1993 fuq id-Drittijiet tal-Bniedem, il-Patt tad-Drittijiet Ċivili u Politiċi u tad-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, il-Kovenzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal, il-Konvenzjoni fuq it-Tneħħija ta' kull forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa, il-Konvenzjoni Internażjonali fuq it-Tneħħija ta' kull forma ta' Diskriminazzjoni Razzjali, il-Konvenzjonijiet ta' Ġinevra ta' l-1949 u strumenti oħra tal-liġi internazzjonali fuq l-umanità, il-Konvenzjoni ta' l-1954 dwar l-istatus ta' persuni bla stat, il-Konvenzjoni ta' Geneva ta' l-1951 dwar l-Istatus tar-Refuġjati u l-Protoll ta' New York ta' l-1967 dwar l-Istatus tar-Refuġjati;

JIKKONSIDRAW il-Konvenzjoni għal Protezzjoni tad-Drittijiet Umani u Libertajiet Fondamentali tal-Kunsill ta' l-Ewropa, il-Karta Afrikana fuq id-Drittijiet Umani u tal-Popli u l-Konvenzjoni Amerikana fuq id-Drittijiet Umani bħala kontribuzzjoni reġjonali posittiva għar-rispett tad-drittijiet umani fl-Unjoni Ewropea u fl-Istati ACT;

IFAKKRU d-dikjarazzjoniet ta' Libreville u Santo Domingo mogħtija mill-Kapijiet ta' Stati u Gvernijiet tal-pajjiżi tal-ACT fis-Summits tal-1997 u 1999;

JIKKONSIDRAW li l-miri ta' żvilupp u l-priċipji miftiehma fil-Konferenzi ta' l-Istati Uniti u l-mira, magħmula mill-Kumitat ta' Assistenza għall-Iżvilup ta' l-OECD, biex jitnaqqas b'nofs il-proporzjon ta' bnedmin li jgħixu f'faqar kbir sas-sena 2015, jipprovdu viżjoni ċara u isaħħu l-koperazzjoni ACP-KE f'dan il-ftehim;

TIĠI MOGĦTIJA attenzjoni lil wegħdiet magħmula fil-Konferenzi ta' Nazzjonijiet Magħquda ta' Rio, Vienna, Kajr, Copenhagen, Beijing, Istanbul u Ruma u jirrikonoxxu l-bżonn li aktar ħidma titwettaq biex jiġu milħuqa l-għanijiet u implimentati l-programmi ta' azzjoni magħmula f'dawn il-fora;

ANZJUŻI biex jirrispettaw id-drittijiet li jagħtu xogħol bażiku, u jikkonsidraw il-prinċipji stabbiliti fil-konvenzjonijiet relevanti ta' l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol;

JFAKKRU r-rabtiet fil-qafas ta' l-Organizzazzjoni Dinjijat tal-Kummerċ,

IDDEĊIDEW LI JIFFINALLIZZAW DAN IL-FTEHIM:

PARTI 1

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

TITOLU I

GĦANIJIET, PRINĊIPJI U ATTURI

KAPITOLU 1

Għanijiet u Prinċipji

Artikolu 1

Għanijiet tas-sħubija

Il-Komunità u l-Istati Membri, fuq naħa waħda, u l-Istati ACP, fuq naħa oħra, hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejħa il-"Partijiet" hawnhekk jiffinalizzaw dan il-ftehim sabiex imexxu u jħaffu l-iżvilupp ekonomiku, kulturali u soċjali ta' l-Istati ACP, bl-għan li jikkontribwixxu għal paċi u sigurtà u biex imexxu ambjent politku stabbli u demokratiku.

Is-sħubija għandha tkun ibbażata fuq l-għan li jitnaqqas u fl-aħħar jitneħħa l-faqar bl-għan li jkun hemm żvilupp sostenibbli u integrazzjoni bil-mod tal-pajjiżi ta' l-ACP fl-ekonomija dinjija.

Dawn l-għanijiet u l-impenni internazzjonali ta' dawn il-Partijiet għandhom jgħarrfu lil kull strateġija ta' żvilupp u għandhom jitweqqu b'approċċ integrat u jikkonsidraw fl-istess waqt l-iżvilupp politiku, ekonomiku, soċjali, kulturali u ambjentali. Is-sħubija għandha tagħti appoġġ koerenti għal kwadru ta' strategiji ta' żvilupp addottati min kull stat ta' l-ACP.

L-iżvilupp ekonomiku sostenibbli, l-iżviluppar tas-settur privat, iż-żieda fl-impiegi u titjib fl-aċċess għar-riżorsi produttivi għandhom kollha ikunu parti min dan il-kwadru. Appoġġ għandu jingħata lir-rispett tad-drittijiet ta' l-individwu u li jintlaqgħu l-bżonnijiet bażiċi, il-promozzjoni ta' l-iżvilupp soċjali u l-kondizzjonijiet għat-tqassim ġust tal-frott tat-tkabbir. Il-proċessi ta' integrazzjoni reġjonali u sub-reġjonali li jkabbru l-integrazzjoni ta' l-istati ta' l-ACP fl-ekonomija dinjija skond il-kummerċ u l-investiment privat għandhom jiġu nkorraġġiti u sostnuti. Il-ħolqien tal-kapaċità ta' l-imsieħba fl-iżvilupp u t-titjib tal-kwadru istituzzjonarju meħtieġ għal ftehim soċjali, it-tħaddim ta' soċjetà demokratika u suq ekonomiku, u biex tiffunzjona soċjetà demokratika u ekonomija tas-suq, u l-ħolqien ta' soċjetà ċivili attiva u organizzata, għandha tkun parti integrali minn dan l-approċċ. Għandhom jiġu kkonsidrati sistematikament is-sitwazzjoni tan-nisa u materji ta' ġeneru f'kull qasam – politiku, ekonomiku u soċjali. Il-prinċipji ta' amministrazzjoni sostenibbli ta' riżorsi naturali u ambjent għandhom jiġu mogħtija u marbuta f'kull livell ta' sħubija.

Artikolu 2

Il-prinċipji Fondamentali

Il-koperazzjoni ACP-KE, msaħħa b'sistema leġali vinkolanti u l-eżistenza ta' istituzzjonijiet konġunti, għandu jiġi eżerċitat fuq il-bażi ta' dawn li l-prinċipji fondamentali li ġejjin:

- l-ugwaljanza ta' l-imsieħba u tħaddim ta' strateġiji ta' żvilupp: għall-iskop biex jiġu mwettqa l-għanijiet ta' din is-sħubija, l-istati ta' l-ACP jistabilixxu strateġiji ta' żvilupp għall-ekonomiji u s-soċjetajiet tagħhom fis-sovranità kollha u b'ħarsien lejn l-elementi essenzjali deskritti mill-Artikolu 9; is-sħubija għandha tinkoraġġixxi l-pussess ta' strategiji ta' żvilupp mill-istati u l-popolazzjonijiet miftiehma;

- parteċipazzjoni: minbarra il-gvern ċentrali tas-sieħeb ewlieni, is-sħubija għandha tkun miftuħa għal kull tip ta' aktar imsieħba biex tiġi nkoraġġita l-għaqda f'kull qasam tas-soċjetà, inklużi s-settur privat u organizzazzjonijiet tas-soċjetà civili, fil-qafas politiku, ekonomiku u tal-ħajja soċjali;

- is-sehem ċentrali tad-djalogu u twettiq ta' l-obbligi reċiproki: l-obbligi mħaddma mill-Partijiet fil-kwadru tad-djalogu tagħhom għandu jkun iċ-Ċentru tas-sħubija u relazzjonijiet ta' koperazzjoni ta' bejniethom;

- differenzi u reġjonalizzazzjoni: l-arrangamenti ta' koperazzjjoni u prioritajiet għandhom ivarjaw skond il-livell ta' żvilupp ta' l-imsieħeb, il-bżonnijiet tiegħu, il-prestazzjoni u l-istrateġija ta' żvilupp fit-tul tiegħu. Emfażi partikolari għandha tingħata lid-dimensjoni reġjonali. Trattament speċjali għandu jingħata lill-pajjiżi l-anqas żviliuppati. Il-vulnerabbilità ta' l-istati mdawwra mill-art u l-istati gżejjer għandha tiġi kkonsidrata.

Artikolu 3

Il-kisba ta' l-għanijiet ta' dan il-Ftehim

Il-Partijiet għandhom, kull wieħed sa fejn huwa msemmi fil-kwadru ta' dan il-ftehim, għandu jieħu il-passi xierqa, kemm ġenerali u partikolari, biex jassigura it-twettiq ta' l-obbligazzjonijiet li joħorġu min dan il-ftehim u biex jitħaffef it-twettieq ta' l-għanijiet imsemmija. Għandhom jieqfu minn kull miżuri li jfixklu dawn l-għanijiet.

KAPITOLU 2

L-Atturi tas-sħubija

Artikolu 4

Approċċ Ġenerali

L-Istati ta' l-ACP għandhom jistabbilixxu il-prinċipji ta' l-iżvilupp, strateġiji u mudelli ta' l-ekonomiji tagħhom f'kull sovranità. Huma għandhom jistabbilixxu, mal-Komunità, attivitajiet ta' koperazzjoni previsti taħt dan il-Ftehim. Madankollu, il-partijiet jirrokonoxxu ir-rwol komplimentari u potenzjali għal kontribuzzjonijiet ta' imsieħba li mhumiex Stati għal proċess ta' żvilupp. Għal dan il-għan, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti ta' dan il-Ftehim, imsieħba li mhumiex stati, għandhom, meta xieraq:

- jiġu informati u involuti f'konsultazzjoni fuq il-koperazzjoni ta' regoli u strateġiji, fuq il-prijoritajiet għal koperazzjoni l-aktar f'oqsam li japplikaw jew jaffettwawhom direttament, u fuq id-djalogu politiku;

- ikun provdut b'riżorzi finanzjarji, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan il-Ftehim biex jiġu sostnuti proċessi ta' żvilupp lokali;

- jiġu involuti fl-implimentazzjoni ta' proġett ta' koperazzjoni u attivitajiet f'oqsam li jolqtu lilhom jew fejn l-imsieħba għandhom vantagg komparattiv;

- jiġi mogħti b'appoġġ li jkattar iktar abbilta' kritika sabiex jissaħħu l-kapaċitajiet ta' dawn l-imsieħba, partikolarment f'organizzazzjonijiet u rappreżentazzjonijiet, u li jistabbilixxi mekkaniżmi ta' konsultazzjoni fosthom mezzi ta' komunikazzjoni u djalogu, u biex jkabbru allejanzi strateġiċi.

Artikolu 5

Tagħrif

Il-Koperazzjoni ssostni ħidma biex tingħata iktar informazzjoni u jitkattar iktar l-għarfien fuq il-punti bażiki tas-Sħubija ACP-KE. Il-koperazzjoni wkoll:

- tħeġġeġ sħubija u tibni rabtiet bejn is-sieħba ta' ACP u l-KE;

- issaħħaħ ħidmiet u bdil ta' kompetenza u esperjenza bejn is-sieħba.

Artikolu 6

Definizzjonijiet

1. Is-sieħba tal-koperazzjoni għandhom ikunu:

(a) Statali (lokali, nazzjonali u reġjonali);

(b) Non-statali:

- Settur Privat;

- Msieħba ekonomiċi u soċjali, kif wkoll organizzazzjonijiet tat-trade unions;

- Is-Soċjetà Ċivili f'kull forma min tagħha skond il-karatteristici nazzjonali;

2. Ir-rikonoxximent ta' msieħba li ma jiffurmax parti mill-gvern jiddependi fuq kemm dawn jindirizzaw il-bżonnijiet tal-popolazzjoni, fuq il-kompetenzi speċifiċi tagħhom u jekk humiex organizzati u mmexxija demokratikament u b'mod trasparenti.

Artikolu 7

It-tkabbir ta' l-Abbilità

Il-kontribut tas-soċjetà ċivili lejn l-iżvilupp tista' tigi mkabbra billi jissaħħu organizzazzjonijiet tal-komunità u organizzazzjonijiet li ma' jagħmlux profitt u mhux parti mill-gvern li huma f'kull qasam ta' koperazzjoni. Hemm bżonn:

- ikun inkoraġġut u appoġġjat il-ħolqien u l-iżvilupp ta' organizzazzjonijiet bħal dawn;

- jiġu stabbiliti proċeduri biex organizzazzjonijiet bħal dawn jiġu mdaħħla fil-pjan, implimentazzjoni u għarfien tas-siwi ta' programmi u strategiji ta' żvilupp.

TITOLU II

ID-DIMENSJONI POLITIKA

Artikolu 8

Id-djalogu politiku

1. Il-Partjiet għandhom regolarment jaħdmu fi djalogu komprensiv, bilanċjat u ta' natura politika profonda li jwassal għal rabtiet miż-żewg naħat.

2. L-għan ta' dan id-djalogu għandu jkun l-iskambju ta' l-informazzjoni, biex titkattar il-komprensjoni reċiproka, u biex jitħaffef il-proċess ta' prioritajiet miftiehma u aġenda maqbula, l-aktar billi jiġu mgħarrfa r-rabtiet eżistenti li hemm fl-aspetti differenti tar-relazzjonijiet bejn il-Partijiet u d-diversi oqsma ta' koperazzjoni kif stabbiliti f'dan il-Ftehim. Id-djalogu għandu jħaffef il-konsultazzjoni bejn il-Partijiet fil-fora internazzjonali. L-għanijiet ta' dan id-djalogu għandhom ukoll ma jħallux ċirkostanzi fejn Parti waħda ssib il-bżonn li tirrikorri għal klawsola li fiha għandha dritt ma' teżegwix.

3. Id-djalogu jrid ikopri l-miri u l-għanijiet stabbiliti f'dan il-Ftehim kif ukoll mistoqsijiet ta' interess komuni, ġenerali, reġjonali u sub-reġjonali. B'dan id-djalogu, il-Partijiet jikkontribwixxu għal paċi, siġurtà u stabbilita u promozzjoni ta' ambjent politiku stabbli u demokratiku. Għandu jkopri fih strateġiji ta' koperazzjoni kif ukoll politiċi globali u settorjali kif ukoll l-ambjent, il-ġens, l-emigrazzjoni u kwistjonijiet li għandu x'jaqsmu mal-wirt kulturali.

4. Id-djalogu għandu jiffoka, fost affarijiet oħra, fuq kwistjonijiet politiċi speċifiki ta' tħassib riċiproku jew ta' sinifikat ġenerali biex jintlaħqu l-għanijiet ta' dan il-Ftehim, bħall-kummerċ ta' l-armi, infieq żejjed fil-militar, drogi u kriminalità organizzata, jew diskriminazzjoni etnika, reliġjuza jew razzjali. Id-djalogu għandu wkoll jiġbor fih stima regolari ta' l-iżvilupp tar-rispett tad-drittijiet umani, il-prinċipji demokratiċi, il-prinċipju tar-regola tal-liġi u tmexxija tajba.

5. Politki wiesgħa mwaqffa biex ikabbru l-paċi u biex ma jħallux, jamminstraw u jsolvu konflitti vjolenti, jilgħabu parti importanti f'dan id-djalogu, kif ukoll il-bżonn li jiġi mħares l-għan tal-paċi u stabbilità demokratika f'definizzjoni ta' koperazzjoni f'oqsma ta' priorità.

6. Id-djalogu għandu jkun imħaddem b'mod flessibli. Id-djalogu għandu jkun formali jew mhux formali skond il-bżonn, u jitħaddem minn, jew barra, il-qafas ta' l-istituzzjoni, b'mod xieraq, u f'livell xieraq li fih il-livelli reġjonali, subreġjonali u nazzjonali.

7. Organizzazzjonijiet reġjonali u sub-reġjonali kif ukoll rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet ġejjin mis-soċjetà ċivili għandhom jiġu marbuta ma' dan id-djalogu.

Artikolu 9

Elementi Essenżjali u Elementi Fundamentali

1. Il-koperazzjoni għandha tkun indirizzata lejn żvilupp sostenibbli mdawwar fuq il-persuna umana, li hija l-protagonista ewlenija u li tgawdi mill-iżvilupp; għalhekk hemm bżonn tar-rispett għal, u t-tkabbir tad-drittijiet umani.

Ir-rispett lejn id-drittijiet umani u l-libertajiet fundamentali, kif ukoll ir-rispett lejn id-drittijiet soċjali fundamentali, demokrazija mwaqqfa fuq ir-regola tal-liġi u tmexxija trasparenti u b'responsabbiltà huma parti integrali mill-iżvilupp sostenibbli.

2. Il-Partijiet jirreferu għall-obbligazzjonijiet internazzjonali tagħhom u r-rabtiet dwar ir-rispett tad-drittijiet umani. Jerġgħu jġeddu r-rabta soda lejn id-dinjità umana u d-drittijiet umani, li huma' l-aspirazzjonijiet legittimi ta' l-individwi u l-popli. Id-drittijiet umani huma universali, indiviżibbli u magħġunin flimkien. Il-Partijiet iwegħdu li jkabbru u jipproteġu d-drittijiet fundamentali tal-libertà kollha u drittijiet umani, kemm jekk huma ċivili kif ukoll politiċi, jew ekonomiċi, soċjali u kulturali. F'dan il-kuntest, il-Partijiet jerġgħu jwegħdu l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa.

Il-Partijiet jerġgħu jwegħdu li d-demokrazija, l-iżvilupp u l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u d-drittijiet umani huma kumplimentari għal xulxin u jsaħħu lil xulxin. Il-prinċipji demokratiċi huma prinċipji mgħarufa universalment, isaħħu l-organizzazzjoni ta' l-Istat biex jassiguraw il-legalità ta' l-awtorita, il-legalità ta' l-azzjonijiet tagħha riflessi fil-kostituzzjoni, liġijiet u sistema ta' regoli, u l-eżitenza ta' mekkaniżmi ta' parteċipazzjoni. Fuq din il-bażi ta' prinċipji rikonoxxuti universalment, kull pajjiż jiżviluppa l-kultura demokratika tiegħu.

L-istruttura tal-gvern u prerogattivi tad-diversi setgħat għandhom jinbnew fuq ir-regola tal-liġi, li għandu jkollha partikolarment mezzi effettivi u aċċessibli għal ħarsien tal-liġi, sistema legali ndependenti li tiggarantixxi ugwaljanza quddiem il-liġi u eżekuttiv li jkun soġġett bla ħsara taħt il-liġi.

Ir-rispett għad-drittijiet umani, prinċipji demokrattiċi u l-istat tad-dritt, li jsaħħaħ is-Sħubija ACP-KE, għandu jsaħħaħ il-politiċi domestiċi u internazzjonali tal-Partijiet u jwaqqaf l-elementi essenzjali ta' dan il-Ftehim.

3. Fil-kuntest ta' ambjent politiku u istituzzjonali li jemmen fid-drittijiet umani, prinċipji demokratiċi u l-istat tad-dritt, tmexxija tajba, huma' l-amministrazzjoni trasparenti u ta' responsabilita tar-riżorsi umani, naturali, ekonomiċi u finanzjarji biex jintlaħaq l-iżvilupp ġust u sostenibbli. Ikollha bżonn proċeduri ċari biex jsiru deċiżjonijiet fil-livell ta' awtoritajiet publiċi, isituzzjonijiet trasparenti u ta' responsabbiltà, l-importanza tal-liġi fl-amministrazzjoni u d-distribuzzjoni tar-riżorsi u l-bini tal-kapaċità għat-tkabbir u tħaddim tal-miżuri biex partikolarment ibegħdu u jiġġieldu l-korruzzjoni.

Tmexxija tajba, li ssaħaħ is-Sħubija ACP-KE, għandha ssaħħaħ il-politki domestiċi u internazzjonali tal-Partijiet u tifforma parti fundamentali ta' dan il-Ftehim. Il-Partijiet jaqblu li l-każijiet serji ta' korruzzjoni biss, kif ukoll atti ta' tixħim li jwasslu għal korruzzjoni, kif deskritt fl-Artikolu 97 ikunu in vjolazzjoni ta' dan l-element.

4. Is-Sħubija għandha attivatment issostni t-tkabbir tad-drittijiet umani, il-proċess għad-demokrazija, il-konsolidazzjoni ta' l-istat tad-dritt, u t-tmexxija tajba.

Dawn l-oqsma jkunu soġġett importanti għad-djalogu politiku. Fil-kuntest ta' dan id-djalogu, il-Partijiet għandhom jagħtu importanza partikolari lit-tibdil mill-qiegħ u li jitkompla l-progress milħuq. Din l-istima regolari għandha tara l-kuntest ekonomiku, soċjali, kulturali u storiku ta' kull pajjiż.

L-oqsma jkunu ukoll iċ-ċentru li jappoġġja l-istrateġiji ta' żvilupp. Il-Komunità għandha tappoġġja r-riformi politiċi, leġali u istituzzjonali u biex tinbena il-kapaċità tas-sieħba pubbliċi u privati u tas-soċjetà ċivili fil-qafas ta' strateġiji miftiehma flimkien bejn l-Istat imsemmi u l-Komunità.

Artikolu 10

L-elementi oħra ta' l-ambjent politiku

1. Il-Partijiet jikkonsidraw l-elementi li ġejjin bħala l-elementi li jikkontribwixxu għal ħarsien u l-konsolidazzjoni ta' ambjent politiku stabbli u demokratiku:

- żvilupp sostenibbli u ugwali li jkollu, fost oħrajn, adeżjoni għar-risorżi ta' produzzjoni, servizzi essenzjali u ġustizzja;

- involviment ikbar ta' soċjetà attiva u organizzata u s-settur privat.

2. Il-Partijiet jirrikonoxxu li l-prinċipji tas-suq ekonomiku, appoġġjat minn regoli trasparenti ta' kompetizzjoni u politki ekonomi u soċjali b'saħħithom, iwasslu biex jintlaħqu l-għanijiet tas-sħubija.

Artikolu 11

Politki li jibnu l-paċi u ma jwasslux għal konflitt imma għal ftehim

1. Il-Partijiet għandhom isegwu politika atttiva, komprensiva u magħquda fil-tkabbir tal-paċi u li ma jwasslux għal konflitt imma għal ftehim fil-qafas ta' din is-Sħubija. Din il-politika għandha tkun imsejsa fuq il-prinċipju tal-pussess. Din għandha partikolarment tiffoka fuq it-tkabbir tal-ħiliet reġjonali, sub-reġjonali u nazzjonali, u li ma tħallix jiġru minn stadju kmieni konflitti vjolenti billi tindirizza l-għeruq tal-kawża tagħhom b'manjiera diretta, u l-għaqda flimkien xierqa ta' l-istrumenti kollha disponibbli.

2. L-attivitajiet fil-qasam tat-tkabbir tal-paċi, li ma jitħalliex isir konflitt, u ftehim għandhom partikolarment ikollhom appoġġ għal bilanċ ta' opportunitajiet politiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali f'kull qasam tas-soċjetà, biex tissaħħaħ id-demokrazija legali u l-effett ta' tmexxija tajba, biex jiġu stabbiliti mekkaniżmi għal konċiljazzjoni paċifika ta' l-interessi tal-gruppi, biex jingħelbu il-firdiet bejn diversi oqsma tas-soċjetà kif ukoll tigi appoġġjata soċjetà ċivili attiva u organizzata.

3. Attivitajiet relevanti għandhom ikollhom, fost oħrajn, appoġġ għal sforzi ta' medjazzjoni, negozjar u rikonċiljazzjoni, għal amministrazzjoni reġjonali effettiva ta' riżorsi naturali skarsi u mqassma, għal demobilizzar u integrazzjoni mill-ġdid ta' ġellieda ta' qabel fis-soċjetà, biex tiġi milquta l-problema ta' suldati taħt l-età, kif ukoll l-azzjoni adatta biex jitwaqqfu limiti responssabbli fl-ispiża militari u l-kummerċ ta' l-armi, kif ukoll mill-appoġġ għat-tkabbir u applikazzjoni ta' sistemi maqbula u kodiċi ta' kondotta. F'dan il-kuntest, emfażi partikolari għandha tingħata lil ġlieda kontra l-mini ta' l-art kontra n-nies kif ukoll jiġi mħares tixrid eċċessiv u inkontrollabli, traffikar illegali u ħażna ta' armi żgħar u aramamenti ħfief.

4. F'sitwazzjonijiet ta' konflitti vjolenti l-Partijiet għandhom jieħdu kull azzjoni adattata biex ma jħallux li tikber il-vjolenza, jillimitaw it-tixrid tagħha territorarjalment u biex iħaffu l-ftehim paċifiku ta' nuqqas ta' ftehim eżistenti. Attenzjoni partikolari għandha tingħata lejn riżorsi finanzjarji għal koperazzjoni li tintuża skond il-prinċipji u l-għanijiet ta' dan il-Ftehim, u biex ma jħallux it-tagħwiġ ta' flus lejn skopijiet ta' gwerer.

5. F'sitwazzjonijiet ta' wara l-konflitt, il-Partijiet għandhom jieħdu kull azzjoni adatta biex iħaffu li s-sitwazzjoni terġa ssir mhux vjolenti, stabbli u sostennibbli waħidha. Il-Partijiet għandhom jassiguraw li jinħolqu r-rabtiet bżonnjużi bejn miżuri ta' emergenza, reabilitazzjoni u koperazzjoni ta' żvilupp.

Artikolu 12

Il-koerenza tal-politki tal-Komunità' u l-effett tagħhom fuq l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 96, fejn il-Komunità għandha l-ħsieb, waqt li qed teżerċita l-poteri tagħha, li tieħu miżura li tolqot l-interessi ta' l-Istati ta' l-ACT, sa fejn jikkonċerna l-għanijiet ta' dan il-Ftehim, hija tinforma lill-Istati msemmija bl-intenzjonijiet tagħha fi żmien adekwat. Lejn l-aħħar, il-Kummissjoni għanda tinforma fl-istess waqt lis-Segretarjat ta' l-Istati ta' l-ACP il-proposti tagħha għal miżuri bħal dawn. Fejn hemm bżonn, tista' ssir talba għal informazzjoni fuq l-inizjattiva ta' l-Istati ta' l-ACP.

Fuq talba tagħhom, jistgħu jsiru konsultazzjonijet mill-ewwel ħalli jiġu kkonsidrati tħassib dwar l-effett ta' dawk il-miżuri qabel ma' tittieħed deċiżjoni finali.

Wara li jkunu saru konsultazzjonijiet bħal dawn, l-Istati ta' l-ACP jistgħu, wkoll, jibgħatu t-tħassib tagħhom bil-miktub lill-Komunità mill-aktar fis possibbli u jagħtu suġġerimenti għall-emendi li jiddeskrivu l-mod kif it-tħassib tagħhom jista' jiġi milqugħ.

Fil-każ li l-Komunità ma' taċċettax is-sottomissjonijiet ta' l-Istati ta' l-ACP, hija għanda tinfurmahom mill-aktar fis possibili u tagħti r-raġunijiet għaliex.

L-Istati ta' l-ACP għandhom jingħataw informazzjoni biżżejjed fuq id-dħul fis-seħħ ta' deċiżjonijiet bħal dawn, bil-quddiem fejn possibbli.

Artikolu 13

Il-Migrazzjoni

1. Il-kwistjoni tal-migrazzjoni għandha tkun is-suġġett ta' djalogu fil-fond fil-qafas tas-Sħubija bejn l-ACP-KE.

Il-Partijiet jerġgħu jtennu l-obbligi u r-rabtiet eżistenti tagħhom fil-liġi internazzjonali biex jassiguraw rispet lejn id-drittijiet umani u biex jeliminaw kull sura ta' diskriminazzjoni mibnija l-aktar fuq oriġini, sess, razza, lingwa u reliġjon.

2. Il-Partijiet jiftehmu li jikkonsidraw li sħubija tfisser, fil-kuntest ta' migrazzjoni, trattatament imparzjali ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li joqogħdu legalment fit-territorji tagħhom, politika ta' integrazzjoni bi skop li tagħtihom drittijiet u obbligazzjonijiet li jaqblu ma' dawk taċ-ċittadini tagħhom, titjib bla ebda diskriminazzjoni fil-ħajja ekonomika, soċjali u kulturali u li jsawwru miżuri kontra r-razziżmu u xenophobia.

3. It-trattament mogħti minn kull Stat Membru lil ħaddiema imħaddma legalment fit-territorji tal-pajjiżi ta' l-ACP, għandhom ikunu liberi minn kull diskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità, u l-kondizzjonijiet tax-xogħol, ħlas u tkeċċija għandhom ikunu bħal taċ-ċittadini tagħhom. Iktar rigward dan, kull Stat ta' l-ACP għandu jagħti trattament mhux diskriminatorju lil ħaddiema ta' nazzjonalita ta' l-Istat Membru.

4. Il-Partijiet jikkunsidraw li strateġiji bil-mira li jnaqqsu l-faqar, itejjbu l-kondizzjonijiet ta' l-għixien u x-xogħol, joħolqu l-impjiegi u jiżviluppaw it-taħriġ, jgħinu biex fit-tul ta' żmien iġibu normali l-istat ta' migrazzjoni.

Il-Partijiet jikkunsidraw, fil-qafas ta' l-iżvilupp strateġiku u programmar nazzjonali u reġjonali, xkiel strutturali assoċjati mal-fluss migratorju bil-għan li jappoġġjaw l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tar-reġjuni minn fejn il-migratorji joriġinaw u biex inaqqsu l-faqar.

Il-Komunità għandha tappoġġja, permezz ta' attivitajiet ta' koperazzjoni nazzjonali u reġjonali, it-tħarriġ ta' ċittadini ta' l-ACP fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom, fi stat tal-ACP ieħor jew fi Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea. Dwar tħarriġ fi Stat Membru, il-Partijiet għandhom jiżguraw li kull azzjoni ssir lejn l-integrazzjoni vokazzjonali taċ-ċittadini tal-ACP fil-pajjiżi ta' oriġini tagħhom.

Il-Partijiet għandhom jiżviluppaw azzjonijiet ta' koperazzjoni biex iħaffu l-aċċess ta' edukazzjoni, u l-aktar permezz ta' l-użu ta' teknoġija ta' kummunikazzjoni, għal studenti ġejjin mill-Istati ta' l-ACP.

5. (a) Fil-qafas tad-djalogu politiku, il-Kunsill tal-Ministri għandu jeżamina kwistjonijiet li jinħolqu mill-immigrazzjoni illegali sabiex jitwaqqfu, meta approprjat, mezzi għal politika ta' prevenzjoni.

(b) F'dan ir-rigward, il-Partijiet jaqblu l-aktar biex jassiguraw li d-drittijiet u d-dinjità taċ-ċittandini huma rispettati f'kull proċedura mibdija biex tirritorna immigranti illegali lejn il-pajjiż ta' oriġini tagħhom. Dwar dan l-awtoritajiet involuti għandhom jagħtu kull faċilità amministrattiva li jkun hemm bżonn biex imorru lura lejn pajjiżhom.

(ċ) Il-Partijiet jaqblu wkoll li:

(i) kull Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea għandu jaċċetta lura u dħul mill-ġdid ta' kull ċittadin li huwa illegalment preżenti fuq art ta' xi stat ta' l-ACP, fuq talba ta' dak l-Istat u mingħajr aktar formalitajiet;

kull Stat ta' l-ACP għandu jaċċetta r-ritorn u dħul mill-ġdid ta' kull ċittadin li huwa preżenti illegalment fuq territorju ta' Stati Membru ta' l-Unjoni Ewropea, fuq talba ta' dak l-Istati Membru u mingħajr aktar formalitajiet.

L-Istati Membri u l-Istati ta' l-ACP għandhom jipprovdu ċ-ċittadini tagħhom b'dokumenti ta' identità għal dan l-iskop.

Fil-każ ta' Stati Membri ta' l-Unjoni Ewropea, l-obbligi f'dan il-paragrafu jgħoddu biss għal ċittadini li għandhom jiġu kkunsidrati bħala ċittadini għal skop tal-Komunità skond id-Dikjarazzjoni Nru 2 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej. Dwar l-Istati ta' l-ACP, l-obbligi ta' dan il-paragrafu jgħoddu biss għal ċittadini skond is-sistema legali rispettiva tagħhom.

(ii) fuq talba ta' Parti, negozjati għandhom jibdew ma' Stati ta' l-ACP sabiex jintemmu b'rieda tajba u rispett għar-regoli tal-liġi internazzjonali, ftehim bilaterali li jirregola obligazzjonijiet speċifiċi għad-dħul mill-ġdid u r-ritorn ta' ċittadini tagħhom. Dawn il-ftehim għandhom ikopru, jekk il-Partijiet iħossu l-bżonn, l-arranġamenti biex jerġgħu jidħlu ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni bla stat. Dawn il-ftehim jistabbilixxu d-dettalji tal-kategoriji ta' persuni li jaqgħu taħt dawn l-arranġamenti kif ukoll il-metodi biex jerġgħu jiddaħħlu u r-ritorn tagħhom.

Kull għanjuna li hemm bżonn biex jiġu mwettqa dawn il-ftehim għandha tiġi mogħtija mill-Istati ACP.

(iii) għall-iskopijiet tal-punt (ċ), il-kelma "Partijiet" tirreferi għall-Komunità, xi wieħed mill-Istati Membri u xi wieħed mill-Istati ta' l-ACP.

PARTI 2

ID-DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONARJI

Artikolu 14

L-istituzzjonijiet konġunti

L-istituzzjonijiet ta' dan il-Ftehim huma' l-Kunsill tal-Ministri, il-Kumitat ta' l-Ambaxxaturi u l-Assemblea Parlamentari Konġunta.

Artikolu 15

Il-Kunsill tal-Ministri

1. Il-Kunsill tal-Ministri jrid ikun jikkonsisti, fuq naħa waħda, il-membri tal-Kunsill ta' Unjoni Ewropea u l-membri tal-Kummissjoni ta' Kommunitajiet Ewropej u, fuq naħa l-oħra, membru tal-gvern ta' kull Stat ta' l-ACP.

L-uffiċċju tal-President tal-Kunsill tal-Ministri għandu jinżamm darba minn membru tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u darba oħra min membru ta' gvern ta' Stat ta' l-ACP.

Il-Kunsill għandu jiltaqa' bħala regola darba fis-sena fuq l-inizjattiva tal-President u kull meta jinħass il-bżonn, f'forma u kompożizzjoni ġeografika xierqa skond il-kwistjonijiet li jridu jiġu diskussi.

2. L-operazzjonijiet tal-Kunsill tal-Ministri għandhom ikunu:

(a) it-tmexxija tad-djalogu politiku;

(b) jitwettqu gwidi politiċi u jittieħdu deċiżjonijiet bżonnjużi għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim, l-aktar dwar l-istrateġiji ta' żvilupp f'żoni speċifiċi msemmija f'dan il-Ftehim jew kull żona oħra li tipprova li taqa' taħt il-Ftehim, u skond il-proċeduri;

(ċ) biex teżamina u ssolvi xi kwistjonijiet li jistgħu ma' jħallux l-implimentazzjoni effettiva u effiċjenti ta' dan il-Ftehim jew ipoġġu ostaklu biex jintlaħqu l-għanijiet tiegħu;

(d) jassiguraw il-funzjonament bla xkiel tal-mekkaniżmi ta' konsultazzjoni.

3. Il-Kunsill tal-Ministri għandu jieħu deċiżjoni bi ftehim komuni tal-Partijiet. Il-proċeduri tal-Kunsill tal-Ministri għandhom jibqgħu validi biss jekk nofs il-membri tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, membru tal-Kummissjoni u żewġ terżi tal-membri li jirrappreżentaw il-gvernijiet ta' l-Istati ta' l-ACP huma preżenti. Kull membru tal-Kunsill tal-Ministri li ma jistax jattendi jista' jkun sostitwit. Is-sostitut għandu jeżerċità d-drittijiet kollha ta' dak il-membru.

Jista' jieħu deċiżjonijiet li huma vinkolanti fuq il-Partijiet u jfassal riżoluzzjoniet, rakkommandazzjonijiet u fehmiet. Għandu jeżamina u jieħu konsiderazzjoni tar-riżoluzzjoniet u rikommandazzjoniet imħaddna mill-Assemblea Parlamentari Konġunta.

Il-Kunsill tal-Ministri għandu jżomm djalogu kontinwu mar-rappreżentanti ta' l-imsieħba soċjali u ekonomiċi u msieħba oħra tas-soċjetà ċivili fl-ACP u l-KE. Għal dan il-għan, il-konsultazzjoniet jistgħu jsiru flimkien mal-laqgħat.

4. Il-Kunsill tal-Ministri jista' jiddelega poteri lill-Kumitat ta' l-Ambaxxaturi.

5. Il-Kunsill tal-Ministri għandu jadotta r-regoli ta' proċeduri tiegħu fi żmien sitt xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 16

Il-Kumitat ta' Ambaxxaturi

1. Il-Kumitat ta' l-Ambaxxaturi għandu jkun fih, fuq naħa waħda, ir-rappreżentant permanenti ta' kull Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea u r-rappreżentant tal-Kummissjoni, u fuq in-naħa l-oħra, il-kap tal-missjoni ta' kull Stat ta' l-ACP għall-Unjoni Ewropea.

L-uffiċċju tal-President tal-Kumitat ta' l-Ambaxxaturi għandu jinżamm darba mir-Rappreżentat Permanenti ta' Stat Membru nominat mill-Komunità, u darba oħra mill-kap tal-missjoni li jirrapresenta Stat ta' l-ACP, nominat mill-Istati ta' l-ACP.

2. Il-Kumitat għandu jgħin lill-Kunsill tal-Ministri fit-twettiq tal-kompiti tiegħu u biex iwettaq il-mandat fdat lilu mill-Kunsill. F'dan il-kuntest, għandu jikkontrolla l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim u l-progress lejn il-kisba ta' l-għanijiet hemm imsemmija.

Il-Kumitat ta' l-Ambaxxaturi għandu jiltaqa' regolarment, l-aktar biex jipprepara s-sessjonijiet tal-Kunsill u kull meta jkun hemm bżonn.

3. Il-Kumitat għandu jwettaw ir-regoli ta' proċedura tiegħu fi żmien sitt xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 17

L-Assemblea Parlamentari Konġunta

1. L-Assemblea Parlamentari Konġunta għandha tkun magħmula minn numru ugwali ta' membri ta' rappreżentanti tal-KE u l-ACP. Il-membri tal-Assemblea Parlamentari Konġunta għandhom ikunu, fuq naħa waħda, membri tal-Parlament Ewropew u, fuq naħa oħra, membri tal-Parlament jew, fin-nuqqas ta' dan, rappreżentanti nominati mill-Parlament ta' kull Stat ta' l-ACP. Fin-nuqqas ta' Parlament, l-attendenza ta' rappreżentant mill-Istat ta' l-ACP involut għandha tkun soġġetta għall-approvazzjoni bil-quddiem tal-Assemblea Parlamentari Konġunta.

2. Il-ħidma tal-Assemblea Parlamentari Konġunta, bħala korp konsultattiv, għandha tkun sabiex:

- tkabbar il-proċessi demokratiċi permezz tad-djalogu u konsultazzjoni;

- tħaffef il-ftehim akbar bejn il-popli tal-Unjoni Ewropea u dawk ta' l-Istati ta' l-ACP u toħloq għarfien pubbliku għal kwistjonijiet ta' żvilupp;

- tiddiskuti kwistjonijiet dwar l-iżvilupp u s-Sħubija ACP-KE;

- tadotta riżoluzzjonijiet u tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill tal-Ministri bl-għan li jintlaħqu l-għanijiet ta' dan il-Ftehim.

3. L-Assemblea Parlamentari Konġunta għandha tiltaqa' darbtejn fis-sena f'sessjoni plenarja, darba fl-Unjoni Ewropea u darba oħra fi Stat ta' l-ACP. Bil-għan li ssaħħaħ l-integrazzjoni reġjonali u tkabbar il-koperazzjoni bejn il-parlamenti nazzjonali, il-laqgħat bejn il-membri tal-Parlament tal-KE u l-ACP jistgħu jsiru f'livell reġjonali u subreġjonali.

L-Assemblema Parlamentari Konġunta għandha torganizza kuntatti regolari bejn rappreżentanti ta' l-imsieħba ekonomiċi u soċjali ta' l-ACP-KE u msieħba tas-soċjetà ċivili sabiex jinkisbu l-fehmiet tagħhom fuq kif jintlaħqu l-għanijiet ta' dan il-Ftehim.

4. L-Assemblea Parlamentari Konħunta għandha taddotta regoli ta' proċedura fi żmien sitt xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

PARTI 3

STRATEĠIJI TAL-KOPERAZZJONI

Artikolu 18

L-istrateġiji ta' koperazzjoi għandhom ikunu mwaqqfa fuq strateġiji ta' żvilupp u koperazzjoni ekonomika u kummerċjail li huma marbutin flimkien u kumplimentari. Il-Partijiet għandhom jazziguraw li l-isforżi meħuda fl-oqsma msemmija ssaħħu lil xulxin.

TITOLU I

STRATEĠIJI TA' L-IŻVILUPP

KAPITOLU 1

Il-Qafas Ġenerali

Artikolu 19

Il-Prinċipji u l-għanijiet

1. L-għanijiet ċentrali tal-koperazzjoni ACP-KE huma t-tnaqqis fil-faqar u li fl-aħħar jinqered il-faqar għal kollox; żvilupp sostenibbli; u l-integrazzjoni progressiva tal-pajjiżi ta' l-ACP fl-ekonomija dinjija. F'dan il-kuntest, il-qafas ta' koperazzjoni u orjentazzjoni, għandu jitfassal fuq iċ-ċirkostanzi partikolari ta' kull pajjiż ta' l-ACP, għandu jkabbar il-pussess lokali ta' riformi ekonomiċi u soċjali u l-integrazzjoni tas-settur privat u l-imsieħba tas-soċjetà ċivili fil-proċess ta' żvilupp.

2. Il-koperazzjoi għandha tirreferi għal konklużjonijiet tal-Konferenzi ta' l-Istati Uniti u l-għanijiet, miri u attivitajiet ta' azzjoni miftiehma fuq livell internazzjonali u stħarriġ fuqhom bħala bażi għall-prinċipji ta' żvilupp. Il-koperazzjoni għandha tirreferi għall-iżvilupp tal-koperazzjoni internazzjonali u tagħti każ l-aktar li tqiegħed indikaturi kwalitattivi u kwantitativi ta' progress.

3. Il-Gvernijiet u l-imsieħba non-statali f'kull pajjiż ta' l-ACP għandhom jibdew kunsultazzjonijet fuq l-istrateġiji ta' l-iżvilupp tal-pajjiż u l-għajnuna tal-komunità tagħha.

Artikolu 20

L-Approċċ

1. L-għanijiet tal-koperazzjoni ta' żvilupp tal-ACP-KE għandha titwettaq permezz ta' strateġiji integrati li jħaddnu fihom elementi ekonomiċi, soċjali, kulturali, ambjentali u istituzzjonali li jridu jkunu mħaddna lokalment. Il-Koperazzjoni għandha għalhekk tipprovdi qafas komuni li jipprovdi għajnuna lill-istrateġiji ta' żvilupp tal-ACP, jassiguraw kumplimentazzjoni u ħidma bejn id-diversi elementi. F'dan il-kuntest u fil-qafas ta' politki ta' żvilupp u riformi segwiti mill-Istati ta' l-ACP, l-istrateġiji ta' koperarazzjoni tal-ACP-KE għandhom ikollhom bħala għan li:

(a) jilħqu tkabbir ekonomiku mgħaġġel u sostenibbli ta' ħolqien ta' xogħol, l-iżvilupp tas-settur privat, iż-żieda fl-impjiegi, l-aċċess aħjar għall-attivitajiet ekonomiċi ta' produzzjoni u riżorsi, u t-tkabbir tal-koperazzjoni u l-integgrazzjoni reġjonali;

(b) l-inkoraġġiment ta' l-iżvilupp uman u soċjali jgħin biex jassigura li r-riżultati tat-tkabbir ikunu mifruxa u mqassma ugwalment u ikabbru l-ugwaljanza tas-sessi;

(ċ) l-inkoraġġiment tal-valuri kulturali tal-komunitajiet u l-ħidma speċifika ta' l-elementi ekonomiċi, politiċi u soċjali li tħalli effett kemm fuq wieħed u kemm l-ieħor;

(d) l-inkoraġġiment tar-riformi u l-iżvilupp isitituzzjonarju, it-tisħiħ ta' l-istituzzjonijiet li hemm bżonn għat-tisħiħ tad-demokrazija, governanza tajba u għal ekonomiji tas-suq effiċjenti u kompettivi; u t-tkabbir tal-ħila għall-iżvilupp u s-sħubija; u

(e) l-inkoraġġiment ta' l-ambjent sostenibbli, ir-riġenerazzjoni u l-aħjar prattiċi, u l-preservazzjoni tal-bażi tar-riżorsi naturali.

2. Għandha tittieħed konsiderazzjoni kontinwa li jiġu aċċettati f'kull qasam ta' koperazzjoni dawn it-temi u temi mifruxa li ġejjin: kwistjonijiet ta' ġens, kwistjonijiet ta' ambjent u żvilupp istituzzjonarju u t-tkabbir tal-ħila. Dawn l-oqsma huma eliġibbli għall-appoġġ tal-Kommunita.

3. It-testi dettaljati dwar l-għanijiet u l-istrateġiji tal-koperazzjoni ta' żvilupp, l-aktar il-politki u strateġiji settorjali għandhom ikunu mddaħla f'taqsira li jkollha pjan operazzjonali f'oqsma speċifiċi u oqsma ta' koperazzjoni. Dawn it-testi jistgħu jiġu riveduti, reviżjonati u/jew emendati mill-Kunsill tal-Ministri fuq l-bażi ta' rakkomandazzjoni mill-Kumitat ta' l-Iżvilupp Finanzjament tal-ACP-KE.

KAPITOLU 2

L-Oqsma ta' Appoġġ

TAQSIMA 1

L-Iżvilupp Ekonomiku

Artikolu 21

L-Iżvilupp ta' l-Investiment u s-Settur Privat

1. Il-koperazzjoni għanda tappoġġja r-riformi ekonomiċi u istituzzjonarji neċessarji fuq livell nazzjonali u/jew reġjonali, bl-għan li joħolqu l-ambjent li jgħin l-investiment privat, u l-iżvilupp ta' settur privat dinamiku, vjabbli u kompetittiv. Il-koperazzjoni għandha tagħti aktar appoġġ:

(a) il-promozzjoni d-djalogu u koperazzjoni tas-settur pubbliku-privat;

(b) l-iżvilupp ta' kapaċitajiet ta' l-intrapriżi u kultura tan-negozju;

(ċ) privatizzazzjoni u riforma ta' l-intrapriżi; u

(d) l-iżvilupp u modernizzazzjoni ta' sistemi ta' medjazzjoni u arbitraġġ.

2. Koperazzjoni għandha tkun ta' appoġġ ukoll biex ittejjeb il-kwalità, disponibbiltà u aċċessibilità ta' servizzi finanzjarji u mhux finanzjarji għal impriżi privati, sew formali u informali; billi:

(a) ibiddlu r-rata u jikkontrollaw il-kurrent ta' tfaddil privat, sew domestiku kif ukoll barrani, fil-finanzjament ta' intrapriżi privati billi jagħtu appoġġ għal politika biex jiżviluppaw settur finanzjarjament modern li jinkludi suq ta' kapital, istituzzjonijiet finanzjarji u ħidmiet mikrofinanzjarji sostenibbli;

(b) l-iżviluipp u t-tisħiħ ta' istituzzjonijiet tan-negozji u organizzazzjonijiet intermedjarji, assoċjazzjonijiet, kmamar tal-kummerċ u fornituri lokali mis-settur privat li jkun jagħti appoġġ u jipprovdi servizzi mhux finanzjarji lil intrapriżi bħal servizzi professjonali, tekniċi, amministrazzjoni, taħriġ u ta' appoġġ kummerċjali; u

(ċ) jappoġġa istituzzjonijiet, programmi, attivitajiet u inizjattivi li jagħtu kontribut għall-iżvilupp u trasferiment ta' teknoloġiji u tagħrif u l-aħħjar prattiċi fuq l-aspetti kollha ta' maniġġjar ta' negozju.

3. Koperazzjoni għandha tippromwovi żvilupp kummerċjali billi tipprovdi appoġġ finanzjarju, faċilitajiet ta' garanziji, appoġġ tekniku bil-għan li jinkoraġġixxi u jgħin biex jinħolqu, jiġu stabbiliti, jespandu, jiddiversifikaw, jiġu rijabilitati, jiġu ristrutturati, modernizzati jew privatizzati impriżi dinamiċi, vijabbli u kompetittivi fl-oqmsa ekonomiċi kollha, kif ukoll intermedjarji finanzjarji bħal istituzzjonijiet li jiżviluppaw il-finanzi u jispekulaw fuq il-kapital, u jikru kumpaniji billi:

(a) joħolqu u/jew isaħħu strumenti finanzjarji f'forma ta' kapital ta' investiment;

(b) itejbu l-fakultà li jidħlu f'tagħrif essenzjali bħal informazzjoni kummerċjali u konsultattiva, servizzi ta' konsulenza jew għajnuna teknika;

(ċ) isaħħu l-attivitajiet ta' esportazzjoni, b'mod partikolari billi jiżviluppaw il-kapaċità fl-oqsma relatati mal-kummerċ kollha; u

(d) jinkoraġġixxu rabtiet, assoċjazzjonijiet u koperazzjoni fost id-ditti inklużi dawk li jinvolvu t-trasferiment ta' teknoloġija u tagħrif f'livelli nazzjonali, reġjonali u ACP-UE, u soċjetajiet b'investituri privati barranin li jkunu konsistenti ma' l-għanijiet u l-linji gwida tal-koperazzjoni ta' Żvilupp ta' l-ACP-UE.

4. Il-koperazzjoni għandha tagħti appoġġ għal żvilupp ta' mikrointrapriżi permezz ta' aċċess aħjar għal servizzi finanzjarji u mhux finanzjarji; politika xierqa u qafas regolatorju għall-iżvilupp tagħhom; u biex jipprovdu servizzi ta' taħriġ u informazzjoni fuq l-aħjar prattiċi fil-mikrofinanzi.

5. Appoġġ għall-investment u żvilupp fis-settur privat għandu jgħaqqad attivitajiet u inizjattivi fil-livelli ekonomiċi makro, tan-nofs u mikro.

Artikolu 22

Riformi u politki makroekonomiċi u strutturali

1. Il-koperazzjoni għandha tagħti appoġġ għall-isforzi ta' l-ACP biex timplimenta:

(a) tkabbir u stabbilità makroekonomiċi permezz ta' politki ta' dixxiplina fiskali u monetarji li jirriżultaw fit-tnaqqis ta' l-inflazzjoni, u jtejbu bilanċi esterni u fiskali, billi jsaħħu d-dixxiplina fiskali, jiżviluppaw it-trasparenza u l-effiċjenza fl-ippjanar ta' l-ispejjeż pubbliċi, itejbu l-kwalità, l-imparzjalità u l-komposizzjoni tal-politka fiskali; u

(b) politki strutturali maħsuba biex isaħħu r-rwol ta' l-atturi differenti, speċjalment is-settur privat u jtejbu l-attitudni biex ikun hemm żieda fin-negozju, investiment u impiegi, kif ukoll li:

(i) jilliberalizzaw il-kummerċ u l-amministrazzjonijiet tal-kambju barrani u konvertibilità ta' kontijiet kurrenti, billi jikkunsidraw iċ-ċirkustanzi partikolari ta' kull pajjiż;

(ii) isaħħu r-riformi fl-impiegi u s-suq ta' prodotti;

(iii) jinkoraġġixxu riformi ta' sistemi finanzjarji li jgħinu jiżviluppaw sistemi ta' ħidma bankarja u mhux bankarja vijabbli, swieq ta' kapital u servizzi finanzjarji, inkluża mikro-finanza;

(iv) itejbu l-kwalità ta'servizzi privati u pubbliċi; u

(v) jinkoraġġixxu koperazzjoni reġjonali u integrazzjoni progressiva ta' politki makroekonomiċi u monetarji.

2. It-tfassil ta' politki makroekonomiċi u programmi ta' aġġustament strutturali għandhom jirriflettu l-isfond soċjo-politiku u kapaċità istituzzjonali tal-pajjiżi relatati, jiżguraw impatt pożittiv fuq it-tnaqqis tal-faqar u aċċess għal servizzi soċjali u għandhom ikunu bażati fuq il-prinċipji li ġejjin:

(a) l-Istat ta' l-ACP għandhom jerfgħu r-responsabbiltà primarja għall-analiżi tal-problemi li għandhom jiġu solvuti, it-tfassil u l-implimentazzjoni tar-riformi;

(b) għandhom jiġu adottati programmi ta' appoġġ skond is-sitwazzjoni differenti ta' kull Stat ta' l-ACP u jkunu sensittivi għall-kondizzjonijiet soċjali, kultura u ambjent ta' dawn l-Istati;

(ċ) id-dritt ta' l-Istati ta' l-ACP jistabilixxu d-direzzjoni u s-sekwenza ta' l-istrateġiji tagħhom għall-iżvilupp u prijoritajiet għandhom jiġu rikonoxxuti u rispettati;

(d) il-pass tar-riformi għandu jkun realistiku u kompatibbli mal-kapaċitajiet u riżorsi ta' kull Stat ta' l-ACP; u

(e) isaħħu l-komunikazzjoni u l-informazzjoni ta' popolazzjonijiet dwar riformi u politki ekonomiċi u soċjali.

Artikolu 23

Żvilupp fis-settur ekonomiku

Il-koperazzjoni għandha tagħti appoġġ lill-politika sostenibbli u riformi istituzzjonali u l-investimenti meħtieġa biex ikun hemm aċċess ekwu għal attivitajiet ekonomiċi u riżorsi produttivi, partikolarment:

(a) l-iżvilupp ta' sistemi ta' taħriġ li jgħinu jżidu l-produttività fis-setturi kemm formali kif ukoll informali;

(b) kapital, kreditu, art, speċjalment rigward drittijiet ta' proprjetà u użu;

(ċ) żvilupp ta' strateġiji rurali bil-għan li jistabbilixxu qafas għal ippjanar parteċipatorju diċentralizzat, allokazzjoni ta' riżorsi u amministrazzjoni;

(d) strateġiji għal prodotti agrikoli, politika nazzjonali u reġjonali dwar sigurtà fl-ikel, żvilupp sostenibbli ta' riżorsi ta' l-ilma u sajd kif ukoll riżorsi tal-baħar fiż-żoni ekonomiċi esklużżivi ta' l-Istati ta' l-ACP. Kull ftehim tas-sajd li jista' jiġi negozjat bejn il-Komunità u l-Istati ta' l-ACP għandu jagħti konsiderazzjoni xierqa li jkun konsistenti ma' l-istrateġiji ta' żvilupp f'dawn il-qasam;

(e) infrastuttura ekonomika u teknoloġika u servizzi, inkluż Trasport, sistemi ta' Telekomunikazzjonijiet, servizzi ta' komunikazzjoni u l-iżvilupp ta' soċjeta ta' l-informatika;

(f) żvilupp fl-oqsma industrijali kompetittivi, tal-minjieri u l-enerġija, waqt li jinkoraġġixxu involviment u żvilupp fis-settur privat;

(g) żvilupp fil-kummerċ, inkluż il-promozzjoni ta' kummerċ ġust;

(h) żvilupp fin-negozju, finanzi u ħidma bankarja; u setturi ta' servizzi oħra;

(i) żvilupp fit-turiżmu; u

(j) żvilupp fl-infrastruttura u servizzi xjentifiċi, teknoloġiċi u għal riċerka; magħduda t-tisħiħ, trasferiment u l-assimilazzjoni ta' teknoloġiji ġodda;

(k) it-tisħiħ ta' kapaċitajiet f'oqsma produttivi, speċjalment fis-setturi pubbliċi u privati.

Artikolu 24

Turiżmu

Il-koperazzjoni għandha tkun immirata lejn żvilupp sostenibbli ta' l-industrija tat-turiżmu f'pajjiżi u sottoreġjuni ta' l-ACP, waqt li tirrikonoxxi l-importanza dejjem tikber għat-tkattir tal-qasam tas-servizzi fil-pajjiżi ta' l-ACP u l-espansjoni tal-kummerċ globali tagħhom, l-abiltà li tistimola setturi oħra fl-attivita ekonomika, u r-rwol li tista' taqdi biex jingħeleb il-faqar.

Programmi u proġetti ta' koperazzjoni jsostnu l-isforzi tal-pajjiżi ta' l-ACP biex jistabbilixxu u jtejbu l-qafas legali u istituzzjonali tal-pajjiżi u r-riżorsi għall-iżvilupp u implimentazzjoni ta' politki u programmi għal turiżmu sostenibbli, kif ukoll fost oħrajn fit-titjib fil-pożizzjoni kompetittiva tas-settur, speċjalment intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), appoġġ għall-investiment u promozzjoni, żvilupp tal-prodott inkluż l-iżvilupp ta' kulturi indiġeni fil-pajjiżi ta' l-ACP, u t-tisħiħ tar-raptiet bejn it-turiżmu u setturi oħra ta' attivita ekonomika.

TAQSIMA 2

L-Iżvilupp Soċjali u Uman

Artikolu 25

Żvilupp fis-settur soċjali

1. Il-koperazzjoni għandha tappoġġa l-isforzi ta' l-Istati ta' l-ACP biex jiżviluppaw politki u riformi ġenerali u settorjali biex itejbu t-trattament, il-kwalità ta' u l-aċċess għall-infrastuttura u servizzi soċjali bażiċi u biex jagħtu konsiderazzjoni tal-bżonnijiet lokali u talbiet speċifiċi ta' min ikun l-aktar vulnerabbli u żvantaġġat, hekk li jitnaqqsu l-inugwaljanzi biex jintlaħqu dawn is-servizzi. Għandha tingħata attenzjoni speċjali biex jiġu żgurati livelli adekwati ta' nfiq pubbliku fis-setturi soċjali. F'dan il-kuntest, il-koperazzjoni għandha tkun immirata biex:

(a) ittejjeb l-edukazzjoni u t-taħriġ, u biex tkabbar il-kapaċità u ħiliet tekniċi;

(b) ittejjeb is-sistemi ta' saħħa u nutriment, telimina l-ġuħ u l-malnutriment, tiżgura provvista ta' ikel biżżejjed u sigurtà;

(ċ) tgħaqqad kwistjonijiet demografiċi ma' strateġiji ta' żviluppi sabiex ittejjeb is-saħħa riproduttiva, kura tas-saħħa primarja, ippjanar tal-familja; u tipprevjeni l-mutilazzjoni tal-ġenitali femminili;

(d) tippromwovi l-ġlieda kontra l-HIV/AIDS;

(e) iżżid is-sigurtà ta' l-ilma fid-dar u ttejjeb l-aċċess għal ilma ħieles mill-periklu u sanita‘ adekwata;

(f) ittejjeb id-disponibbilta‘ ta' kenn li jista' jintlaħaq minn kulħadd u adekwat għal kulħadd billi tappoġġa programmi ta' nfiq baxx u ta' introjtu baxx u bit-titjib fl-urbanistika; u

(g) tinkoraġġixxi l-promozzjoni ta' metodi parteċipatorji ta' djalogu soċjali kif ukoll jirrispettaw id-drittijiet soċjali bażiċi.

2. Il-koperazzjoni għandha tappoġġa wkoll it-tkattir tal-kompetenza f'oqsma soċjali bħal programmi ta' taħriġ fit-tfassil ta' politika soċjali u metodi moderni ta' proġetti u programmi soċjali; politki li jwasslu għal tiġdid u riċerka teknoloġika; tkabbar ħila lokali u tippromwovi sħubijiet; u diskussjonijiet madwar mejda f'livell nazzjonali u/jew reġjonali.

3. Il-koperazzjoni għandha tippromwovi u tappoġġa l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' politki u ta' sistemi ta' parteċipazzjoni soċjali u sigurtà sabiex tissaħħaħ il-koeżjoni soċjali u biex tippromwovi awtoassistenza u solidarjeta komunitarja. Iċ-ċentru ta' l-attenzjoni għandu, fost oħrajn, ikun fuq l-iżvilupp ta' inizjattivi bbażati fuq solidarjetà soċjali, partikolarment billi jitwaqqfu fondi għall-iżvilupp soċjali adattati għal ħtiġiet u persuni tal-lokal.

Artikolu 26

Kwistjonijiet taż-żgħażagħ

Il-koperazzjoni għandha tappoġġa wkoll li tiġi stabbilita politika koerenti u komprensiva biex twettaq il-potenzjal taż-żgħażagħ hekk li jintegraw aħjar fis-soċjetà biex jattwaw il-potenzjal totali tagħhom. F'dan il-kuntest, il-koperazzjoni għandha tappoġġa politki, miżuri u ħidmiet immirati li:

(a) jipproteġu d-drittijiet tat-tfal u żgħażagħ, speċjalment dawk tal-bniet;

(b) tippromwovi l-ħiliet, enerġija, innovazzjoni u potenzjal taż-żgħażagħ sabiex isaħħaħ l-opportunitajiet ekonomiċi, soċjali u kulturali u tkabbar l-opportunitajiet ta' impieg tagħhom fis-settur produttiv;

(ċ) tgħin istituzzjonijiet ibbażati fil-Komunità biex jagħtu opportunita lit-tfal li jiżviluppaw il-potenzjal fiżiku, psikoloġiku, soċjali u ekonomiku tagħhom; u

(d) terġa' tintegra fis-soċjetà tfal f'sitwazzjonijiet fejn ikun hemm konflitt permezz ta' programmi ta' riabilitazzjoni.

Artikolu 27

Żvilupp kulturali

Koperazzjoni fil-qasam tal-kultura għandha timmira biex:

(a) tintegra d-dimensjoni kulturali fil-livelli kollha ta' koperazzjoni ta' żvilupp;

(b) tirrikonoxxi, tippriserva u tippromwovi l-valuri u identitajiet kulturali biex jippermettu djalogu fost il-kulturi;

(ċ) tirrikonoxxi, tippriserva u tippromwovi l-valur tal-wirt kulturali; tappoġġa l-iżvilupp tal-kapaċità f'dan is-settur; u

(d) tiżviluppa industriji kulturali u ssaħħaħ l-opportunitajiet għad-dħul fis-suq għal oġġetti u servizzi kulturali.

TAQSIMA 3

Koperazzjoni u Integrazzjoni Reġjonali

Artikolu 28

Mod ġenerali ta' trattament

Il-koperazzjoni għandha tipprovdi għajnuna effettiva biex tikseb l-għanijiet u prijoritajiet li l-Istati ta' l-ACP stabbilew għalihom stess fil-kuntest ta' koperazzjoni u integrazzjoni sotto-reġjonali, inkluża koperazzjoni inter-reġjonali u intra-ACP. Koperazzjoni reġjonali tista' tinvolvi wkoll Pajjiżi u Territorji Barranin (OCTs) u reġjuni l-aktar imbiegħda. F'dan il-kuntest, appoġġ għal koperazzjoni għandu jimmira biex:

(a) jippromwovi l-integrazzjoni gradwali ta' l-Istati ta' l-ACP fl-ekonomija dinjija;

(b) jgħaġġel il-koperazzjoni u żvilupp ekonomiku sew ġewwa kif ukoll fost ir-reġjuni ta' l-Istati ta' l-ACP;

(ċ) jippromwovi l-moviment liberu tal-persuni, merkanzija, servizzi, kapital, xogħol u teknoloġija fost il-pajjiżi ta' l-ACP;

(d) jgħaġġel id-diversifikazzjoni ta' l-Istati ta' l-ACP; u l-kordinazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-politki tal-koperazzjoni reġjonali u sotto-reġjonali; u

(e) jippromwovi u jespandi l-kummerċ fost u ġewwa l-pajjiżi ta' l-ACP u pajjiżi terzi.

Artikolu 29

Integrazzjoni ekonomika reġjonali

Il-koperazzjoni għandha, fil-qasam ta' l-integrazzjoni ekonomika reġjonali, tappoġġa:

(a) l-iżvilupp u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta':

(i) istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni reġjonali stabbiliti mill-Istati ta' l-ACP biex jippromwovu koperazzjoni fl-integrazzjoni reġjonali, u

(ii) gvernijiet u parlamenti nazzjonali fi kwistjonijiet ta' integrazzjoni reġjonali;

(b) il-promozzjoni ta' parteċipazzjoni f'Pajjiżi l-Anqas Żviluppati (LDC) u Stati ta' l-ACP biex jistabbilixxu swieq reġjonali u jikkondividu l-benefiċċji minnhom;

(ċ) l-implimentazzjoni ta' politki ta' riforma settorjali f'livell reġjonali;

(d) liberalizzazzjoni ta' kummerċ u pagamenti;

(e) promozzjoni ta' investimenti f'pajjiżi ‘l hinn mill-fruntieri sew barranin kif ukoll interni, u inizjattivi ta' integrazzjoni ekonomika reġjonali jew sotto-reġjonali; u

(f) konsiderazzjoni ta' l-effetti ta' spejjeż transitorji ta' integrazzjoni reġjonali fuq id-dħul tan-nefqa pubblika u l-bilanċ tal-pagamenti.

Artikolu 30

Koperazzjoni reġjonali

1. Il-koperazzjoni għandha, fil-qasam ta' koperazzjoni reġjonali, tappoġġa varjetà wiesgħa ta' oqsma funzjonali u tematiċi li jindirizzaw speċifikament problemi komuni u jieħdu vantaġġ mill-iskala ta' l-ekonomiji, inklużi:

(a) l-infrastruttura partikolarment trasport u komunikazzjoni u servizzi u s-sigurtà tagħhom, inklużi l-iżvilupp ta' opportunitajiet reġjonali fil-qasam tat-Teknoloġiji ta' l-Informazzjoni u Komunikazzjoni (ICT);

(b) l-ambjent; l-amministrazzjoni tar-riżorsi ta' l-ilma u l-enerġija;

(ċ) saħħa, edukazzjoni u taħriġ;

(d) riċerka u żvilupp teknoloġiku;

(e) inizjattivi reġjonali biex ikunu lesti għal diżastri u għajnuna għalihom; u

(f) oqsma oħra, inklużi kontroll ta' l-armameti, ħidma kontra d-drogi, kriminalità organizzata, ħasil ta' flus, tixħim u korruzzjoni.

2. Il-koperazzjoni għandha tappoġġja wkoll skemi u inizjattivi ta' koperazzjoni fost u ġewwa l-ACP.

3. Il-koperazzjoni għandha tgħin biex tippromwovi u tiżviluppa djalogu reġjonali politiku f'oqsma ta' prevenzjoni u soluzzjoni ta' konflitti; drittijiet tal-bniedem u demokratizzazzjoni; skambu, formazzjoni ta' networks, u promozzjoni ta' mobilità bejn l-atturi differenti ta' l-iżvilupp, partikolarment fis-soċjetà ċivili.

TAQSIMA 4

Suġġetti Tematiċi u b'Aspett Transversjali

Artikolu 31

Kwistjonijiet dwar is-sessi

Il-koperazzjoni għandha tgħin biex issaħħaħ politki u progammi li jtejbu, jiżguraw u jwessgħu l-parteċipazzjoni ugwali ta' l-irġiel u n-nisa fl-isferi kollha tal-ħajja politika, ekonomika, soċjali u kulturali. Il-koperazzjoni għandha tgħin biex tippromwovi l-aċċess tan-nisa għar-riżorsi kollha meħtieġa għall-eżerċizzju sħiħ tad-drittijiet fundamentali tagħhom. B'mod aktar speċifiku, il-koperazzjoni għandha toħloq il-qafas xieraq biex:

(a) tintegra mentalità u kunsidrazzjoni sensittivi għal ġeneru ta' sess f'kull livell ta' koperazzjoni ta' żvilupp inklużi politki, strateġiji u ħidmiet makroekonomiċi; u

(b) tinkoraġġixxi l-adozzjoni ta' miżuri speċifiċi pożittivi favur in-nisa bħal:

(i) parteċipazzjoni fil-politika nazzjonali u lokali;

(ii) tappoġġa organizzazzjonijiet tan-nisa;

(iii) ikun hemm dħul għas-servizzi soċjali bażiċi, speċjalment għall-edukazzjoni u taħriġ, kura tas-saħħa u ppjanar tal-familja;

(iv) ikun hemm aċċess għar-riżorsi produttivi, speċjalment għall-art u kreditu u għas-suq ta' l-impiegi; u

(v) tieħu kunsiderazzjoni speċifika tan-nisa f'għajnuna ta' emerġenza u ħidmiet ta' rijabilitazzjoni.

Artikolu 32

Riżorsi ambjentali u naturali

1. Il-koperazzjoni fil-protezzjoni ambjentali u utilizzazzjoni sostenibbli u amministrazzjoni tar-riżorsi naturali għandhom ikunu mmirati biex:

(a) jidderieġu s-sostenibbilità ambjentali fl-aspetti kollha tal-koperazzjoni ta' żvilupp u programmi ta' appoġġ u proġetti implimentati mid-diversi atturi;

(b) jiżviluppaw u/jew isaħħu l-kapaċità umana u istituzzjonali xjentifika u teknika għall-amministrazzjoni ambjentali għal dawk kollha f'riskji ambjentali;

(ċ) jappoġġaw miżuri u skemi speċifiċi mmirati biex jindirizzaw kwistjonijiet ta' amministrazzjoni sostenibbli ta' kriżijiet kif ukoll li jkollhom x'jaqsmu ma' impenji preżenti u futuri reġjonali u internazzjonali rigward riżorsi minerali u naturali bħal:

(i) foresti tropikali, riżorsi ta' ilma, riżorsi tax-xtut, tal-baħar u tas-sajd, annimali slavaġ, ħamrija, biodiversità;

(ii) protezzjoni ta' ekosistemi delikati (eż. sikka tal-qroll);

(iii) għejjun ta' enerġija li tiġġedded partikolarment l-enerġija mix-xemx u effiċjenza fl-użu ta' l-enerġija;

(iv) żvilupp rurali u urban sostenibbli;

(v) deżertifikazzjoni, nixfa u deforestazzjoni;

(vi) żvilupp ta' soluzzjonijiet innovattivi għal problemi ambjentali urbani; u

(vii) promozzjoni ta' turiżmu sostenibbli.

(d) Tikkunsidra kwistjonijiet relatati mat-trasport u disponiment ta' skart perikoluż.

2. Il-koperazzjoni għandha tikkunsidra wkoll:

(a) il-vulnerabilità ta' gżejjer żgħar pajjiżi ta' l-ACP, speċjalment għat-theddida li ġġib magħha bidla fil-klima;

(b) il-problemi li qed jaggravaw ta' nixfa u deżertifikazzjoni speċjalment ta' pajjiżi l-anqas żviluppati u li m'għandhomx sbokk fil-baħar; u

(ċ) żvilupp istituzzjonali u żvilupp ta' kapaċità.

Artikolu 33

Żvilupp istituzzjonali u żvilupp ta' kapaċità

1. Il-koperazzjoni għandha toqgħod attenta b'mod sistematiku għal aspetti istituzzjonali u f'dan il-kuntest, għandha tappoġġa l-isforzi ta' l-Istati ta' l-ACP biex jiżviluppaw u jsaħħu strutturi, istituzzjonijiet u proċeduri li jgħinu biex:

(a) jippromwovu u jsaħħu d-demokrazija, dinjità umana, ġustizzja soċjali u pluraliżmu, b'rispett totali għad-diversità ġewwa u fost is-soċjetajiet;

(b) jippromwovu u jsostnu rispett universali u sħiħ għal u l-osservanza u ħarsien tad-drittijiet libertajiet fundamentali tal-bniedem;

(ċ) jiżviluppaw u jsaħħu s-saltna tad-dritt; u jtejbu l-aċċess għal ġustizzja, waqt li jiggarantixxu l-professjonalità u l-indipendenza tas-sistemi ġuridiċi; u

(d) jiżguraw kontroll u amministrazzjoni trasparenti u responsabbli fl-istituzzjonijiet pubbliċi kollha.

2. Il-Partijiet għandhom jaħdmu flimkien biex jiġġieldu kontra t-tixħim u l-korruzzjoni fis-soċjetajiet kollha tagħhom.

3. Il-Koperazzjoni għandha tappoġġa l-isforzi ta' l-Istati ta' l-ACP biex jiżviluppaw l-istituzzjonijiet pubbliċi tagħhom f'forza pożittiva għat-tkabbir u żvilupp u biex jiksbu titjib essenzali fl-effiċjenza tas-servizzi tal-gvern minħabba li dawn jolqtu l-ħajja tan-nies komuni. F'dan il-kuntest, il-koperazzjoni għandha tgħin ir-riforma, ir-razzjonalità u l-modernizzazzjoni tas-settur pubbliku. Speċifikament, l-appoġġ tal-koperazzjoni għandu jikkonċentra fuq:

(a) ir-riforma u modernizzazzjoni tas-servizz ċivili;

(b) riformi u modernizzazzjoni legali u ġuridiċu tas-sistemi tal-ġustizzja;

(ċ) titjib u tisħiħ ta' l-amministrazzjoni tal-finanzi pubbliċi;

(d) tgħaġġel ir-riformi fis-settur bankarju u dak tal-finanzjament;

(e) ittejjeb l-amministrazzjoni ta' l-assi pubbliċi u r-riforma tal-proċeduri ta' l-akkwist pubbliku; u

(f) diċentralizzazzjoni politika, amministrattiva, ekonomika u finazjarja.

4. Il-koperazzjoni għandha tgħin ukoll biex tagħti lura u/jew issaħħaħ il-kapaċità kritika tas-settur pubbliku u biex tappoġġa l-istituzzjonijiet meħtieġa biex tissoda l-ekonomija tas-suq, speċjalment appoġġ biex:

(a) tiżviluppa l-kapaċitajiet legali u regolatorji meħtieġa biex ilaħħqu ma' l-operat ta' ekonomija tas-suq, inklużi politika ta' kompetizzjoni u politika tal-konsumatur;

(b) ittejjeb il-kapaċità biex tanalizza, tippjana, tifformula u timplimenta politki, partikolarment fl-oqsma ekonomiċi, soċjali, ambjentali, ta' riċerka, tax-xjenza u teknoloġija u innovattivi;

(ċ) modernizzar, tisħiħ u riforma fl-istituzzjonijiet finanzjarji u monetarji u ttejjeb il-proċeduri;

(d) tibni l-kapaċità fil-livelli lokali u muniċipali li huma meħtieġa biex timplimenta politika ta' deċentralizzazzjoni u biex tkattar il-parteċipazzjoni tal-popolazzjoni fil-proċess ta' żvilupp; u

(e) tiżviluppa l-kapaċità f'oqsma oħra kritiċi bħal ma huma:

(i) negozjati internazzjonali; u

(ii) amministrazzjoni u kordinazzjoni fl-għajnuna barranija.

5. Il-koperazzjoni għandha tkopri l-oqsma u s-setturi kollha biex tippromwovi li jipparteċipaw atturi li mhumiex ta' l-istat u l-iżvilupp tal-kapaċitajiet tagħhom; u biex issaħħaħ l-istrutturi għall-informazzjoni, djalogu u konsultazzjoni bejnhom u l-awtoritajiet nazzjonali, inkluż f'livell reġjonali.

TITOLU II

KOPERAZZJONI EKONOMIKA U KUMMERĊJALI

KAPITOLU 1

L-Għanijiet u l-Prinċipji

Artikolu 34

Għanijiet

1. Il-koperazzjoni ekonomika u kummerċjali għandha timmira biex tippromwovi l-integrazzjoni bla diffikultajiet u gradwali ta' l-Istati ta' l-ACP fl-ekonomija dinjija, b'kunsiderazzjoni xierqa għall-għażliet politiċi u prijoritajiet ta' żvilupp tagħhom, li permezz tagħhom jippromwovu l-iżvilupp sostenibbli tagħhom u jikkontribwixxu biex jintemm il-faqar fil-pajjiżi ta' l-ACP.

2. L-għan aħħari tal-koperazzjoni ekonomika u soċjali huwa li tippermetti l-Istati ta' l-ACP biex jieħdu sehem bis-sħiħ fil-kummerċ internazzjonali. F'dan il-kuntest, għandha tingħata kunsiderazzjoni partikolari għall-ħtieġa ta' l-Istati ta' l-ACP biex jieħdu sehem b'mod attiv fin-negozjati tal-kummerċ multilaterali. Bil-livell preżenti ta' żvilupp tal-pajjiżi ta' l-ACP, il-koperazzjoni ekonomika u kummerċjali għandha tkun immirata biex tippermetti lill-Istati ta' l-ACP li jamministraw l-isfidi tal-globalizzazzjoni u biex jadottaw progressivament il-kondizzjonijiet ġodda tal-kummerċ internazzjonali li permezz tagħhom jiffaċilitaw it-tranżizzjoni tagħhom għall-ekonomija globali liberalizzata.

3. Għal dan il-għan il-koperazzjoni ekonomika u kummerċjali għandha timmira biex issaħħaħ il-produzzjoni, provvista u kapaċità kummerċjali tal-pajjiżi ta' l-ACP kif ukoll il-kapaċità tagħhom biex jattiraw l-investiment. B'żieda ma' dan għandha timmira biex toħloq dinamika kummerċjali ġdida bejn il-Partijiet, għat-tisħiħ tal-kummerċ u politki ta' investiment tal-pajjiżi ta' l-ACP u biex ittejjeb il-kapaċità tal-pajjiżi ta' l-ACP biex jittrattaw il-kwistjonijiet kollha relatati mal-kummerċ.

4. Il-koperazzjoni ekonomika u kummerċjali għandha tkun implimentata b'konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet tal-WTO, inkluż trattament speċjali u differenzjali, waqt li jikkunsidraw l-interessi reċiproċi tal-Partijiet u l-livelli rispettivi tagħhom ta' żvilupp.

Artikolu 35

Prinċipji

1. Il-koperazzjoni ekonomika u kummerċjali għandha tkun ibbażata fuq sħubija vera, imsaħħa u strateġika. B'żieda ma' dan għandha tkun ibbażata wkoll fuq attitudni komprensiva li tibni fuq il-fatturi sodi u kisbiet tal-Konvenzjonijiet preċedenti ACP-KE, billi tuża l-mezzi kollha disponibbli biex tikseb l-għanijiet stipulati aktar qabel billi tindirizza l-esiġenzi mil-lat ta' provvista u domanda. F'dan il-kuntest, għandha tingħata konsiderazzjoni xierqa għall-miżuri ta' żvilupp tal-kummerċ bħala mezzi biex isaħħu il-kompetittività ta' l-Istati ta' l-ACP. Importanza xierqa għandha għalhekk tingħata lill-iżvilupp tal-kummerċ fl-istrateġiji ta' żvilupp ta' l-Istati ta' l-ACP, li l-Komunità għandha tappoġġa.

2. Il-koperazzjoni ekonomika u soċjali għandha tibni fuq inizjattivi reġjonali integrattivi ta' l-Istati ta' l-ACP, waqt li jagħtu konsiderazzjoni li l-integrazzjoni reġjonali hija strument essenzali għall-integrazzjoni tal-pajjiżi ta' l-ACP fl-ekonomija mondjali.

3. Il-koperazzjoni ekonomika u kummerċjali għandha tikkunsidra l-ħtiġiet differenti u l-livelli ta' żvilupp tal-pajjiżi u r-reġjuni ta' l-ACP. F'dan il-kuntest, il-Partijiet jikkonfermaw mill-ġdid sehemhom biex jiżguraw trattament speċjali u differenzjali għall-pajjiżi kollha ta' l-ACP u biex jibqgħu jżommu trattament speċjali għal ACP LDCs u li jagħtu konsiderazzjoni xierqa tal-vulnerabilità ta' pajjiżi żgħar, mingħajr żbokk għall-baħar u gżejjer.

KAPITOLU 2

Arranġamenti Ġodda tal-Kummerċ

Artikolu 36

Xejriet

1. Fl-isfond ta' l-għanijiet u prinċipji msemmija hawn fuq, il-Partijiet jaqblu li jikkonkludu arranġamenti kummerċjali ġodda kompatibbli ma' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), ineħħu gradwalment il-barrieri għall-kummerċ bejniethom u li jsaħħu l-koperazzjoni fl-oqsma kollha relevanti għall-kummerċ.

2. Il-Partijiet jaqblu li arranġamenti kummerċjali ġodda għandhom jiddaħħlu gradwalment u jirrikonoxxu l-ħtieġa, għalhekk, għal perjodu preparatorju.

3. Sabiex iħaffu t-transizzjoni għall-arranġamenti kummerċjali ġodda, il-preferenzi kummerċjali mhux reċiproċi applikati skond ir-Raba' Konvenzjoni ACP-KE għandhom jinżammu matul il-perjodu preparatorju għall-pajjiżi kollha ta' l-ACP, skond il-kondizzjonijiet imfissra fl-Anness V ma' dan il-Ftehim.

4. F'dan il-kuntest, il-Partijiet jikkonfermaw mill-ġdid l-importanza tal-protokolli ta' l-oġġetti, fl-Anness V ta' dan il-Ftehim. Jaqblu fuq il-ħtieġa li jirreveduhom fil-kuntest ta' l-arranġamenti kummerċjali ġodda, partikolarment rigward il-kompatibilità tagħhom mar-regoli tal-WTO, bil-għan li jissalvagwardaw il-benefiċċji miksuba minnhom, waqt li jikkunsidraw l-istatus legali speċjali tal-Protokoll dwar iz-Zokkor.

Artikolu 37

Proċeduri

1. Il-ftehimiet dwar sħubija ekonomika għandhom jiġu negozjati matul il-perjodu preparatorju li għandu jintemm sal-31 ta' Diċembru 2007. In-negozjati formali ta' l-arranġamenti kummerċjali ġodda għandhom jibdew f'Settembru 2002 u l-arranġamenti kummerċjali għandhom jidħlu fis-seħħ sa l-1 ta' Jannar 2008, kemm-il darba l-Partijiet ma jkunux ftehmu fuq dati aktar kmieni.

2. Il-miżuri meħtieġa kollha għandhom jittieħdu hekk li jiżguraw li jikkonkludu b'suċċess in-negozjati fi żmien il-perjodu preparatorju. Għal dan il-għan, il-perjodu sal-bidu tan-negozjati formali ta' l-arranġamenti kummerċjali ġodda għandhom jintużaw b'mod attiv biex jagħmlu l-preparamenti tal-bidu għal dawn in-negozjati.

3. Il-perjodu ta' preparazzjoni għandu jintuża biex tiġi żviluppa l-kapaċità fis-setturi pubbliċi u privati tal-pajjiżi ta' l-ACP, inklużi miżuri biex isaħħu l-kompetittività, isaħħu l-organizzazzjonijiet reġjonali u għall-appoġġ ta' inizjattivi għall-integrazzjoni tal-kummerċ reġjonali, fejn ikunu xierqa ma' l-għajnuna għall-aġġustament fl-ispiża pubblika u riforma fiskali, kif ukoll għat-titjib ta' l-infrastruttura u żvilupp, u għall-promozzjoni ta' investiment.

4. Il-Partijiet għandhom jirrevedu regolarment il-progress tal-preparamenti u n-negozjati u, fl-2006, għandhom iwettqu evalwazzjoni komprensiva ta' l-arranġamenti ppjanati għall-pajjiżi kollha biex jiżguraw li ma jkunx meħtieġ aktar żmien għall-preparamenti jew negozjati.

5. In-negozjati għal ftehimiet dwar sħubija ekomonika għandhom jitwettqu mill-pajjiżi ta' l-ACP li jikkunsidraw irwieħhom f'qagħda li jagħmlu dan, fil-livell li jikkunsidraw xieraq u skond il-proċeduri miftiehma mill-Grupp ta' l-ACP, waqt li jikkunsidraw il-proċess ta' integrazzjoni reġjonali ġewwa l-ACP.

6. Fl-2004, il-Komunità għandha tagħmel stima tal-qagħda ta' dawk li mhumiex ma' LCD li, wara konsultazzjonijiet mal-Komunità jiddeċiedu li ma jkunux f'qagħda li jidħlu fi ftehimiet ta' sħubija u għandha teżamina l-possibiltajiet alternattivi kollha, sabiex tipprovdi lil dawn il-pajjiżi b'qafas ġdid għall-kummerċ li jkun ekwivalenti għall-qagħda tagħhom u b'konformità mar-regoli tal-WTO.

7. In-negozjati tal-ftehimiet ta' sħubija ekonomika għandhom jimmiraw konsiderevolment biex jistabbilixxu orarju għat-tneħħija gradwali ta' barrieri għall-kummerċ bejn il-Partijiet, skond ir-regoli relevanti tal-WTO. Minn naħa tal-Komunità l-liberalizzazzjoni tal-kummerċ għandha tibni acquis u għandha timmira li ttejjeb l-aċċess preżenti tas-suq għall-pajjiżi ta' l-ACP permezz, fost l-oħrajn, evalwazzjoni tar-regoli ta' oriġini. In-negozjati għandhom jikkunsidraw il-livell ta' żvilupp u l-impatt soċjo-ekonomiku tal-miżuri tal-kummerċ fuq il-pajjiżi ta' l-ACP, u l-kapaċità tagħhom biex jadottaw u jaġġustaw l-ekonomiji tagħhom għall-proċess ta' liberalizzazzjoni. In-negozjati għandhom għalhekk ikunu flessibbli kemm jista' jkun billi jistabbilixxu tul ta' żmien ta' perjodu transitorju, it-trattament finali tal-prodott, waqt li jikkonsidraw setturi sensittivi, u sa liema grad ta' irregolarità skond l-orarju għat-tneħħija tat-tariffi, waqt li jibqgħu konformi mar-regoli tal-WTO li jkunu prevalenti dakinhar.

8. Il-Partijiet għandhom jikkoperaw mill-qrib u jikkollaboraw mal-WTO bil-għan li jiddefendu l-arranġamenti milħuqa, partikolarment rigward il-grad ta' flessibilità disponibbli.

9. Il-Komunità għandha tibda proċess, mas-sena 2000, li sa tmiem in-negozjati kummerċjali multilaterali u mhux aktar tard mill-2005 jippermetti dħul bla dazju prattikament għall-prodotti kollha mill-pajjiżi kollha ta' l-LDC billi jżidu mal-livell tad-dispożizzjonijiet kummerċjali eżistenti tar-Raba' Konvenzjoni ACP-KE u li jħaffef u jirrevedi r-regoli oriġinali, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar żidiet, li japplikaw għall-oġġetti esportati tagħhom.

Artikolu 38

Kumitat Ministerjali konġunt dwar il-Kummerċ

1. Għandu jitwaqqaf Kumitat Ministerjali konġunt dwar il-Kummerċ ta' l-ACP-KE.

2. Il-Kumitat Ministerjali dwar il-Kummerċ għandu jikkunsidra b'mod speċjali n-negozjati kummerċjali multilaterali preżenti u għandu jeżamina l-impatt ta' l-inizjattivi għal aktar liberalizzazzjoni tal-kummerċ tal-pajjiżi ACP-KE u l-iżvilupp ta' l-ekonomiji ta' l-ACP. Għandu jagħmel kull rakkomandazzjoni meħtieġa bil-għan li jibqa' jżomm il-benefiċċji ta' l-arranġamenti kummerċjali ta' l-ACP-KE.

3. Il-Kumitat Ministerjali dwar il-Kummerċ għandu jiltaqa' ta' l-anqas darba fis-sena. Ir-regoli tiegħu ta' proċedura għandhom jiġu stipulati mill-Kunsill tal-Ministri. Għandu jkun kompost mir-rappreżentanti ta' l-Istati ta' l-ACP u l-Komunità.

KAPITOLU 3

Koperazzjoni fil-Fora Internazzjonali

Artikolu 39

Dispożizzjonijiet ġenerali

1. Il-Partijiet jisħqu fuq l-importanza tas-sehem attiv tagħhom fil-WTO kif ukoll f'organizzazzjonijiet internazzjonali relevanti oħra billi jsiru membri ta' dawn l-organizzazzjonijiet u jsegwu mill-qrib l-aġenda u l-attivitajiet tagħhom.

2. Huma jaqblu li jikkoperaw mill-qrib biex jidentifikaw u jwessgħu l-interessi komuni tagħhom fil-koperazzjoni ekonomika u kummerċjali internazzjonali partikolarment fil-WTO, inkluża parteċipazzjoni fit-twaqqif u tmexxija ta' l-aġenda f'negozjati futuri dwar il-kummerċ multilaterali. F'dan il-kuntest, għandha tingħata attenzjoni partikolari biex ittejjeb id-dħul fil-Komunità u swieq oħra ta' prodotti u servizzi li joriġinaw fil-pajjiżi ta' l-ACP.

3. Huma jaqblu wkoll fuq l-importanza ta' flessibilità fir-regoli tal-WTO biex jikkunsidraw il-livell ta' żvilupp ta' l-ACP kif ukoll id-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom. Huma jaqblu wkoll fuq il-ħtieġa għal għajnuna teknika biex jippermettu lill-pajjiżi ta' l-ACP biex jimplimentaw l-impenji tagħhom.

4. Il-Komunità taqbel li tgħin lill-Istati ta' l-ACP fl-isforzi tagħhom, skond id-dispożizzjonijiet stipulati f'dan il-Ftehim, biex isiru membri attivi ta' dawn l-organizzazzjonijiet, billi jiżviluppaw il-kapaċità meħtieġa biex jinnegozjaw, jieħdu sehem b'mod effettiv, jimmonitorjaw u jimplimentaw dawn il-ftehimiet.

Artikolu 40

Merkanzija

1. Il-Partijiet jirrikonoxxu l-ħtieġa biex jiżguraw operat aħjar tas-swieq internazzjonali tal-merkanzija u biex iżidu t-trasparenza tas-suq.

2. Huma jikkonfermaw kemm ikunu jridu jżidu l-konsultazzjonijiet bejniethom fil-laqgħat internazzjonali u fl-organizzazzjonijiet li jittrattaw mal-merkanzija.

3. Għal dan il-għan, l-iskambju ta' fehmiet għandu jsir fuq talba ta' kull Parti:

- rigward l-operat ta' ftehimiet internazzjonali eżistenti jew partijiet speċjalizzati fuq xogħol intergovernattiv bil-għan li jtejbuhom u jagħmluhom aktar effettivi, konsistenti ma' xejriet tas-suq;

- meta jkun propost li jikkonkludu jew iġeddu ftehim internazzjonali jew jistabbilixxu parti speċjalizzata fuq xogħol intergovernattiv.

L-għan ta' dawn l-iskambji ta' fehmiet għandu jkun li jikkonsidraw l-interess rispettiv ta' kull parti. Dawn jistgħu jsiru, fejn ikun meħtieġ, fil-qafas tal-Kumitat Ministerjali għall-Kummerċ.

KAPITOLU 4

Kummerċ fis-Servizzi

Artikolu 41

Dispożizzjonijiet ġenerali

1. Il-Partijiet jisħqu fuq l-importanza li dejjem tikber ta' servizzi fil-kummerċ internazzjonali u l-kontribut prinċipali tagħhom għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali.

2. Huma jikkonfermaw mill-ġdid l-obbligu rispettiv tagħhom skond il-Ftehim Ġenerali fuq il-Kummerċ fis-Servizzi (GATS), u juru l-importanza tal-ħtieġa għal trattament speċjali u differenzjali għal fornituri ta' servizzi ta' l-ACP.

3. Fil-qafas tan-negozjati tal-liberalizzazzjoni gradwali fil-kummerċ u servizzi, kif previst fl-Artikolu XIX tal-GATS, il-Komunità tidħol biex tagħti konsiderazzjoni favorevoli għall-prijoritajiet ta' l-Istati ta' l-ACP biex itejbu l-iskeda tal-KE, bil-għan li jissodisfaw l-interessi speċifiċi tagħhom.

4. B'żieda ma' dan il-Partijiet jaqblu ma' l-għan li jestendu skond ftehimiet ekonomiċi ta' sħubija, u wara li jkunu kisbu ftit esperjenza biex japplikaw it-trattament tan-Nazzjon l-Aktar Favorit (MFN) skond il-GATS, is-sħubija tagħhom biex tkopri l-liberalizzazzjoni ta' servizzi skond id-dispożizzjonijiet tal-GAT u partikolarment dawk relatati mal-parteċipazzjoni ta' pajjiżi li qed jiżviluppaw fi ftehimiet għal-liberalizzazzjoni.

5. Il-Komunità għandha tappoġġa l-isforzi ta' l-Istati ta' l-ACP biex isaħħu l-kapaċità tagħhom biex jipprovdu servizzi. Għandha tingħata attenzjoni partikolari għas-servizzi relatati max-xogħol, negozju, distribuzzjoni, finanzi, turiżmu, kultura u kostruzzjoni u servizzi relatati ma' l-inġinerija bil-għan li jsaħħu l-kompetittività tagħhom u b'hekk iżidu l-valur tal-kummerċ tagħhom fil-merkanzija u servizzi.

Artikolu 42

Trasport Marittimu

1. Il-Partijiet jirrikonoxxu l-importanza ta' servizzi li jħallu l-qligħ u effiċjenti fit-trasport marittimu f'ambjent marittimu bla periklu u nadif bħala l-mod prinċipali ta' trasport li jiffaċilita l-kummerċ internazzjonali u b'hekk ikunu jikkostitwixxi waħda mill-forzi li jsostnu l-iżvilupp ekonomiku u l-iżvilupp tal-kummerċ.

2. Huma jinkarigaw irwieħhom li jippromwovu l-liberalizzazzjoni tat-trasport marittimu u għal dan il-għan japplikaw effettivament il-prinċipju ta' dħul bla restrizzjoni għas-suq ta' trasport internazzjonali bil-baħar fuq bażi diskriminatorja u kummerċjali.

3. Kull Parti għandha tagħti, fost affarijiet oħra, trattament mhux anqas favorevoli minn dak mogħti lill-bastimenti tagħha, lill-bastimenti mħaddma minn ċittadini jew kumpaniji tal-Parti l-oħra, u għal bastimenti rreġistrati fit-territorju ta' kull waħda mill-partijiet, kif ukoll drittijiet u ħlasijiet, faċilitajiet doganali u l-assenjament ta' rmiġġi u faċilitajiet għat-tagħbija u ħatt.

4. Il-Komunità għandha tappoġġa l-isforzi ta' l-Istati ta' l-ACP biex jiżviluppaw u jippromwovu servizzi li jħallu l-qligħ u effiċjenti ta' trasport bil-baħar fl-Istati ta' l-ACP bil-għan li jkattru s-sehem ta' l-operaturi ta' l-ACP f'servizzi ta' trasport internazzjonali bil-baħar.

Artikolu 43

Teknoloġiji ta' l-Informazzjoni u Komunikazzjoni, u s-Soċjetà ta' l-Informazzjoni

1. Il-Partijiet jirrikonoxxu r-rwol importanti tat-teknoloġiji ta' l-informazzjoni u komunikazzjoni, kif ukoll il-parteċipazzjoni attiva fis-Soċjetà ta' l-Informazzjoni, bħala rekwiżit minn qabel għall-integrazzjoni b'suċċess tal-pajjiżi ta' l-ACP fl-ekonomija dinjija.

2. Għalhekk huma jikkonfermaw mill-ġdid l-impennji rispettivi tagħhom skond ftehimiet multilaterali eżistenti, partikolarment il-protokoll dwar Telekomunikazzjonijiet Bażiċi marbuta mal-GATS, u jistiednu dawk il-pajjiżi ta' l-ACP, li għadhom mhumiex membri ta' dawk il-ftehimiet, biex jaslu fi qbil magħhom.

3. B'żieda ma' dan jaqblu li jieħdu sehem bis-sħiħ u b'mod attiv f'kull negozjar internazzjonali fil-ġejjieni, li jista' jitmexxa f'dan il-qasam.

4. Il-Partijiet għandhom għalhekk jieħdu miżuri li jippermettu lill-abitanti tal-pajjiżi ta' l-ACP li jkollhom aċċess faċli għat-tekonoloġiji ta' l-informazzjoni u komunikazzjoni, permezz, fost oħrajn, il-miżuri li ġejjin:

- l-iżvilupp u l-inkoraġġiment ta' l-użu ta' riżorsi ta' enerġija rinnovabbli li jistgħu jħallsu għalihom;

- l-iżvilupp u l-użu ta' networks mingħajr fili rħas aktar estensivi.

5. Il-Partijiet ukoll jaqblu li jgħaġġlu l-koperazzjoni bejniethom fil-qasam tat-teknoloġiji ta' l-informazzjoni u l-komunikazzjoni, u s-Soċjetà ta' l-Informazzjoni. Din il-koperazzjoni għandha, partikolarment, tkun diretta lejn komplimentarjetà u armonizzazzjoni akbar tas-sistemi tal-komunikazzjoni, f'livelli nazzjonali, reġjonali u internazzjonali u l-adattament tagħhom għat-teknoloġiji ġodda.

KAPITOLU 5

Oqsma Relatati mal-Kummerċ

Artikolu 44

Dispożizzjonijiet ġenerali

1. Il-Partijiet jirrikonoxxu l-importanza dejjem tikber ta' oqsma ġodda relatati mal-kummerċ li jħaffu integrazzjoni dejjem akbar ta' l-Istati ta' l-ACP fl-ekonomija dinjija. Huma għalhekk jaqblu li jsaħħu l-koperazzjoni tagħhom f'dawn l-oqsma billi jistabbilixxu parteċipazzjoni sħiħa u kordinata fid-diskussjonijiet u ftehimiet internazzjonali relevanti.

2. Il-Komunità għandha tappoġġa l-isforzi ta' l-Istati ta' l-ACP, skond id-dispożizzjonijiet stipulati f'dan il-Ftehim u l-istrateġiji ta' żvilupp bejn il-Partijiet biex isaħħu l-kapaċità biex jamministraw l-oqsma kollha relatati mal-kummerċ, inklużi, fejn hu meħtieġ, billi jtejbu u jappoġġaw il-qafas istituzzjonali.

Artikolu 45

Politika tal-Kompetizzjoni

1. Il-Partijiet jaqblu li l-introduzzjoni u l-implimentazzjoni ta' politki u regoli ta' kompetizzjoni effettivi u sodi huma ta' importanza kruċjali sabiex itejbu u jiżguraw klima ta' investiment bonarju, proċess ta' industrijalizzazzjoni sostenibbli u trasparenza fl-aċċess għas-swieq.

2. Sabiex jiżguraw l-eliminazzjoni ta' tgħawwiġ tal-kompetizzjoni tajba u b'kunsiderazzjoni xierqa għal-livelli differenti ta' żvilupp u ħtiġiet ekonomiċi ta' kull pajjiż ta' l-ACP, huma jimpenjaw irwieħhom li jimplimentaw regoli u politika nazzjonali u reġjonali inkluż il-kontroll u skond ċerti kondizzjonijiet il-projbizzjoni ta' ftehimiet bejn l-impriżi, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta' impriżi u prassi miftiehma bejn l-impriżi li jkollhom bħala għan jew riżultat tagħhom il-prevenzjoni, restrizzjoni jew tgħawwiġ tal-kompetizzjoni. B'żieda ma' dan il-Partijiet jaqblu li jipprojbixxu l-abbuż minn impriża waħda jew aktar ta' pożizzjoni dominanti fis-suq komuni tal-Komunità jew fit-territorju ta' l-Istati ta' l-ACP.

3. Il-Partijiet jaqblu wkoll li jsaħħu l-koperazzjoni f'dan il-qasam bl-iskop li jifformulaw u jappoġġjaw politki tal-kompetizzjoni effettivi ma' l-aġenziji tal-kompetizzjoni nazzjonali xierqa li gradwalment jiżguraw l-infurzar effiċjenti tar-regoli tal-kompetizzjoni sew minn intrapriżi privati kif ukoll statali. Il-koperazzjoni f'dan il-qasam għandha, partikolarment, tinkludi għajnuna fl-għemil ta' abbozzi ta' qafas legali xieraq u l-infurzar amministrattiv tiegħu b'riferenza partikolari għall-qagħda speċjali tal-pajjiżi l-anqas żviluppati.

Artikolu 46

Protezzjoni ta' Drittijiet ta' Proprjetà Intellettwali

1. Mingħajr preġudizzju għall-posizzjonijiet tal-Partijiet fin-negozjati multilaterjali, il-Partijiet jirrikonoxxu l-ħtieġa biex jiżguraw livell adekwat u effettiv ta' protezzjoni ta' drittijiet ta' proprjetà intellettwali, industrijali u kummerċjali, u drittijiet oħra koperti bit-TRIPS inkluża l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi, b'konformità ma' l-istandards internazzjonali bl-iskop li jnaqqsu d-distorzjonijiet u impedimenti għall-kummerċ bilaterali.

2. Huma jisħqu fuq l-importanza, f'dan il-kuntest, li jaderixxu mal-Ftehim fuq Aspetti Relatati mal-Kummerċ tad-Drittijiet ta' Proprjetà Intellettwali (TRIPS) għall-Ftehim tal-WTO u l-Konvenzjoni fuq il-Bijodiversità Bijoloġika (CBD).

3. Huma jiftehmu wkoll mal-ħtieġa li jaqblu mal-konvenzjonijiet relevanti kollha fuq proprjetà intellettwali, industrijali u kummerċjali kif hemm riferenza għalihhom fil-Parti I tal-Ftehim dwar it-TRIPS, b'konformità mal-livell tagħhom fuq l-iżvilupp.

4. Il-Komunità, l-Istati Membri tagħha u l-Istati ta' l-ACP jistgħu jikkonsidraw il-konklużjoni tal-ftehimijiet immirati biex jipproteġu trademarks u indikazzjonijiet ġeografiċi għal prodotti ta' interess partikolari ta' kull waħda mill-Partijiet.

5. Għall-fini ta' dan il-Ftehim, proprjetà intellettwali tinkludi partikolarment drittijiet ta' l-awtur, inklużi d-drittijiet fuq programmi tal-kompjuter, u drittijiet simili, inklużi disinni artistiċi, u proprjetà industrijali li tinkludi mudelli ta' utilità, privattivi inklużi privattivi għal invenzjonijiet bijo-teknoloġiċi u varjetajiet ta' pjanti jew sistemi effettivi oħra skond il-ġeneru tagħhom, disinni industrijali, indikazzjonijiet ġeografiċi inklużi ismijiet ta' oriġini, trademarks ta' merkanziji jew servizzi, topografiji ta' ċirkuwiti integrati kif ukoll il-protezzjoni legali ta' data bases u l-protezzjoni kontra kompetizzjoni inġusta kif hemm riferenza għaliha fl-Artikolu 10a tal-Konvenzjoni ta' Pariġi għall-Protezzjoni ta' Proprjetà Industrijali u l-protezzjoni ta' informazzjoni kunfidenzali mhux mistura fuq proċess ta' kif isir ċertu xogħol.

6. Il-Partijiet jaqblu b'żieda ma' dan li jsaħħu l-koperazzjoni bejniethom f'dan il-qasam. Fuq talba u b'termini u kondizzjonijiet miftiehma b'mod reċiproku l-koperazzjoni għandha fost l-oħrajn testendi għall-oqsma li ġejjin: il-preparazzjoni ta' liġijiet u regolamenti għall-protezzjoni u infurzar ta' drittijiet ta' proprjetà intellettwali, il-prevenzjoni ta' l-abbuż ta' dawn id-drittijiet minn detenturi tad-drittijiet u l-ksur ta' dawn id-drittijiet minn kompetituri, it-twaqqif u l-infurzar ta' uffiċċji domestiċi u reġjonali u aġenziji oħra inkluż l-appoġġ għal organizzazzjonijiet reġjonali ta' proprjetà intellettwali involuti fl-infurzar u l-protezzjoni, inkluż it-taħriġ ta' persunal.

Artikolu 47

Standardizzazzjoni u Ċertifikazzjoni

1. Il-Partijiet jaqblu li jikkoperaw aktar mill-qrib fil-qasam ta' standardizzazzjoni, ċertifikazzjoni u assigurazzjoni ta' kwalità biex ineħħu il-barrieri tekniċi mhux meħtieġa u biex inaqqsu d-differenzi bejniethom f'dawk l-oqsma, hekk li jiffaċilitaw il-kummerċ.

F'dan il-kuntest, huma jaffermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom skond il-Ftehim fuq il-Barrieri Tekniċi għall-kummerċ, mehmuż mal-Ftehim tal-WTO (Ftehim ta' TBT).

2. Il-Koperazzjoni fl-istandardizzazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni għandha timmira biex tippromwovi sistemi kompatibbli bejn il-Partijiet u b'mod partikolari tinkludi:

- miżuri, skond il-Ftehim ta' TBT, biex jippromwovu użu akbar ta' regolamenti, standards u proċeduri ta' valutazzjoni ta' konformità, inklużi miżuri speċifiċi tas-settur, skond il-livell ta' żvilupp ekonomiku fil-pajjiżi ta' l-ACP,

- koperazzjoni fil-qasam ta' l-amminitrazzjoni tal-kwalità u l-assigurazzjoni f'oqsma magħżula ta' importanza għall-Istati ta' l-ACP,

- l-appoġġ ta' inizjattivi li jiżviluppaw il-kapaċità fil-pajjiżi ta' l-ACP fl-oqsma tal-valutazzjoni tal-konformità, metroloġija u standardizzazzjoni,

- l-iżvilupp ta' rabtiet li jiffunzjonaw bejn l-istandardizzazzjoni ta' l-ACP u l-Ewropa, istituzzjonijiet ta' valutazzjoni u ċertifikazzjoni ta' konformità.

3. Il-Partijiet jieħdu l-inkarigu li jikkunsidraw, meta jkun il-mument propizju, li jinnegozjaw ftehimiet ta' rikonoxximent reċiproku f'setturi ta' interess ekonomiku reċiproku.

Artikolu 48

Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji

1. Il-Partijiet jirrikonoxxu d-dritt ta' kull Parti li tadotta jew tinforza miżuri sanitarji u fitosanitarji meħtieġa biex jipproteġu l-ħajja u s-saħħa umana, ta' l-annimali jew tal-pjanti, bla ħsara għall-ħtieġa li dawn il-miżuri ma jikkostitwux mezz ta' diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni travestita għall-kummerċ, b'mod ġenerali. Għal dan l-iskop, huma jaffermaw l-impenji tagħhom skond il-Ftehim fuq l-Applikazzjoni ta' Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji, mehmuża mal-Ftehim tal-WTO (Ftehim ta' l-SPS), waqt li jagħtu kunsiderazzjoni tal-livell rispettiv tagħhom għall-iżvilupp.

2. B'żieda ma' dan huma jieħdu l-inkarigu li jinfurzaw l-kordinazzjoni, konsultazzjoni u informazzjoni rigward in-notifika u l-applikazzjoni tal-miżuri sanitarji u fitosanitarji proposti, skond il-Ftehim ta' l-SPS kull meta dawn il-miżuri jistgħu jaffettwaw l-interessi ta' kull waħda mill-Partijiet. Huma jaqblu wkoll fuq konsultazzjoni u kordinazzjoni minn qabel fil-Codex Alimentarius, l-Uffiċċju Internazzjonali ta' Epizootiċi u l-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti, bl-iskop li jkattru l-interessi komuni tagħhom.

3. Il-Partijiet jiftehmu li jsaħħu l-koperazzjoni bejniethom bl-iskop li jsaħħu mill-ġdid il-kapaċità tagħhom fis-settur pubbliku u privat tal-pajjiżi ta' l-ACP f'dan il-qasam.

Artikolu 49

Kummerċ u Ambjent

1. Il-Partijiet jikkonfermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom li jippromwovu l-iżvilupp tal-kummerċ internazzjonali b'mod li jiżguraw amministrazzjoni sostenibbli u soda ta' l-ambjent, skond il-konvenzjonijiet u l-impennji internazzjonali f'dan il-qasam u b'kunsiderazzjoni xierqa għal-livell ta' żvilupp rispettiv tagħhom. Huma jaqblu li ħtiġiet u neċessitajiet speċjali ta' l-Istati ta' l-ACP għandhom jiġu kkonsidrati fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-miżuri ambjentali.

2. Waqt li jiftakru fil-Prinċipji ta' Rio u bl-iskop li jinfurzaw l-appoġġ reċiproku tal-kummerċ u l-ambjent, il-Partijiet jiftehmu li jsaħħu l-koperazzjoni tagħhom f'dan il-qasam. Il-koperazzjoni għandha partikolarment timmira biex tistabbilixxi politki koerenti nazzjonali, reġjonali u internazzjonali, rinfurzar ta' kontrolli ta' kwalità ta' merkanzija u servizzi relatati ma' l-ambjent, it-titjib ta' metodi ta' produzzjoni li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent f'setturi relevanti.

Artikolu 50

Standards ta' Kummerċ u Xogħol

1. Il-Partijiet jikkonfermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom għal standards bażiċi ta' xogħol rikonoxxuti internazzjonalment, kif imfissra mill-Konvenzjonijiet ta' l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), partikolarment il-libertà ta' assoċjazzjoni u d-dritt ta' negozjar kollettiv, it-tneħħija ta' xogħol forzat, it-tneħħija ta' l-agħar forom ta' xogħol tat-tfal u l-ħelsien minn kull diskrimanzzjoni rigward l-impiegi.

2. Huma jaqblu li jsaħħu l-koperazzjoni f'dan il-qasam, partikolarment fl-oqsma li ġejjin:

- skambju ta' informazzjoni dwar il-leġislazzjoni rispettiva u regolamenti dwar ix-xogħol;

- il-formulazzjoni ta' leġislazzjoni nazzjonali dwar ix-xogħol u t-tisħiħ ta' leġislazzjoni eżistenti;

- programmi edukattivi u li jqajmu kuxjenza;

- jinfurzaw l-aderenza mal-leġislazzjoni nazzjonali u regolamenti dwar ix-xogħol.

3. Il-Partijiet jaqblu li l-istandards tax-xogħol m'għandhomx jintużaw għal skopijiet ta' protezzjoni tal-kummerċ.

Artikolu 51

Politika dwar il-Konsumatur u Protezzjoni tas-Saħħa tal-Konsumatur

1. Il-Partijiet jaqblu li jgħaġġlu l-koperazzjoni tagħhom fil-qasam tal-politika tal-konsumatur u protezzjoni tas-saħħa tal-konsumatur, waqt li jagħtu konsiderazzjoni xierqa biex jevitaw barrieri għall-kummerċ.

2. Il-koperazzjoni għandha, b'mod partikolari, timmira biex ittejjeb il-kapaċità istituzzjonali u teknika f'dan il-qasam, billi tistabbilixxi sistemi ta' allarm ta' malajr ta' informazzjoni reċiproka fuq prodotti perikolużi, bl-iskambju ta' informazzjoni u esperjenzi fuq it-twaqqif u użu ta' sorveljanza wara l-bejgħ ta' prodotti u servizzi offruti, li ttejjeb l-informazzjoni offruta lill-konsumaturi fuq prezzijiet, karatteristiċi ta' prodotti u servizzi offruti, waqt li tinkoraġġixxi l-iżvilupp ta' assoċjazzjonijiet indipendenti tal-konsumaturi u kuntatti bejn ir-rappreżentanti ta' l-interess tal-konsumtur, itejbu l-kompatibilità tal-politki u sistemi tal-konsumatur, tgħarraf bl-infurzar tal-leġislazzjoni u tippromwovi l-koperazzjoni fl-investigazzjoni ta' prassi ta' negozju ta' ħsara jew inġusti u jimplimentaw projbizzjonijiet ta' esportazzjoni fil-kummerċ bejn il-Partijiet ta' merkanzija u servizzi li n-negozju fihom ikun ġie pprojbit fil-pajjiż ta' fejn ikunu ġew manifatturati.

Artikolu 52

Klawsola ta' Tax Carve-out

1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 31 ta' l-Anness IV, it-trattament tan-Nazzjon l-Aktar Favorit skond id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim jew kull ftehim adottat skond dan il-Ftehim, ma japplikax għall-vantaġġi ta' taxxa li l-Partijiet qed ifornu jew jistgħu jfornu fil-futur fuq il-bażi tal-ftehimiet biex jevitaw tassazzjoni doppja jew arranġamenti oħra ta' taxxa, jew leġislazzjoni domestika fiskali.

2. Xejn f'dan il-Ftehim, jew f'kull ftehim adottat skond dan il-Ftehim, ma jista' jiġi interpretat biex jipprevjeni l-adozzjoni jew infurzar ta' kull miżura mmirata biex tipprevjeni l-iskansar jew l-evażjoni tat-taxxi skond id-dispożizzjonijiet tat-taxxi tal-ftehimiet biex jevitaw tassazzjoni doppja jew arranġamenti oħra tat-taxxi, jew leġislazzjoni domestika fiskali.

3. Xejn f'dan il-Ftehim, jew f'kull ftehim adottat skond dan il-Ftehim, m'għandu jiġi interpretat biex jipprevjeni l-Partijiet milli jiddistingwu, fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet relevanti tal-leġislazzjoni fiskali tagħhom, bejn min iħallas it-taxxa li ma jkunux fl-istess sitwazzjoni, partikolarment rigward il-post tagħhom ta' residenza, jew rigward il-post fejn il-kapital tagħhom ikun investit.

KAPITOLU 6

Koperazzjoni f'Oqsma Oħra

Artikolu 53

Ftehimiet dwar is-Sajd

1. Il-Partijiet jiddikjaraw ir-rieda tagħhom li jinnegozjaw ftehimiet dwar is-sajd immirati biex jiggarantixxu kondizzjonijiet sostenibbli u sodisfaċenti b'mod reċiproku għall-attivitajiet tas-sajd fl-Istati ta' l-ACP.

2. Fil-konklużjoni jew implimentazzjoni ta' dawn il-ftehimiet, l-Istati ta' l-ACP m'għandhomx jiddiskriminaw kontra l-Komunità jew fost l-Istati Membri, mingħajr preġudizzju għall-arranġamenti speċjali bejn l-Istati li qed jiżviluppaw fl-istess area ġeografika, inklużi l-arranġamenti reċiproki dwar is-sajd, l-anqas m'għandha l-Komunità tiddiskrimina kontra Istati ta' l-ACP.

Artikolu 54

Sigurtà fl-ikel

1. Rigward prodotti agrikoli disponibbli, il-Komunità tinkariga ruħha biex tiżgura li rifużjonijiet ta' l-oġġetti esportati jistgħu jiġu ffissati aktar bil-quddiem għall-Istati ta' l-ACP kollha rigward il-firxa ta' prodotti miġbura fl-isfond tar-rekwiziti ta' l-ikel murija minn dawk l-Istati.

2. L-iffissar minn quddiem għandu jkun għal sena waħda u għandu jkun applikat kull sena għal kemm itul dan il-Ftehim, waqt li għandhom jifhmu illi l-livell tar-rifużjoni jkun determinat skond il-metodi normalment segwiti mill-Kummissjoni.

3. Arranġamenti speċifiċi jistgħu jkunu konklużi ma' dawk l-Istati ta' l-ACP li jitolbu dan fil-kuntest tal-politki tagħhom dwar is-sigurtà fl-ikel.

4. L-arranġamenti speċifiċi msemmija fil-paragrafu 3 m'għandhomx jipperikolaw il-produzzjoni u l-andament tal-kummerċ fir-reġjuni ta' l-ACP.

PARTI 4

ŻVILUPP TA' KOPERAZZJONI FINANZJARJA

TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

KAPITOLU 1

L-Għanijiet, il-Prinċipji, il-Linji ta' Gwida u l-Eliġibilitá

Artikolu 55

Għanijiet

L-għanijiet ta' l-iżvilupp tal-koperazzjoni finanzjarja għandhom ikunu, permezz tal-provvista ta' riżorsi finanzjarji adekwati u għajnuna teknika finanzjarja, biex jgħinu u jippromwovu l-isforzi ta' l-Istati ta' l-ACP biex jilħqu l-għanijiet stipulati f'dan il-Ftehim fuq il-bażi ta' interess reċiproku u fi spirtu ta' interdipendenza.

Artikolu 56

Prinċipji

1. L-iżvilupp tal-koperazzjoni finanzjarja għandu jkun implimentat fuq il-bażi ta', u jkun konsistenti ma', l-għanijiet ta' żvilupp, strateġiji u prijoritajiet stabbiliti mill-Istati ta' l-ACP, sew f'livelli nazzjonali kif ukoll reġjonali. Il-karatteristiċi rispettivi ġeografiċi, soċjali u kulturali, kif ukoll il-potenzjal speċifiku tagħhom, għandhom jiġu kkunsidrati. B'żieda ma' dan, il-koperazzjoni għandha:

(a) tippromwovi pussess lokali fil-livelli kollha tal-proċess ta' żvilupp;

(b) tirrifletti sħubija bbażata fuq drittijiet u obbligi reċiproċi;

(ċ) tenfasizza l-importanza tal-konsistenza u sigurtà fl-andamenti tar-riżorsi, mogħtija fuq termini konċessjonarji ħafna u fuq bażi kontinwa;

(d) tkun flessibbli u adatta għas-sitwazzjoni ta' kull Stat ta' l-ACP kif ukoll adatta għan-natura speċifika tal-proġett jew programm relatat; u

(e) tassigura effiċjenza, kordinazzjoni u konsistenza.

2. Il-koperazzjoni għandha tiżgura trattament speċjali għall-pajjizi tal-LDC ACP u għandha tikkonsidra b'mod xieraq il-vulnerabbilità ta' pajjiżi ta' l-ACP li ma jkollhomx żbokk għall-baħar u gżejjer. B'żieda ma' dan, għandhom ikunu indirizzati l-ħtiġiet speċifiċi ta' pajjiżi li ħarġu minn konflitt.

Artikolu 57

Linjigwida

1. Ħidmiet iffinanzjati fil-qafas ta' dan il-Ftehim għandhom jiġu implimentati mill-Istati ta' l-ACP u l-Komunità b'koperazzjoni mill-qrib, waqt li jirrikonoxxu l-kunċett ta' ugwaljanza bejn l-imsieħba.

2. L-Istati ta' l-ACP għandhom ikunu responsabbli:

(a) biex jiddefinixxu l-iskopijiet u l-prijoritajiet li fuqhom ikunu bbażati l-programmi indikattivi;

(b) biex jagħżlu l-proġetti u programmi;

(ċ) biex jippreparaw u jippreżentaw rapporti fuq proġetti u programmi;

(d) biex jippreparaw, jinnegozjaw u jikkonkludu kuntratti;

(e) biex jimplimentaw u jamministraw proġetti u programmi; u

(f) ikomplu proġetti u programmi.

3. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet aktar qabel, atturi eliġibbli mhux ta' l-Istat jistgħu wkoll ikunu responsabbli biex jipproponu u jimplimentaw programmi f'oqsma li jikkonċernawhom.

4. L-Istati ta' l-ACP u l-Komunità għandhom ikunu responsabbli b'mod konġunt sabiex:

(a) jistabbilixxu, ġewwa l-istituzzjonijiet konġunti, il-linjigwida għall-iżvilupp tal-koperazzjoni finanzjarja;

(b) jadottaw il-programmi indikattivi;

(ċ) jevalwaw proġetti u programmi;

(d) jiżguraw l-ugwaljanza fil-kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni għal sejħiet għal offerti u kuntratti;

(e) jimmonitorjaw u jevalwaw l-effetti u riżultati ta' proġetti u progammi; u

(f) jiżguraw it-twettiq xieraq, pront u effiċjenti ta' proġetti u programmi.

5. Il-Komunità għandha tkun responsabbli biex tieħu deċiżjonijiet għall-finanzjament ta' proġetti u programmi.

6. Kemm-il darba ma jkunx previst mod ieħor f'dan il-Ftehim, id-deċiżjonijiet kollha li jkunu jeħtieġu l-approvazzjoni ta' xi waħda mill-Partijiet għandhom ikunu approvati, jew jitqiesu bħala approvati, fi żmiem 60 jum min-notifika mill-Parti l-oħra.

Artikolu 58

Eliġibilità għall-finanzjament

1. L-entitajiet jew korpi li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli għall-appoġġ finanzjarju provdut skond il-Ftehim:

(a) Stati ta' l-ACP;

(b) korpi reġjonali jew inter-statali li magħhom wieħed jew aktar mill-Istati ta' l-ACP jkunu jagħmlu parti u li jkunu awtorizzati minn dawk l-Istati;

(ċ) korpi konġunti stabbiliti mill-Istati ta' l-ACP u l-Komunità biex isegwu ċerti għanijiet speċifiċi.

2. Bla ħsara għall-ftehim ta' l-Istat ta' l-ACP jew Stati ta' l-ACP konċernati, dawn li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli wkoll għall-appoġġ finanzjarju:

(a) aġenziji nazzjonali u/jew reġjonali pubbliċi jew semi pubbliċi, dipartimenti jew awtoritajiet lokali ta' l-Istati ta' l-ACP u, partikolarment, l-istituzzjonijiet finanzjarji u banek ta' l-iżvilupp tagħhom;

(b) kumpaniji, ditti u organizzazzjonijiet privati oħra u operaturi privati ta' l-Istati ta' l-ACP;

(ċ) impriżi ta' Membru Stat tal-Komunità biex jippermettulhom, b'żieda mal-kontribut tagħhom, iwettqu proġetti produttivi fit-territorju ta' Stat ta' l-ACP;

(d) l-intermedjarji finanzjarji ta' l-ACP jew tal-Komunità li jfornu, jippromwovu u jiffinanzjaw investimenti privati fl-Istati ta' l-ACP; u

(e) aġenti ta' koperazzjoni diċentralizzata u atturi oħra li mhumiex ta' l-Istat mill-Istati ta' l-ACP u mill-Komunità.

KAPITOLU 2

L-Iskop u-Natura tal-Finanzjament

Artikolu 59

Fil-qafas tal-prijoritajiet stabbiliti mill-Istat ta' l-ACP jew Stati konċernati f'livelli sew nazzjonali u reġjonali, jista' jingħata appoġġ lil proġetti, programmi u forom oħra ta' ħidmiet li jikkontribwixxu għall-iskopijiet stipulati f'dan il-Ftehim.

Artikolu 60

Skop ta' finanzjament

L-iskop ta' finanzjament jista' jinkludi, fost oħrajn, filwaqt li jiddependi fuq il-ħtiġiet u t-tipi ta' ħidma kkunsidrata l-aktar xierqa, appoġġ għal:

(a) miżuri li jikkontribwixxu biex jiffaċilitaw il-piż tad-dejn u problemi ta' bilanċ ta' pagamenti tal-pajjiżi ta' l-ACP;

(b) riformi u politki makroekonomiċi u strutturali;

(ċ) tnaqqis ta' l-effetti kontrarji ta' instabbilità fil-qligħ minn oġġetti esportati;

(d) politki u riformi settorjali;

(e) żvilupp istituzzjonali u żvilupp ta' kapaċità;

(f) programmi ta' koperazzjoni teknika; u

(g) għajnuna umanitarja u ta' emerġenza inkluża l-għajnuna lil rifuġjati u persuni li bidlu posthom, miżuri temporanji ta' rijabilitazzjoni u tkun għal-lest f'każ ta' diżastri.

Artikolu 61

Natura ta' finanzjament

1. In-natura ta' finanzjament għandha, fost oħrajn, tinkludi:

(a) proġetti u programmi;

(b) linji ta' kreditu, skemi ta' garanti u parteċipazzjoni ekwa;

(ċ) appoġġ għan-nefqa pubblika, jew direttament, għall-Istati ta' l-ACP li l-munita tagħhom tkun tista' tinqaleb u tiġi trasferita liberament, jew indirettament, minn fondi komplimentari ġenerati mid-diversi strumenti tal-Komunità;

(d) ir-riżorsi umani u materjali meħtieġa għall-amministrazzjoni u superviżjoni effettiva ta' proġetti u programmi;

(e) programmi ta' appoġġ ta' importazzjoni settorjali u ġenerali li jistgħu jieħdu l-forma ta':

(i) programmi ta' importazzjoni settorjali permezz ta' akkwist dirett inkluż il-finanzjament ta' kontribuzzjonijiet fis-sistema produttiva u provvisti biex itejbu s-servizzi soċjali;

(ii) programmi ta' importazzjoni settorjali fil-forma ta' kambju barrani rilaxxat f'pagamenti biex jiffinanzja importazzjoni settorjali; u

(iii) programmi ta' importazzjoni ġenerali fil-forma ta' kambju barrani rilaxxat f'pagamenti biex jiffinanzja importazzjoni ġenerali li tkopri firxa wiesgħa ta' prodotti.

2. Għandha tingħata għajnuna diretta fil-budget b'appoġġ ta' riformi makroekonomiċi u settorjali fejn:

(a) l-amministrazzjoni tan-nefqa pubblika tkun trasparentli biżżejjed, responsabbli u effettiva;

(b) politki makroekonomiċi jew settorjali definiti sew stabbiliti mill-pajjiż innifsu u li jaqblu magħhom id-donaturi prinċipali tagħhom; u

(ċ) l-akkwist pubbliku jkun miftuħ u trasparenti.

3. Għajnuna simili diretta għall-budget għandha tingħata lill-politki settorjali minflok proġetti individwali.

4. L-istrumenti ta' programmi ta' importazzjoni jew appoġġ għall-budget imfissra aktar qabel jistgħu wkoll jintużaw biex jappoġġaw Stati ta' l-ACP eliġibbli biex jimplimentaw riformi mmirati għal-liberalizzazzjoni ekonomika intra-reġjonali biex jiġġeneraw spejjeż transizzjonali netti.

5. Fil-qafas tal-Ftehim, il-Fond għal Żvilupp Ewropew (minn issa ‘il quddiem imsejjaħ il-Fond) inklużi fondi ekwivalenti, bilanċ mhux minfuq minn Fondi preċedenti, ikollu riżorsi tiegħu mill-Bank ta' Investiment Ewropew (minn issa ‘l quddiem imsejjaħ il-Bank) u fejn ikun xieraq riżorsi miġjuba mill-budget tal-Komunità Ewropea, għandhom jintużaw biex jiffinanzjaw proġetti, programmi u forom oħra ta' operazzjonijiet li jikkontribwixxu biex jilħqu l-għanijiet ta' dan il-Ftehim.

6. Il-fondi previsti skond il-Ftehim jistgħu jintużaw biex ikopru l-ispejjeż totali sew ta' l-ispiża lokali kif ukoll barranija ta' proġetti u programmi, inkluż finanzjament rikorrenti tan-nefqa.

TITOLU II

KOPERAZZJONI FINANZJARJA

KAPITOLU 1

Riżorsi Finanzjarji

Artikolu 62

Ammont ġenerali

1. Għall-finijiet stipulati f'dan il-Ftehim, l-ammont ġenerali ta' l-għajnuna finanzjarja tal-Komunità u t-termini dettaljati u kondizzjonijiet tal-finanzjament huma previsti fl-Annessi ta' dan il-Ftehim.

2. Jekk Stat ta' l-ACP jonqos li jirratifika dan il-Ftehim jew imur kontra tiegħu, il-Partijiet għandhom jaġġustaw l-ammonti tar-riżorsi previsti fil-Protokoll Finanzjarju stipulat fl-Anness I. L-aġġustament tar-riżorsi finanzjarji għandhom japplikaw għal:

(a) adeżjoni tal-Ftehim ta' Stati ġodda ta' l-ACP States li ma jeħdux parti fin-negozjar tiegħu; u

(b) it-tkabbir tal-Komunità.

Artikolu 63

Metodi ta' finanzjament

Il-metodi ta' finanzjament għal kull proġett jew programm għandu jkun stipulat b'mod konġunt mill-Istat jew Stati ta' l-ACP konċernati u l-Komunità b'riferenza għal:

(a) il-livell ta' żvilupp, il-qagħda ġeografika u ċirkustanzi ekonomiċi u finanzjarji ta' dawn l-Istati;

(b) in-natura tal-proġett jew programm, ir-ritorn ekonomiku u finanzjament tagħha kif ukoll l-impatt soċjali u kulturali; u

(ċ) fil-każ ta' self, fatturi li jiggarantixxu s-servizz tagħhom.

Artikolu 64

Ħidmiet On-lending

1. Għajnuna finanzjarja tista' ssir disponibbli għal jew mill-Istati ta' l-ACP konċernati jew, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim permezz ta' istituzzjonijiet finanzjarji eliġibbli jew direttament għal kull benefiċjarju eliġibbli ieħor. Fejn tingħata għajnuna finanzjarja lil min jeħodha finalment permezz ta' intermedjarju jew direttament lill-benefiċjarju finali fis-settur privat:

(a) it-termini u l-kondizzjonijiet li bihom l-għajnuna tista' ssir disponibbli mill-intermedjarju għal min finalment jirċeviha jew direttament lill-benefiċjarju finali fis-settur privat għandha tiġi stipulata fil-ftehim tal-finanzjament jew kuntratt ta' self; u

(b) kull benefiċċju finanzjarju li jakkumula lill-intermedjarju mit-transazzjoni on-ending jew li jirriżulta minn ħidmiet diretti ta' self għall-benefiċjarju finali fis-settur privat, għandu jintuża għal finijiet ta' żvilupp bil-kondizzjonijiet stipulati fil-ftehim finanzjarju jew il-kuntratt ta' self, wara li jikkunsidra spejjeż amministrattivi, riskji ta' kambju u finanzjarji u l-ispiża ta' għajnuna teknika mogħtija lil min jirċevieh finalment.

2. Fejn il-finanzjament jitwettaq permezz ta' korp on-lending ibbażat u/jew li jkun jopera fl-Istati ta' l-ACP, għandha tkun ir-responsabbiltà ta' dak il-korp u li jevalwa proġetti individwali u li jamministra l-fondi mqiegħda għad-dispożizzjoni tiegħu skond il-kondizzjonijiet previsti f'dan il-Ftehim u bi ftehim reċiproku bejn il-Partijiet.

Artikolu 65

Ko-finanzjament

1. Ir-riżorsi ta' finanzjament previsti f'dan il-Ftehim jistgħu jkunu applikati, fuq talba tal-pajjiżi ta' l-ACP, għal ko-finanzjar li jibda partikolarment ma' aġenziji u istituzzjonijiet ta' żvilupp, Stati Membri tal-Komunità, Stati ta' l-ACP, pajjiżi terzi jew istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali jew privati, ditti jew aġenziji ta' kreditu għall-esportazzjoni.

2. Konsiderazzjoni speċjali għandha tingħata għall-possibiltà ta' ko-finanzjament fil-każi fejn parteċipazzjoni tal-Komunità tkun tinkoraġġixxi l-parteċipazzjni ta' sorsi oħra u fejn dan il-finanzjament jista' jwassal għal pakkett ta' vantaġġi finanzjarji għall-Istat ta' l-ACP konċernat.

3. Ko-Finanzjament jista' jkun f'forma ta' finanzjament konġunt jew parallel. Tingħata preferenza f'kull każ għas-soluzzjoni, li hija aktar xierqa mil-lat li jħalli profitt. B'żieda ma' dan, għandhom jittieħdu miżuri biex jikkordinaw u jarmonizzaw operazzjonijiet tal-Komunità u dawk il-korpi oħra ta' ko-finanzjament sabiex inaqqsu l-għadd ta' proċeduri li għandhom jittieħdu mill-Istati ta' l-ACP u biex jagħmlu dawk il-proċeduri aktar flessibbli.

4. Il-proċess ta' konsultazzjoni u kordinazzjoni ma' donaturi u ko-finanzjaturi oħra għandu jissaħħaħ u jiġi żviluppat, permezz li jistabbilixxu ftehimiet ta' qafas għal ko-finanzjament u politki u proċeduri ta' ko-finanzjament għandhom jiġu evalwati biex jiżguraw effettività u l-aqwa termini u kondizzjonijiet possibbli.

KAPITOLU 2

Appoġġ dwar id-dejn u l-Aġġustament strutturali

Artikolu 66

Appoġġ biex itaffi d-dejn

1. Sabiex iħaffu l-piż tad-dejn ta' l-Istati ta' ACP u l-problemi tal-bilanċ tal-pagamenti, il-Partijiet jiftehmu li jużaw ir-riżorsi previsti minn dan il-Ftehim biex jikkontribwixxu għal inizjattivi biex itaffu d-dejn approvati f'livell internazzjonali għall-benefiċċju tal-pajjiżi ta' l-ACP. B'żieda ma' dan, fuq bażi ta' kull każ għalih, l-użu ta' riżorsi li ma jkunux ġew konsenjati għal qafas ta' programmi tal-passat indikattivi għandhom jiġu mgħaġġla permezz ta' strumenti li jħallsu malajr previsti f'dan il-Ftehim. Il-Komunità b'żieda ma' dan tikkommetti ruħha li teżamina kif mill-firxa itwal taż-żmien riżorsi oħra esklużi l-EDF jistgħu jintużaw b'appoġġ għal inizjattivi li jaqblu fuqhom internazzjonalment biex itaffu d-dejn.

2. Fuq talba ta' Stat ta' l-ACP, il-Komunità tista' tagħti:

(a) għajnuna biex jistudja u jsib soluzzjonijiet prattiċi għad-dejn inkluż dejn domestiku, diffikultajiet fil-ħlas ta' dejn u problemi fil-bilanċ tal-pagamenti;

(b) tħarriġ fl-amministrazzjoni tad-dejn u negozjati finanzjarji internazzjonali kif ukoll appoġġ għal laqgħat ta' taħriġ; u

(ċ) għajnuna fl-iżvilupp ta' metodi ta' teknika flessibbli u strumenti ta' amministrazzjoni ta' dejn.

3. Sabiex jikkontribwixxu għas-servizzi tad-dejn li jirriżulta mis-self mir-riżorsi tal-Bank tiegħu, self u riskju ta' kapital speċjali, l-Istati ta' l-ACP jistgħu, skond l-arranġamenti li għandhom isiru fuq bażi ta' kull każ għalih mal-Kummissjoni, jużaw il-munita barranija msemmija f'dan il-Ftehim għal dan is-servizz, kif u meta ħlas lura tad-dejn ikun waqa' lura u sa l-ammont meħtieġ għal pagamenti fil-munita nazzjonali.

4. Magħrufa l-gravità tal-problema tad-dejn internazzjonali u l-impatt tagħha fuq it-tkabbir ekonomiku, il-Partijiet jiddikjaraw ir-rieda tagħhom li jkomplu jagħmlu skambju ta' opinjonijiet, fil-kuntest ta' diskussjonijiet internazzjnali, fuq il-problema ġenerali tad-dejn, u mingħajr preġudizzju għal diskussjonijiet speċifiċi li jsiru f'laqgħat internazzjonali.

Artikolu 67

Appoġġ għal aġġustament strutturali

1. Il-Ftehim għandu jipprovdi appoġġ għal riformi makroekonomiċi u settorjali implimentati mill-Isati ta' l-ACP. F'dan il-qasam, il-Partijiet għandhom jiżguraw li l-aġġustament ikun ekonomikament vijabbli u li jkun jista' jiġi tollerat soċjalment u politikament. Għandu jingħata appoġġ fil-kuntest ta' assessjar konġunt bejn il-Komunità u l-Istat ta' l-ACP konċernat fuq il-miżuri ta' riforma li jkunu se jitwettqu jew kontemplati f'livell jew makroekonomiku jew settorjali, u li jippermetti evalwazzjoni ġenerali fuq l-isforzi ta' riforma. Ħlas malajr għandu jkun fattur importanti għal programmi ta' appoġġ.

2. L-Istati ta' l-ACP u l-Komunità jirrikonoxxu l-ħtieġa li jinkoraġġixxu programmi ta' riforma fil-livell reġjonali li jiżguraw li, fil-preparazzjoni u eżekuzzjoni ta' programmi nazzjonali, tingħata konsiderazzjoni xierqa għal attivitajiet reġjonali li jinfluwenzaw l-iżvilupp nazzjonali. Għal dan il-għan, appoġġ għal aġġustament strutturali għandu jfittex ukoll li:

(a) jinkorpora, mill-bidu tad-dijanjożi, miżuri biex jinkoraġġixxu integrazzjoni reġjonali u jikkunsidra l-konsegwenzi ta' aġġustament ma' pajjiżi barranin;

(b) jappoġġa l-armonizzazzjoni u kordinament ta' politki makroekonomiċi u settorjali, inklużi oqsma fiskali u doganali, hekk li jissodisfa l-għan doppju ta' integrazzjoni reġjonali u riforma strutturali f'livell nazzjonali;

(ċ) jikkonsidra l-effetti ta' spejjeż transitorji netti ta' integrazzjoni reġjonali fuq introjtu mill-budget u bilanċ tal-pagamenti, jew permezz ta' programmi ġenerali ta' importazzjoni jew appoġġ tal-budget.

3. L-Istati ta' l-ACP li jidħlu għal jew jikkonsidraw riforma f'livell makroekonomiku jew settorjali għandhom ikunu eliġibbli għal għajnuna għall-aġġustament strutturali, waqt li jikkonsidraw il-kuntest reġjonali, l-effettività tagħhom u l-impatt li jista' jkollhom fuq id-dimensjoni ekonomika, soċjali u politika ta' l-iżvilupp u fuq it-tbatija ekonomika u soċjali li jgħaddu minnha.

4. L-Istati ta' l-ACP li jidħlu għall-programmi ta' riforma li jkunu rikonoxxuti u appoġġati ta' l-anqas mid-donaturi multilaterali prinċipali, jew li jkunu qablu magħhom dawn id-donaturi iżda ma jkunux neċessarjament appoġġati finanzjarjament minnhom, għandhom jitqiesu awtomatikament bħala ssodisfaw ir-rekwiżiti għal għajnuna ta' l-aġġustament.

5. Appoġġ għal aġġustament strutturali għandu jintuża b'mod flessibbli u fil-forma ta' programmi ta' importazzjoni settorjali u ġenerali jew appoġġ tal-budget.

6. Il-preparazzjoni, evalwazzjoni u deċiżjoni finanzjarja għal programmi ta' aġġustament strutturali għandhom jitwettqu skond id-dispożizzjonijiet fuq il-proċeduri ta' implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim b'konsiderazzjoni xierqa għal fattur ta' ħlas malajr ta' programmi ta' aġġustament strutturali. Fuq il-bażi ta' kull każ għalih, jista' jingħata permess għal finanzjament retroattiv ta' parti limitata ta' importazzjoni li toriġina minn ACP-KE.

7. L-implimentazzjoni ta' kull programm ta' appoġġ għandha tiżgura li l-eliġibilità ta' operaturi ekonomiċi ta' l-ACP li jkollhom aċċess għar-riżorsi tal-programm tkun wiesa' u trasparenti kemm jista' jkun u li l-proċeduri ta' akkwist ikunu konformi mal-prassi amministrattivi u kummerċjali fl-Istat relatat, waqt li jiżguraw l-aqwa proporzjoni possibbli tal-prezz/kwalità fuq oġġetti importati u l-konsistenza meħtieġa mal-progress miksub internazzjonalment biex jarmonizzaw il-proċeduri għall-appoġġ ta' l-aġġustament strutturali.

KAPITOLU 3

Appoġġ f'Każ ta' ċaqlieq f'termini qosra fil-qliegħ mill-Esportazzjoni

Artikolu 68

1. Il-Partijiet jirrikonoxxu li l-instabbilità ta' dħul mill-esportazzjoni, partikolarment fis-setturi agrikoli u tal-minjieri, tista' taffettwa b'mod negattiv l-iżvilupp ta' l-Istati ta' l-ACP u tipperikolaw li tissodisfa r-rekwiżiti ta' l-iżvilupp tagħhom. Sistema ta' appoġġ addizzjonali sabiex ittaffi l-effetti negattivi ta' kull instabbilità fid-dħul mill-esportazzjoni, inklużi s-setturi agrikoli u tal-minjieri, hija għalhekk stabbilita fl-ambitu finanzjarju għall-appoġġ ta' żvilupp fit-tul.

2. L-iskop ta' appoġġ f'każi ta' kambjamenti għal ftit taż-żmien fid-dħul mill-esportazzjoni huwa li jissalvagwardja riformi u politki makroekonomiċi u settorjali li jkunu fil-periklu bħala riżultat ta' tnaqqis fl-introjtu u r-rimedju ta' effetti kontrarji ta' instabbilità ta' introjtu minn esportazzjoni partikolarment minn prodotti agrikoli u tal-minjieri.

3. Id-dipendenza qawwija ta' l-ekonomiji ta' l-Istati ta' l-ACP fuq esportazzjoni, partikolarment mis-setturi agrikoli u tal-minjieri, għandha tiġi kkunsidrata fl-allokazzjoni ta' riżorsi fis-sena meta tapplika. F'dan il-kuntest, l-Istati ta' l-ACP l-anqas żviluppati, dawk li ma jkollhomx żbokk għall-baħar u gżejjer, għandhom jirċievu trattament l-aktar favorevoli.

4. Ir-riżorsi addizzjonali għandhom jipprovdu skond il-modalitajiet speċifiċi tal-mekkaniżmu ta' appoġġ kif stipulat fl-Anness II fuq Termini u Kondizzjonijiet ta' Finanzjament.

5. Il-Komunità għandha tipprovdi wkoll appoġġ għal skemi assigurazzjoni bbażati fuq is-suq imfassla għall-Istati ta' l-ACP li jfittxu li jħarsu lilhom infushom mir-riskju ta' kambjamenti fl-introjtu mill-esportazzjoni.

KAPITOLU 4

Appoġġ għal Politki Settorjali

Artikolu 69

1. Il-koperazzjoni għandha tappoġġa, permezz ta' diversi strumenti u modalitajiet previsti fil-Ftehim:

(a) politki u riformi settorjali soċjali u ekonomiċi;

(b) miżuri biex isaħħu attività fis-settur produttiv u kompetittività fl-esportazzjoni;

(ċ) miżuri biex iwessgħu s-servizzi fis-settur soċjali; u

(d) kwistjonijiet tematiċi u multidixxiplinarji.

2. Dan l-appoġġ għandu jkon provdut kif xieraq permezz ta':

(a) programmi settorjali;

(b) appoġġ fil-budget

(ċ) investimenti;

(d) rijabilitazzjoni;

(e) taħriġ;

(f) għajnuna teknika; u

(g) appoġġ istituzzjonali.

KAPITOLU 5

Proġetti Żgħar u l-Koperazzjoni Deċentralizzata

Artikolu 70

Sabiex tissodisfa l-ħtiġiet tal-komunitajiet lokali rigward l-iżvilupp, u sabiex tinkoraġġixxi l-aġenti kollha ta' koperazzjoni diċentralizzata li jkunu f'pożizzjoni biex jikkontribwixxu għall-iżvilupp awtonomu ta' l-Istati ta' l-ACP biex iressqu u jimplimentaw inizjattivi, il-koperazzjoni għandha tappoġġa, fil-qafas stipulat fir-regoli u l-leġislazzjoni nazzjonali ta' l-Istati ta' l-ACP konċernati u d-dispożizzjonijiet tal-programm indikattiv, operazzjonijiet simili ta' żvilupp. F'dan il-kuntest, il-koperazzjoni għandha tappoġġa:

(a) mikro-proġetti f'livell lokali li għandhom impatt ekonomiku u soċjali fuq il-ħajja tal-poplu, jissodisfaw il-ħtieġa li tintwera u li tkun osservata, u għandhom jitwettqu fuq l-inizjattiva u bil-parteċipazzjoni attiva tal-komunità lokali li għandha tibbenefika minnhom;

(b) koperazzjoni diċentralizzata, partikolarment fejn dawn l-operazzjonijiet jgħaqqdu sforzi u riżorsi ta' aġenti diċentralizzati mill-Istati ta' l-ACP u l-ekwivalenti tagħhom mill-Komunità. Din il-forma ta' koperazzjoni għandha tippermetti l-użu ta' kapaċitajiet, metodi ta' operat innovattiv u riżorsi ta' aġenti diċentralizzati għall-iżvilupp ta' l-Istat ta' l-ACP.

Artikolu 71

1. Mikroproġetti u operazzjonijiet ta' koperazzjoni diċentralizzati jistgħu jkunu appoġġati mir-riżorsi finanzjarji tal-Ftehim. Proġetti jew programmi taħt il-forma ta' koperazzjoni jistgħu jew ma jistgħux ikunu marbuta ma' programmi fis-setturi ta' konċentrazzjoni tal-programmi indikattivi, imma jistgħu jkunu mezz biex jintlaħqu għanijiet speċifiċi tal-programm indikattiv jew ir-riżultati ta' inizjattivi minn komunitajiet lokali jew aġenti diċentralizzati.

2. Kontribuzzjonijiet għall-finanzjament ta' mikro-proġetti u koperazzjoni diċentralizzata għandhom isiru mill-Fond, f'liema każ il-kontribuzzjoni għandha normalment teċċedi t-tliet-kwarti tal-prezz totali ta' kull proġett u ma tistax teċċedi l-limitu stipulat fil-programm indikattiv. Il-bilanċ li jkun fadal għandu jkun provdut:

(a) il-Komunità lokali konċernata fil-każ ta' mikro-proġetti (jew b'oġġetti jew fil-forma ta' servizzi jew flus u adattat għal kapaċità tiegħu biex jikkontribwixxi);

(b) mill-aġenti tal-koperazzjoni diċentralizzata, kemm-il darba r-riżorsi finanzjarji, tekniċi, materjali u oħrajn miġjuba minn dawn l-aġenti normalment ma jkunux anqas minn 25 % ta' l-estimu ta' l-ispejjeż tal-proġett/programm; u

(ċ) b'mod eċċezzjonali mill-Istat ta' l-ACP konċernat, jew fil-forma ta' kontribuzzjoni finanzjarja jew permezz ta' l-użu ta' tagħmir pubbliku jew tal-provvista ta' servizzi.

3. Il-proċeduri applikabbli għall-proġetti u programmi finanzjati skond il-qafas ta' mikroproġetti jew koperazzjoni diċentralizzata għandhom ikunu dawk stipulati fil-Ftehim, b'mod partikolari dawk imsemmija fil-programmi multi-annwali.

KAPITOLU 6

Għajnuna Umanitarja u fil-Każ ta' Emerġenza

Artikolu 72

1. Għajnuna umanitarja u ta' emerġenza għandha tingħata lill-popolazzjoni ta' l-Istati ta' l-ACP li jsibu rwieħhom f'diffikultajiet ekonomiċi u soċjali serji ta' natura eċċezzjonali li tirriżulta minn diżastri naturali, kriżijiet li jġibhom il-bniedem bħal gwerer u konflitti oħra jew ċirkustanzi straordinarji li jkollhom effetti simili. L-għajnuna umanitarja u ta' emerġenza għandha tibqa' tingħata għal kemm ikun hemm bżonn biex tilqa' għall-ħtiġiet ta' emerġenza li jirriżultaw minn dawn is-sitwazzjonijiet.

2. L-għajnuna umanitarja u ta' emerġenza għandha tingħata esklussivament skond il-bżonnijiet u l-interessi tal-vittimi tad-diżastri u skond il-prinċipji tal-liġi umanitarja internazzjonali. Partikolarment, m'għandu jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni bejn il-vittmi fuq bażi ta' razza, oriġini etnika, reliġjon, sess, età, nazzjonalità jew affiljazzjoni politika u għandhom jiġu ggarantiti aċċess liberu u protezzjoni tal-vittmi kif ukoll is-sigurtà tal-persunal umanitarju u tagħmir.

3. L-għajnuna umanitarja u ta' emerġenza għandha tkun immirata biex:

(a) tissalvagwardja l-ħajjiet tan-nies fi kriżijiet u sitwazzjonijiet minnufih wara kriżi kkawżata minn diżastri naturali, konflitt jew gwerra;

(b) jikkontribwixxu għall-finanzjament u konsenja ta' għajnuna umanitarja u għal aċċess dirett għaliha mill-benefiċjarji intenzjonati mill-mezzi loġistiċi disponibbli kollha;

(ċ) iwettqu rijabilitazzjoni u rikostruzzjoni għal ftit taż-żmien biex jippermettu l-partijiet tal-popolazzjoni milquta li tibbenefika għal darba oħra mill-minimu ta' integrazzjoni soċjo-ekonomika u, malajr kemm jista' jkun, joħolqu l-kondizzjonijiet għal bidu mill-ġdid ta' żvilupp fuq bażi ta' għanijiet għal tul ta' żmien stipulati mill-pajjiż ta' l-ACP konċernat;

(d) jindirizzaw il-ħtiġiet li jirriżultaw mill-ispostament ta' nies (rifuġjati, persuni spostati u dawk li jiġu lura) wara diżastri naturali jew li jkun ġab il-bniedem hekk li jissodisfaw, għal kemm ikun hemm bżonn, il-ħtiġiet ta' rifuġjati u persuni spostati (ikunu fejn ikunu) u jiffaċilitaw azzjoni għar-ripatrijazzjoni u reintegrazzjoni volontarja tagħhom fil-pajjiż tagħhom ta' oriġini; u

(e) jgħinu lill-Istat ta' l-ACP biex jistabbilixxu mekkaniżmi għall-prevenzjoni u viġilanza għad-diżastri, inklużi sistemi ta' tbassir u allarm kmieni, bil-għan li jnaqqsu l-konsegwenzi ta' diżastri.

4. Għajnuna simili, kif stipulata hawn fuq, tista' tingħata lill-Istati ta' l-ACP li jieħdu għandhom rifuġjati jew dawk li jmorru lura biex jissodisfaw il-ħtiġiet akuti li ma jkunux koperti mill-għajnuna ta' emerġenza.

5. Waqt li turi l-importanza tan-natura ta' żvilupp ta' l-għajnuna mogħtija skond dan l-Artikolu, tista' tintuża għajnuna b'mod eċċezzjonali flimkien mal-programm indikattiv fuq talba ta' l-Istat konċernat.

6. Operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja u ta' emerġenza għandhom jitwettqu jew fuq talba tal-pajjiż ta' l-ACP milqut mis-sitwazzjoni ta' kriżi, tal-Kummissjoni, ta' organizzjonijiet internazzjonali jew ta' organizzazzjonijiet lokali jew internazzjonali li ma jkunux ta' l-Istat. Din l-għajnuna għandha tiġi amministrata u implimentata skond proċeduri li jippermettu operazzjonijiet li jkunu ta' malajr, flessibbli u effettivi. Il-Komunità għandha tieħu passi adekwati biex tiffaċilita azzjoni ta' malajr, li tkun meħtieġa biex tilqa' l-ħtiġiet immedjati li għalihom tkun meħtieġa l-għajnuna ta' emerġenza.

Artikolu 73

1. Azzjoni ta' wara l-emerġenza, immirata għar-rijabilitazzjoni fiżika u soċjali bħala konsegwenza tar-riżultati ta' diżastri naturali jew ċirkustanzi straordinarji li jkollhom effetti simili, jistgħu jitwettqu bil-għajnuna tal-Komunità skond dan il-Ftehim. Din l-azzjoni, waqt li tuża' mekkaniżmi effettivi u flessibbli, għandha tiffaċilita l-transizzjoni mill-fażi ta' emerġenza għall-fażi ta' żvilupp, tippromwovi l-integrazzjoni mill-ġdid soċjo-ekonomika tal-partijiet tal-popolazzjoni milquta, tneħħi kemm hu possibbli l-kawżi tal-kriżi u ssaħħaħ l-istituzzjonijiet u pussess ta' atturi lokali u nazzjonali fir-rwol tagħhom biex jifformulaw politika ta' żvilupp sostenibbli għall-pajjiż ta' l-ACP konċernat.

2. Azzjoni ta' emerġenza għal ftit taż-żmien għandha f'ċirkustanzi eċċezzjonli biss tkun finanzjata skond il-Fond fejn din l-għajnuna ma tistax tiġi finanzjata mill-budget tal-Komunità.

KAPITOLU 7

Appoġġ għall-Iżvilupp tas-Settur ta' l-Investiment u dak privat

Artikolu 74

Il-koperazzjoni għandha, permezz ta' l-għajnuna finanzjarja u teknika, tappoġġa l-politki u strateġiji għall-investiment u appoġġ ta' żvilupp mis-settur privat kif stipulati f'dan il-Ftehim.

Artikolu 75

Promozzjoni ta' investiment

L-Istati ta' l-ACP, il-Komunità u l-Istati Membri, skond l-iskop tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, waqt li jirrikonoxxu l-importanza ta' l-investiment privat fil-promozzjoni tal-koperazzjoni ta' l-iżvilupp tagħhom u waqt li jirrikonoxxu l-ħtieġa biex jieħdu passi biex jippromwovu dan l-investiment, għandhom:

(a) jimplimentaw miżuri biex jinkoraġġixxu parteċipazzjoni fl-isforzi tagħhom ta' żvilupp minn investituri privati li jikkonformaw ruħhom ma' l-iskopijiet u prijoritajiet tal-koperazzjoni ta' żvilupp ta' l-ACP-KE u bil-liġijiet u regolamenti xierqa ta' l-Istati risspettivi tagħhom;

(b) jieħdu miżuri u azzjonijiet li jgħinu biex joħolqu u jkompli bi klima ta' investiment mistenni u assigurat kif ukoll jidħlu f'negozjati ta' ftehimiet li jtejbu din il-klima;

(ċ) jinkoraġġixxu s-settur privat ta' l-UE biex jinvesti u biex jipprovdi għajnuna speċifika li dawk ekwivalenti għalihom fil-pajjiżi ta' l-ACP skond il-koperazzjoni u sħubija reċiproki fin-negozju;

(d) jiffaċilitaw sħubija u joint ventures billi jinkoraġġixxu ko-finanzjament;

(e) jisponsorjaw laqgħat għal investiment settorjali biex jippromwovu sħubijiet u investiment estern;

(f) jappoġġaw sforzi ta' l-Istati ta' l-ACP biex jattiraw finanzjament, b'enfasi partikolari fuq finanzjament privat, għall-investimenti f'infrastruttura u dħul li jiġġenera infrastruttura essenzali għas-settur privat;

(g) jappoġġaw l-iżvilupp tal-kapaċità għall-aġenziji u istituzzjonijiet għall-promozzjoni ta' l-investiment involuti biex jippromwovu u jiffaċilitaw investiment barrani;

(h) ixerrdu informazzjoni fuq opportunitajiet ta' investiment u kondizzjonijiet li joperaw in-negozju fl-Istati ta' l-ACP; u

(i) jippromwovu djalogu, koperazzjoni u sħubija nazzjonali, reġjonali u djalogu fis-settur kummerċjali privat ta' l-ACP-UE, partikolarment permezz tal-laqgħa dwar il-kummerċ ACP-UE settur privat. Appoġġ għall-operazzjonijiet ta' laqgħa ta' negozju bejn is-setturi privati ta' l-ACP-UE u għandu jingħata sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet:

(i) biex jiffaċilita d-djalogu fis-settur privat ta' l-ACP/UE u bejn is-settur privat ta' l-ACP/UE u l-korpi stabbiliti skond il-Ftehim;

(ii) biex janalizza u perjodikament iforni lill-korpi relevanti bl-informazzjoni fuq il-firxa kollha tal-kwistjonijiet li jikkonċernaw ir-relazzjonijiet bejn is-setturi privati ta' l-ACP u l-UE fil-kuntest tal-Ftehim jew, b'mod aktar ġenerali, tar-relazzjonijiet ekonomiċi bejn il-Komunità u l-pajjiżi ta' l-ACP; u

(iii) biex janalizzaw u jipprovdu lill-korpi relevanti bl-informazzjoni fuq problemi speċifiċi ta' natura settorjali li tirrelata ma', fost oħrajn, fergħat tal-produzzjoni jew tipi ta' prodotti f'livell reġjonali jew sotto-reġjonali.

Artikolu 76

Finanzi u appoġġ għall-investiment

1. Il-koperazzjoni għandha tipprovdi riżorsi finanzjarji għal terminu twil ta' żmien, inkluż kapital ta' riskju, biex tgħin biex tippromwovi tkabbir fis-settur privat u tgħin biex tħaddem kapital domestiku u barrani għal dan il-għan. Għal dan l-iskop, il-koperazzjoni għandha tipprovdi, b'mod partikolari:

(a) għotjiet għall-finanzjament u għajnuna teknika biex jappoġġjaw riforma fil-politika, żvilupp tar-riżorsi umani, tkabbir tal-kapaċità istituzzjonali jew forom oħra ta' appoġġ istituzzjonali relatat ma' investiment speċifiku, miżuri biex iżidu l-kompetittività ta' l-impriżi u biex isaħħu l-kapaċitajiet ta' l-intermedjarji privati finanzjarji u mhux finanzjarji, jiffaċilitaw l-investiment u promozzjoni u attivitajiet li jsaħħu l-kompetittività;

(b) servizzi ta' pariri u konsultattivi biex jgħinu fil-ħolqien ta' klima u bażi informattiva miftuħa għall-investiment biex jiggwidaw u jinkoraġġixxu t-tkattir fil-kapital;

(ċ) kapital ta' riskju għal investimenti ekwi jew kważi-ekwi, garanti b'appoġġ għall-investiment privat domestiku u barrani jew self jew linji ta' kreditu b'kondizzjonijiet stipulati fl-Anness II, II "Termini u Kondizzjonijiet ta' Finanzjament" ta' dan il-Ftehim; u

(d) self mir-riżorsi proprji tal-Bank.

2. Self mir-riżorsi proprji tal-Bank għandhom jigħataw skond l-istatut tiegħu u skond it-termini u kondizzjonijiet stipulati fl-Anness II ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 77

Garanti ta' l-investiment

1. Garanti ta' l-investiment qed ikunu għodda dejjem aktar importanti għall-finanzjament ta' żvilupp għax jikkontribwixxu biex inaqqsu r-riskji tal-proġett u jinkoraġġixxu tkattir kapitali privat. Il-koperazzjoni għandha għalhekk tiżgura d-disponibbilità dejjem tikber u l-użu ta' assigurazzjoni ta' riskju bħala mekkaniżmu li jtaffi r-riskju sabiex isaħħaħ il-kunfidenza ta' l-investitur fl-Istati ta' l-ACP.

2. Il-koperazzjoni għandha toffri garanti u tgħin bil-fondi tal-garanti li jkopru r-riskji għall-investiment kwalifikat. Speċifikament, il-koperazzjoni għandha tipprovdi appoġġ għal:

(a) skemi ta' rijassigurazzjoni biex ikopru investiment dirett barrani minn investituri eliġibbli; kontra inċertezzi legali u riskji prinċipali ta' espatrijazzjoni, restrizzjoni ta' trasferiment tal-munita, gwerra u kommozzjoni ċivili, u ksur ta' kuntratt. Investituri jistgħu jassiguraw proġetti għal kull arranġament ta' l-erba' tipi ta' kopertura;

(b) programmi ta' garanti biex ikopru riskju fil-forma ta' garanti parzjali għall-finanzjament ta' dejn. Sew ir-riskju parzjali kif ukoll il-garanti parzjali tal-kreditu għandhom ikunu disponibbli; u

(ċ) ċittadini u fondi ta' garanti reġjonali, li jinvolvu, partikolarment, istituzzjonijiet jew investituri domestiċi finanzjarji biex jinkoraġġixxu l-iżvilupp tas-settur finanzjarju.

3. Il-koperazzjoni għandha tipprovdi wkoll appoġġ biex tiżviluppa l-kapaċità, appoġġ istituzzjonali u parteċipazzjoni fl-iffinanzjar ċentrali ta' inizjattivi nazzjonali u/jew reġjonali biex inaqqsu r-riskji kummerċjali għall-investituri (fost oħrajn fondi ta' garanti, korpi regolatorji, mekkaniżmi ta' arbitraġġ u sistemi ġudizzjarji biex isaħħu l-protezzjoni ta' investiment li jtejbu s-sistemi ta' kreditu ta' esportazzjoni).

4. Il-koperazzjoni għandha tipprovdi dak l-appoġġ fuq il-bażi ta' valur komplimentari u miżjud rigward l-inizjattivi privati u/jew pubbliċi u, fejn hu possibbli, bi sħubija mal-privat u organizzazzjonijiet pubbliċi oħra. L-ACP u l-KE għandhom fil-qafas tal-Kumitat għal Koperazzjoni għal Żvilupp Finanzjarju bejn ACP-KE jesegwixxu studju konġunt fuq il-proposta biex jistabbilixxu Aġenzija ta' Garanti ACP-KE biex jipprovdu u jamministraw programmi ta' garanti ta' investiment.

Artikolu 78

Protezzjoni ta' investiment

1. L-Istati ta' l-ACP u l-Komunità u l-Istati Membri tagħhom, fil-kapaċità tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, jikkonfermaw il-ħtieġa li jippromwovu u jipproteġu l-investimenti ta' kull Parti fuq it-territorji rispettivi tagħhom, u f'dan il-kuntest jikkonfermaw l-importanza li jikkonkludu, fl-interess reċiproku tagħhom, ftehimiet għall-promozzjoni ta' investiment u protezzjoni li jistgħu wkoll jipprovdu l-bażi għal skemi ta' assigurazzjoni u garanti.

2. Sabiex jinkoraġġixxu investiment Ewropew biex jiżviluppaw proġetti ta' importanza speċjali biex, u bil-promozzjoni ta' l-Istati ta' l-ACP, il-Komunità u l-Istati Membri, fuq naħa u l-Istati ta' l-ACP fuq l-oħra, jistgħu jikkonkludu wkoll ftehimiet relatati ma' proġetti speċifiċi ta' interess reċiproku fejn il-Komunità u l-impriżi Ewropej jikkontribwixxu lejn il-finanzjament tagħhom.

3. Il-Partijiet jaqblu wkoll biex idaħħlu, fil-ftehimiet ta' sħubija ekonomika, u waqt li jirrispettaw il-kompetenzi rispettivi tal-Komunità u ta' l-Istati Membri tagħha, il-prinċipji ġenerali fuq il-protezzjoni u promozzjoni ta' investimenti, li jappoġġaw l-aqwa riżultati miftiehma fil-laqgħat kompetenti internazzjonali jew bilateralment.

TITOLU III

KOPERAZZJONI TEKNIKA

Artikolu 79

1. Il-koperazzjoni teknika għandha tgħin lill-Istati ta' l-ACP fl-iżvilupp ta' riżorsi umani għax-xogħol nazzjonali u reġjonali, fl-iżvilupp sostnut ta' istituzzjonijiet importanti għas-suċċess ta' l-iżvilupp, inklużi fost oħrajn it-tisħiħ tad-ditti u organizzazzjonijiet konsultattivi ta' l-ACP, kif ukoll arranġamenti ta' skambju li jinvolvu konsulenti sew minn ditta ta' l-ACP kif ukoll mill-UE.

2. B'żieda ma' dan, koperazzjoni teknika, għandha tkun li tagħti profitt u relevanti għall-ħtieġa li għaliha tkun intiża, u għandha tiffavorixxi t-trasferiment tat-tagħrif tal-proċess u tkattar il-kapaċitajiet nazzjonli u reġjonali. Il-koperazzjoni teknika għandha tikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet tal-proġetti u programmi, inklużi l-isforzi biex isaħħu l-kapaċità ta' amministrazzjoni ta' l-Uffiċjali Awtorittattivi Nazzjonli u Reġjonali. L-għajnuna teknika għandha:

(a) titmexxa skond id-domanda u hekk tkun disponibbli biss fuq talba ta' l-Istat jew Stati ta' l-ACP konċernati, u adattata għall-bżonnijiet ta' min jirċeviha;

(b) tibbilanċja u tappoġġa l-isforzi ta' l-ACP biex jidentifikaw il-ħtiġiet tagħhom stess;

(ċ) tkun monitorjata u segwita għall-effettività tal-garanti;

(d) tinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni ta' l-esperti ta' l-ACP, ditti konsultattivi u edukattivi u istituzzjonijiet ta' riċerka f'kuntratti finanzjati mill-Fond u tidentifika modi biex jimpjegaw persunal kwalifikat nazzjonali u reġjonali fuq proġetti tal-Fondi;

(e) tinkoraġġixxi s-sekondament ta' gruppi nazzjonali ta' l-ACP bħala konsulenti għal istituzzjoni f'pajjiżhom, jew pajjiż ġirien, jew għal organizzazzjoni reġjonali;

(f) ikollhom bħala skop li jiżviluppaw tagħrif fuq ir-restrizzjonijiet tan-numru ta' ħaddiema nazzjonali u reġjonali u jistabbilixxu reġistru ta' esperti, konsulenti u ditti ta' konsultenti ta' l-ACP adatti biex jiġu impjegati fuq proġetti u programmi ffinanzjati mill-Fond;

(g) jappoġġaw għajnuna teknika ġewwa l-ACP sabiex jippromwovu l-iskambju ta' għajnuna teknika, amministrazzjoni u kompetenza professjonali bejn l-Istati ta' l-ACP;

(h) jiżviluppaw programmi ta' azzjoni għal żvilupp ta' istituzzjonijiet u żvilupp ta' persunal fit-tul bħala parti integrali ta' l-ippjanar ta' proġetti u programmi, waqt li jikkonsidraw il-ħtiġiet finanzjarji meħtieġa;

(i) jappoġġaw l-arranġamenti biex isaħħu l-kapaċità ta' l-Istati ta' l-ACP biex jiżviluppaw il-kompetenzi tagħhom; u

(j) jagħti attenzjoni speċjali għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta' l-Istati ta' l-ACP fl-ippjanar, implimentazzjoni u evalwazzjoni ta' proġetti, kif ukoll amministrazzjoni tal-budget.

3. Għajnuna teknika tista' tingħata fl-oqsma kollha ta' koperazzjoni u skond il-limiti ta' l-awtorizzazzjoni tal-Ftehim. L-attivitajiet koperti jistgħu jkunu diversi fl-iskop u natura, u jistgħu jkunu mfassla l-aktar biex jissodisfaw il-ħtiġiet ta' l-Istati ta' l-ACP.

4. Koperazzjoni teknika tista' tkun ta' natura speċifika jew ġenerali. Il-Kumitat għall-Iżvilupp tal-Koperazzjoni Finanzjarja ta' l-ACP-UE għandhom jistabbilixxu l-linji gwida għall-implimentazzjoni ta' koperazzjoni teknika.

Artikolu 80

Bil-għan li treġġa' lura l-esodu ta' nies imħarrġa mill-Istati ta' l-ACP, il-Komunità għandha tgħin lill-Istati ta' l-ACP li jagħmlu din it-talba biex jiffaċilitaw ir-ritorn ta' ċittadini kwalifikati ta' l-ACP residenti fil-pajjiżi żviluppati permezz ta' inċentivi adatti biex jiġbduhom lura.

TITOLU IV

SISTEMI TA' PROĊEDURI U TA' L-AMMINISTRAZZJONI

Artikolu 81

Proċeduri

Proċeduri ta' amministrazzjoni għandhom ikunu trasparenti, faċli biex tapplikahom u għandhom jippermettu d-diċentralizzazzjoni tal-ħidmiet u responsabbiltajiet fil-qasam. L-implimentazzjoni tal-koperazzjoni għal żvilupp bejn ACP-EU għandha tkun miftuħa għal atturi mhux ta' l-Istat f'oqsma li jikkonċernawhom. Id-dispożizzjonijiet proċedurali dettaljati għall-ipprogrammar, preparazzjoni, implimentazzjoni u l-amministrazzjoni ta' koperazzjoni finanzjarja u teknika huma stipulati fl-Anness IV dwar il-Proċeduri ta' Implimentazzjoni u Amministrazzjoni. Il-Kunsill tal-Ministri jista' jevalwa, jirrevedi u jemenda dawn id-dispożizzjonijiet fuq il-bażi ta' rakkomandazzjoni mill-Kumitat għal Żvilupp tal-Koperazzjoni Finanzjarja bejn l-ACP-UE.

Artikolu 82

Aġenti eżekutanti

Jinħatru aġenti eżekutanti biex jimplimentaw il-koperazzjoni finanzjarja u teknika skond dan il-Ftehim. Dispożizzjonijiet dettaljati għar-risponsabbiltajiet ta' l-aġenti eżekutanti huma stipulati fl-Anness IV dwar il-Proċeduri għall-Implimentazzjoni u Amministrazzjoni.

Artikolu 83

Kumitat għal Żvilupp tal-Koperazzjoni Finanzjarja bejn l-ACP-UE

1. Il-Kunsill tal-Ministri għandu ta' l-anqas darba fis-sena jeżamina li l-għanijiet ta' koperazzjoni għal żvilupp finanzjarju jkunu qegħdin jintlaħqu u għandu jeżamina l-problemi ġenerali u speċifiċi li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta' dik il-koperazzjoni. Għal dan l-iskop, għandu jiġi stabbilit fil-Kunsill tal-Ministri Kumitat għal Żvilupp tal-Koperazzjoni Finanzjarja bejn l-ACP-UE, hawnhekk iżjed "il quddiem imsejjaħ" il-Kumitat ACP-KE.

2. Il-Kumitat ACP-UE għandu, fost l-oħrajn:

(a) jiżgura li jintlaħqu b'mod ġenerali l-għanijiet u prinċipji tal-koperazzjoni finanzjarja u biex jistabbilixxi linjigwida ġenerali għall-implimentazzjoni tagħhom b'mod effettiv u fil-ħin;

(b) jeżamina l-problemi li joħorġu mill-implimentazzjoni ta' l-attivitajiet għall-koperazzjoni ta' żvilupp u jipproponi miżuri adatti;

(ċ) jevalwa l-annessi tal-Ftehim biex jiżgura r-relevanza kontinwa tagħhom u jirrakkomanda kull emendi xierqa lill-Kunsill tal-Ministri għall-approvazzjoni; u

(d) jeżamina l-ħidmiet li jsiru fil-qafas tal-Ftehim biex jintlaħqu l-għanijiet li jippromwovu żvilupp u investiment fis-settur privat u l-operazzjonijiet tal-Kompetenza ta' Investiment.

3. Il-Kumitat ACP-UE, li għandu jiltaqa' kull erba' xhur, għandu jkun kompost, fuq bażi ta' parità, minn rappreżentanti ta' l-Istati ta' l-ACP u tal-Komunità, jew mir-rappreżentanti awtorizzati minnhom. Għandu jiltaqa' f'livell ministerjali kull meta waħda mill-partijiet tagħmel din it-talba u ta' l-anqas darba kull sena.

4. Il-Kunsill tal-Ministri għandu jistabbilixxi r-regoli proċedurali tal-Kumitat ta' l-ACP-UE, partikolarment il-kondizzjonijiet għar-rappreżentanza u l-għadd ta' membri tal-Kumitat, l-arranġamenti dettaljati tad-deliberazzjonijiet u kondizzjonijiet tagħhom biex jippresjedu.

5. Il-Kumitat ta' l-ACP-UE jista' jsejjaħ laqgħat ta' esperti biex jistudjaw il-kawża ta' xi diffikultajiet u xkiel, li jistgħu jżommu lura l-implimentazzjoni effiċjenti tal-koperazzjoni ta' żvilupp. Dawn l-esperti għandhom jagħmlu rakkomandazzjonijiet lill-Kumitat fuq metodi possibbli biex ineħħu dawn id-diffikultajiet u xkiel.

PARTI 5

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-ISTATI TA' L-ACP L-ANQAS ŻVILUPPATI, LI M'GĦANDHOMX AĊĊESS GĦALL-BAĦAR U L-GŻEJJER (LDLICS)

KAPITOLU 1

Dispożizzjonijiet Ġenerali

Artikolu 84

1. Biex LDLICs ikunu jistgħu jieħdu vantaġġ sħiħ mill-opportunitajiet offruti mill-Ftehim hekk li jgħaġġlu r-rati ta' żvilupp tagħhom, il-koperazzjoni għandha tiżgura trattament speċjali għall-pajjiżi l-anqas żviluppati ta' l-ACP u biex tikkunsidra l-vulnerabilità ta' pajjiżi li m'għandhomx żbokk għall-baħar u gżejjer. Għandha tikkunsidra wkoll il-ħtiġiet ta' pajjiżi f'sitwazzjonijiet ta' wara l-konflitti.

2. Indipendentement mill-miżuri u dispożizzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi l-anqas żviluppati, li m'għandhomx żbokk għall-baħar u gżejjer fil-kapitoli differenzi tal-Ftehim, għandha tingħata attenzjoni speċjali rigward dawk il-gruppi kif ukoll dawk il-pajjiżi f'sitwazzjoni ta' wara konflitt għal:

(a) tisħiħ fil-koperazzjoni reġjonali;

(b) infrastruttura tat-trasport u komunikazzjoni;

(ċ) sfruttament effiċjenti tar-riżorsi marittimi u tqegħid fis-suq ta' prodotti manifatturati minnhom u, fil-każ ta' pajjiżi li m'għandhomx żbokk għall-baħar, sajd intern;

(d) aġġustament strutturali fejn għandu jiġi kkonsidrat il-livell ta' żvilupp ta' dawn il-pajjiżi u ugwalment, fl-istadju ta' implimentazzjoni, tad-dimensjoni soċjali ta' aġġustment; u

(e) l-implimentazzjoni ta' strateġiji ta' ikel u programmi magħquda ta' żvilupp.

KAPITOLU 2

L-Istati ta' l-ACP l-Anqas Żviluppati

Artikolu 85

1. L-istati ta' l-ACP l-anqas żviluppati għandhom jingħataw trattament speċjali sabiex ikunu jistgħu jegħlbu d-diffikultajiet ekonomiċi u soċjali serji li jfixklu l-iżvilupp tagħhom hekk li jistgħu jgħaġġlu r-rati rispettivi tagħhom ta' żvilupp.

2. L-elenku tal-pajjiżi l-anqas żviluppati jinsab fl-Anness VI. Jista' jiġi emendat b'deċiżjoni tal-Kunsill tall-Ministri billi:

(a) Stat barrani f'sitwazzjoni simili jiddaħħal f'dan il-Ftehim; u

(b) is-sitwazzjoni ekonomika ta' l-Istat ta' l-ACP titbiddel konsiderevolment u għal żmien twil sal-punt li tkun teħtieġ li jkun inkluż fil-kategorija l-anqas żviluppati jew li d-dħul tiegħu f'dik il-kategorija ma jkunx aktar ġustifikat.

Artikolu 86

Id-dispożizzjonijiet adottati rigward l-Istati l-anqas żviluppati ta' l-ACP jinsabu fl-Artikoli li ġejjin: 2, 29, 32, 35, 37, 56, 68, 84, 85.

KAPITOLU 3

L-Istati ta' l-ACP li m'għandhomx Aččess għall-baħar

Artikolu 87

1. Dispożizzjonijiet u miżuri speċifiċi għandhom jiġu stabbiliti bħala appoġġ għal Stati ta' l-ACP li m'għandhomx żbokk għal baħar biex jegħlbu d-diffikultajiet ġeografiċi u ostakli oħra tagħhom li jfixklu l-iżvilupp tagħhom hekk li jkunu jistgħu jgħaġġlu r-rati rispettivi tagħhom ta' żvilupp.

2. L-elenku ta' Stati ta' l-ACP imdawrin bl-art jinsab fl-Anness VI. Jista' jiġi emendat b'deċiżjoni tal-Kunsill tal-Ministri meta Stat barrani f'sitwazzjoni simili jidħol fil-Ftehim.

Artikolu 88

Id-dispożizzjonijiet adottati rigward l-Istati ta' l-ACP li m'għandhomx żbokk għall-baħar jinsabu fl-Artikoli li ġejjin: 2, 32, 35, 56, 68, 84, 87.

KAPITOLU 4

L-Istati Gżejjer ACP

Artikolu 89

1. Dispożizzjonijiet u miżuri speċifiċi għandhom ikunu stabbiliti biex jappoġġaw Stati ta' l-ACP Gżejjer fl-isforzi tagħhom biex jegħlbu d-diffikultajiet naturali u ġeografiċi tagħhom u ostakli oħra li jfixkluhom fl-iżvilupp tagħhom sabiex jippermettulhom li jgħaġġlu r-rati tagħhom ta' żvilupp.

2. L-elenku ta' Stati ta' l-ACP Gżejjer jinsab fl-Anness VI. Jista' jiġi emendat b'deċiżjoni tal-Kunsill tal-Ministri meta Stat barrani f'sitwazzjoni simili jidħol fil-Ftehim.

Artikolu 90

Id-dispożizzjonijiet adottati rigward l-Istati Gżira ta' l-ACP jinsabu fl-Artikoli li ġejjin: 2, 32, 35, 56, 68, 84, 89.

PARTI 6

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 91

Konflitt bejn dan il-Ftehim u trattati oħra

L-ebda trattat, konvenzjoni, ftehim jew arranġament ta' l-ebda tip bejn Stat Membru jew aktar tal-Komunità u Stat wieħed jew aktar ta' l-ACP ma jista' jfixkel l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 92

Skop ta' applikazzjoni territorjali

Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċjali rigwardanti r-relazzjonijiet bejn l-Istati ta' l-ACP u d-dipartiment Franċiżi ‘l bogħod mill-pajjiż previsti fih, dan il-Ftehim għandu japplika, minn banda, għat-territorji li fihom it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jiġi applikat u skond il-kondizzjonijiet stipulati f'dak it-Trattat u, mill-banda l-oħra, għat-territorji ta' l-Istati ta' l-ACP.

Artikolu 93

Ratifika u dħul fis-seħħ

1. Dan il-Ftehim għandu jiġi ratifikat jew approvat mill-Partijiet firmatarji skond ir-regoli u proċeduri konstituzzjonali rispettivi tagħhom.

2. L-istrumenti ta' ratifika jew approvazzjoni f'dan il-Ftehim għandhom jiġu depożitati fil-każ ta' l-Istati ta' l-ACP, mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u fil-każ tal-Komunità u l-Istati Membri, mas-Segretarjat Ġenerali ta' l-Istati ta' l-ACP. Is-Segretarjati għandhom minnufih jgħarrfu lill-Istati firmatarji u lill-Komunità.

3. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data ta' meta jiġu depożitati l-istrumenti ta' ratifika ta' l-Istati Membri u ta' l-anqas żewġ-terzi ta' l-Istati ta' l-ACP, u ta' l-istrument ta' approvazzjoni ta' dan il-Ftehim mill-Komunità.

4. L-Istati firmatarji ta' l-ACP li ma lestewx il-proċeduri stipulati fil-paragrafi 1 u 2 sad-data li fih dan il-Ftehim jidħol fis-seħħ kif provdut fil-paragrafu 3 jistgħu jagħmlu hekk biss fi żmien 12-il xahar wara dik id-data, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 6.

Għal Stati bħal dawn dan il-Ftehim għandu jkun applikabbli fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara li jkunu lesti dawn il-proċeduri. Dawn l-Istati għandhom jirrikonoxxu l-validità ta' kull miżura meħuda biex timplimenta l-Ftehim wara d-data tad-dħul tiegħu fis-seħħ.

5. Ir-regoli ta' proċedura ta' l-istituzzjonijiet konġunti stabbiliti skond dan il-Ftehim għandhom jistipulaw il-kondizzjonijiet li bihom ir-rappreżentanti ta' l-Istati Firmatarji msemmija fil-paragrafu 4 jistgħu jattendu f'dawk l-istituzzjonijiet bħala osservaturi.

6. Il-Kunsill tal-Ministri jista' jiddeċiedi li jagħti appoġġ speċjali għall-parti ta' l-Istati ta' l-ACP lil Konvenzjonijiet ta' l-ACP-KU preċedenti li, fl-assenza ta' istituzzjonijiet stabbiliti normali mill-gvern, ma jkunux jistgħu jiffirmaw jew jirratifikaw dan il-Ftehim. Dan l-appoġġ jista' jikkonċerna l-Iżvilupp ta' istituzzjoni u l-attivitajiet ta' żvilupp ekonomiku u soċjali, waqt li jikkonsidraw b'mod partikolari l-ħtiġiet tas-sezzjonijet l-aktar vulnerabbli tal-popolazzjoni. F'dan il-kuntest, dawn il-pajjiżi jkunu jistgħu jieħdu mill-fondi previsti fil-Parti 4 ta' dan il-Ftehim għal koperazzjoni finanzjarja u teknika.

Permezz ta' deroga mill-paragrafu 4, il-pajjiżi konċernati li huma firmatarji tal-Ftehim jistgħu jikkonkludu l-proċeduri ta' ratifika fi żmien tnax-il xahar mit-twaqqif mill-ġdid ta' l-istituzzjonijiet tal-gvern.

Il-pajjiżi konċernati li la ffirmaw u l-anqas irratifikaw il-Ftehim jistgħu jidħlu fih permezz tal-proċedura ta' adeżjoni prevista fl-Artikolu 94.

Artikolu 94

Adeżjoni

1. Kull talba għall-adeżjoni ma' dan il-Ftehim li ssir minn Stat indipendenti li l-karatteristiċi strutturali u sitwazzjoni ekonomika u soċjali tiegħu huma simili ma' dawk ta' l-Istati ta' l-ACP għandhom jiġu pprezżentati lill-Kunsill tal-Ministri.

Jekk talba tiġi approvata mill-Kunsill tal-Ministri, l-Istat konċernat għandu jidħol f'dan il-Ftehim billi jiddepożita att ta' adeżjoni mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, li għandu jibgħat kopja awtentikata lis-Segretarjat ta' l-ACP u jgħarrfu lill-Istati Membri. Il-Kunsill tal-Ministri jistgħu jistipulaw kull miżura li temenda miżuri li jistgħu jkunu meħtieġ.

L-Istat konċernat għandu jgawdi l-istess drittijiet u jkun soġġett għall-istess obbligi ta' l-Istati ta' l-ACP. L-adeżjoni tiegħu ma tistax tikkontravjeni fuq il-benefiċċji li jgawdu l-Istati ta' l-ACP firmatarji ta' dan il-Ftehim skond id-dispożizzjonijiet fuq il-koperazzjoni ta' l-iżvilupp ta' finanzjament. Il-Kunsill tal-Ministri jistgħu jistipola l-kondizzjonijiet u l-arranġamenti speċifiċi għall-adeżjoni ta' Stat individwali fi protokoll speċjali li għandu jagħmel parti integrali tal-Ftehim.

2. Il-Kunsill tal-Ministri għandu jingħata parir fuq kull talba li ssir minn Stat barrani biex isir membru ta' grupp ekonomiku ta' l-Istati ta' l-ACP.

3. Il-Kunsill tal-Ministri għandu jingħata parir fuq kull talba minn Stat barrani biex isir membru ta' l-Unjoni Ewropea. Matul in-negozjati bejn l-Unjoni u l-Istat applikant, il-Komunità għandha tipprovdi lill-Istati ta' l-ACP b'kull informazzjoni relevanti u huma min-naħa tagħhom għandhom jgħaddu l-kwistjonijiet tagħhom lill-Komunità hekk li tkun tista' tikkunsidrahom sew. Is-Segretarjat ta' l-ACP għandu jkun notifikat mill-Komunità b'kull adeżjoni ta' l-Unjoni Ewropea.

Kull Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea għandu jsir Parti minn dan il-Ftehim mid-data ta' l-adeeżjoni tiegħu permezz ta' klawsola b' dan l-iskop fl-att ta' adeżjoni. Jekk l-att ta' adeżjoni ma' l-Unjoni ma jipprovdix għal din l-adeżjoni awtomatika ta' Stat Membru ma' dan il-Ftehim, l-Istat Membru konċernat għandu jagħti l-kunsens tiegħu billi jiddepożita att ta' adeżjoni mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, li għandu jibgħat kopja awtentikata lis-Segretarjat ta' l-ACP u jgħarraf lill-Istati Membri.

Il-Partijiet għandhom jevalwaw l-effetti ta' l-adeżjoni ta' l-Istati Membri ġodda fuq il-Ftehim. Il-Kunsill tal-Ministri jista' jiddeċiedi fuq kull miżura transizzjonali jew li temenda li tista' tkun meħtieġa.

Artikolu 95

Dewmien tal-ftehim u klawsola ta' reviżjoni

1. Dan il-Ftehim huwa hawnhekk konkluż għal perjodu ta' għoxrin sena, li jibda mill-1 ta' Marzu 2000.

2. Protokolli ta' finanzjament huma definiti għal kull perjodu ta' ħames snin.

3. Il-Komunità u l-Istati Membri, minn banda, u l-Istati ta' l-ACP, mill-banda l-oħra, għandhom jgħarrfu lill-Parti l-oħra mhux aktr tard minn 12-il xahar qabel l-iskadenza ta' kull perjodu ta' ħames snin ta' kull evalwazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jixtiequ jagħmlu bil-għan ta' emenda li tista' ssir għall-Ftehim. Dan m'għandux japplika, madankollu, għad-dispożizzjonijiet fuq il-koperazzjoni ekonomika u kummerċjali, li għalihom hemm prevista proċedura ta' evalwazzjoni speċjali. Minkejja dan il-limitu ta' żmien, jekk Parti waħda titlob reviżjoni ta' xi dispożizzjoni tal-Ftehim, il-Parti l-oħra għandu jkollha perjodu ta' xahrejn li fihom titlob l-estensjoni tar-reviżjoni għal dispożizzjonijiet oħra relatati ma dawk li kienu soġġetti għat-talba tal-bidu.

Għaxar xhur qabel ma jgħaddi l-perjodu ta' ħames snin, il-Partijiet għandhom jidħlu f'negozjati bil-għan li jeżaminaw kull emenda possibbli għad-dispożizzjonijiet li kienu s-soġġett ta' notifika.

L-Artikolu 93 għandu japplika wkoll għall-emendi li jsiru.

Il-Kunsill tal-Ministri għandu jadotta kull miżura transizzjonali li tista' tkun meħtieġa rigward id-dispożizzjonijiet emendati sakem dawn jidħlu fis-seħħ.

4. Tmintax-il xahar qabel ma jispiċċa l-perjodu totali tal-Ftehim, il-Partijiet għandhom jibdew negozjati sabiex jeżaminaw liema dispożizzjonijiet għandhom sussegwentement jirregolaw ir-relazzjonijiet tagħhom.

Il-Kunsill tal-Ministri għandu jadotta kull miżura transitorja li tista' tkun meħtieġa sakemm il-Ftehim il-ġdid jidħol fis-seħħ.

Artikolu 96

Elementi essenzali: Proċedura ta' konsultazzjoni u miżuri xierqa rigward id-drittijiet umani, prinċipji demokratiċi u r-regola tad-dritt

1. Fis-sens ta' dan l-Artikolu, it-terminu "Parti" tirreferi għall-Komunità u l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea, minn banda, u kull Stat ta' l-ACP, fuq l-oħra.

2. (a) Jekk, minkejja d-djalogu politiku mmexxi regolarment bejn il-Partijiet, Parti tikkunsidra li l-Parti l-oħra tkun naqset li twettaq obbligu li joħroġ mir-rispett għad-drittijiet umani, prinċipji demokratiċi u s-saltna tad-dritt imsemmija fil-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 9, hija għandha, bl-eċċezzjoni ta' każi ta' urġenza speċjali, tforni lill-Parti l-oħra u lill-Kunsill tal-Ministri bl-informazzjoni relevanti meħtieġa għal eżami metikoluż tas-sitwazzjoni bil-għan li tfittex soluzzjoni aċċettabbli għall-Partijiet. Għal dan il-għan, għandha tistieden lill-Parti l-oħra biex tagħmel konsultazzjonijiet li jiċċentraw fuq il-miżuri meħuda jew li għandhom jittieħdu mill-parti konċernata biex tirmedja s-sitwazzjoni.

Il-konsultazzjonijiet għandhom jitmexxew fil-livell u fil-forma kkunsidrata l-aktar xierqa biex tinstab soluzzjoni.

Il-konsultazzjonijiet għandhom jibdew mhux aktar tard minn 15-il ġurnata wara l-istedina u għandhom ikomplu għal perjodu stabbilit bi ftehim reċiproku, jiddependi fuq in-natura u l-gravità tal-vjolazzjoni. F'kull każ, il-konsultazzjonijiet m'għandhomx idumu aktar minn 60 jum.

Jekk il-konsultazzjonijiet ma jwasslux għal soluzzjoni aċċettabbli għaż-żewġ Partijiet, jekk il-konsultazzjoni tkun rifjutata, jew f'każijiet ta' urġenza speċjali, għandhom jittieħdu miżuri xierqa. Dawn il-miżuri għandhom jiġu revokati hekk kif ma jibqgħux jeżistu r-raġunijiet biex jittieħdu.

(b) It-terminu "każi ta' urġenza speċjali" għandhom jirreferu għal każi eċċezzjonali ta' vjolazzjoni partikolarment serja u flagranti ta' wieħed mill-elementi essenjali msemmija fil-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 9, li jkunu jeħtieġu reazzjoni immedjata.

Il-Parti li jkollha tagħżel il-proċedura ta' urġenza speċjali għandha tgħarraf lill-Parti l-oħra u lill-Kunsill tal-Ministri separatament bil-fatt kemm-il darba ma jkollhiex iż-żmien biex tagħmel dan.

(ċ) Il-"miżuri xierqa" li hemm riferenza għalihom f'dan l-Artikolu huma miżuri meħuda skond il-liġi internazzjonali, u proporzjonali għal vjolazzjoni. Fl-għażla ta' dawn il-miżuri, prijorità għandha tingħata lil dawk li l-anqas jiddisturbaw l-applikazzjoni ta' dan l-arranġament. Huwa mifhum li sospensjoni tkun miżura ta' l-aħħar.

Jekk il-miżuri jittieħdu fil-każi ta' urġenza speċjali, huma għandhom jiġu notifikati minnufih lill-Parti l-oħra u lill-Kunsill tal-Ministri. Fuq talba tal-Parti konċernata, konsultazzjonijiet jistgħu jsiru sabiex jeżaminaw is-sitwazzjoni b'mod metikoluż u, jekk huwa possibbli, jinstabu soluzzjonijiet. Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom jitmexxew skond l-arranġamenti stipulati fit-tieni u t-tielet sottoparagrafi tal-paragrafu (a).

Artikolu 97

Proċedura ta' konsultazzjoni u miżuri xierqa rigward korruzzjoni

1. Il-Partijiet jikkonsidraw li meta l-Komunità tkun soċju sinjifikanti skond l-appoġġ finanzjarju għall-politki u programmi ekonomiċi u settorjali, każi serji ta' korruzzjoni għandhom jagħti bidu għal konsultazzjonijiet bejn il-Partijiet.

2. F'dawn il-każi kull Parti tista' tistieden lill-oħra biex tagħti bidu għal konsultazzjonijiet. Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom jibdew mhux aktar tard minn 21 jum mill-istedina u m'għandhomx idumu aktar minn 60 jum.

3. Jekk il-konsultazzjonijiet ma jwasslux għal soluzzjoni aċċettabbli għaż-żewġ Partijiet jew jekk il-konsultazzjoni tkun rifjutata, il-Partijiet għandhom jieħdu l-miżuri adatti. Fil-każi kollha, hija r-responsabbilta tal-Parti fejn il-każi serji ta' korruzzjoni ikunu saru li tieħu l-miżuri meħtieġa biex tirrimedja s-sitwazzjoni minnufih. Il-miżuri meħuda minn kull Parti għandhom ikunu proporzjonali għas-serjeta tas-sitwazzjoni. Fl-għażla ta' dawn il-miżuri, għandha tingħata prijorità lil dawk li l-anqas jiddisturbaw l-applikazzjoni ta' dan il-ftehim. Huwa mifhum li sospensjoni għandha tkun miżura ta' l-aħħar.

4. Fis-sens ta' dan l-Artikolu, it-terminu "Parti" tirreferi għall-Komunità u l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea, minn banda, u kull Stat ta' l-ACP, mill-banda l-oħra.

Artikolu 98

Konklużjoni ta' argumenti

1. Kull argument li jinqala' minn interpretazzjoni jew applikazzjoni ta' dan il-Ftehim Stat Membru wieħed jew aktar jew il-Komunità, minn banda, u Stat ta' l-ACP wieħed jew aktar fuq il-banda l-oħra, għandhom jiġu sottomessi għand il-Kunsill tal-Ministri.

Bejn laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri, dawn il-kwistjonijiet għandhom jiġu sottomessi lill-Kumitat ta' l-Ambaxxaturi.

2. (a) Jekk il-Kunsill tal-Ministri ma jirnexxilux li jwassal għal konklużjoni tal-kwistjoni, kull Parti tista' titlob konklużjoni ta' l-argument b'arbitraġġ. Għal dan il-għan, kull Parti għandha taħtar arbitru fi żmien tletin jum mit-talba għall-arbitraġġ. Fil-każ li tonqos li tagħmel dan, kull Parti jista' jitlob lis-Segretarju Ġenerali tal-Qorti Permanenti ta' l-Arbitraġġ biex taħtar it-tieni arbitru.

(b) Iż-żewġ artbitri għandhom imbagħad jaħtru t-tielet arbitru fi żmien tletin jum. Fil-każ li tonqos li tagħmel dan, kull Parti jista' jitlob lis-Segretarju Ġenerali tal-Qorti Permanenti ta' l-Arbitraġġ biex taħtar it-tielet arbitru.

(ċ) Kemm-il darba l-arbitri ma jiddeċidux mod ieħor, il-proċedura applikata għandha tkun dik stipulata fir-regolament dwar arbitraġġ ta' l-għażla tal-Qorti Permanenti ta' l-Arbitraġġ għal Organizzazzjoni Internazzjonali u Stati. Id-deċiżjonijiet ta' l-arbitri għandhom jittieħdu b'vot tal-maġġoranza fi żmien tliet xhur.

(d) Kull Parti fil-kwistjoni għandha tkun marbuta li tieħu l-miżuri meħtieġa biex twettaq id-deċiżjoni ta' l-arbitri.

(e) Biex tiġi applikata din il-proċedura, il-Komunità u l-Istati Membri għandhom jitqiesu li jkunu ħaġa waħda fil-kwistjoni.

Artikolu 99

Klawsola ta' denunzja

Dan il-Ftehim jista' jiġi denunzjat mill-Komunità u l-Istati Membri tagħha rigward kull Stat ta' l-ACP u minn kull Stat ta' l-ACP rigward il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, wara avviż ta' sitt xhur.

Artikolu 100

Status tat-testi

Il-Protokolli u l-Annessi mehmuża ma' dan il-Ftehim għandhom jagħmlu parti integrali minnu. L-Annessi II, III, IV u VI jistgħu jiġu riveduti, evalwati u/jew emendati mill-Kunsill tal-Ministri fuq il-bażi ta' rakkomandazzjoni mill-Kumitat għal Żvilupp tal-Koperazzjoni Finanzjarja ta' l-ACP-KE. Dan il-Ftehim, magħmul f'żewġ kopji fil-lingwa Daniża, Olandiża, Ingliża, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Taljana, Portugiża, Spanjola u Żvediża, it-testi kollha huma ugwalment awtentiċi, għandhom jiġu depożitati fl-arkivji tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u s-Segretarjat ta' l-Istati ta' l-ACP, li t-tnejn għandhom jibagħtu kopja awtentikata lill-gvern ta' kull wieħed mill-Istati Firmatarji.

Hecho en Cotonú, el veintitrés de junio del año dos mil.

Udfærdiget i Cotonou den treogtyvende juni to tusind.

Geschehen zu Cotonou am dreiundzwanzigsten Juni zweitausend.

Έγινε στην Κοτονού, στις είκοσι τρεις Ιουνίου δύο χιλιάδες.

Done at Cotonou on the twenty-third day of June in the year two thousand.

Fait à Cotonou, le vingt-trois juin deux mille.

Fatto a Cotonou, addì ventitré giugno duemila.

Gedaan te Cotonou, de drieëntwintigste juni tweeduizend.

Feito em Cotonu, em vinte e três de Junho de dois mil.

Tehty Cotonoussa kahdentenakymmenentenäkolmantena päivänä kesäkuuta vuonna kaksituhatta.

Som skedde i Cotonou den tjugotredje juni tjugohundra.

Pour Sa Majesté le Roi des BelgesVoor Zijne Majesteit de Koning der BelgenFür Seine Majestät den König der Belgier

Cette signature engage également la Communauté française, la Communauté flamande, la Communauté germanophone, la Région wallonne, la Région flamande et la Région de Bruxelles-Capitale.

Deze handtekening verbindt eveneens de Vlaamse Gemeenschap, de Franse Gemeenschap, de Duitstalige Gemeenschap, het Vlaamse Gewest, het Waalse Gewest en het Brusselse Hoofdstedelijke Gewest.

Diese Unterschrift bindet zugleich die Deutschsprachige Gemeinschaft, die Flämische Gemeinschaft, die Französische Gemeinschaft, die Wallonische Region, die Flämische Region und die Region Brüssel-Hauptstadt.

For Hendes Majestæt Danmarks Dronning

Für den Präsidenten der Bundesrepublik Deutschland

Για τον Πρόεδρο της Ελληνικής Δημοκρατίας

Por Su Majestad el Rey de España

Pour le Président de la République française

Thar ceann Uachtarán na hÉireannFor the President of Ireland

Per il Presidente della Repubblica italiana

Pour Son Altesse Royale le Grand-Duc de Luxembourg

Voor Hare Majesteit de Koningin der Nederlanden

Für den Bundespräsidenten der Republik Österreich

Pelo Presidente da República Portuguesa

Suomen Tasavallan Presidentin puolestaFör Republiken Finlands President

På svenska regeringens vägnar

For Her Majesty the Queen of the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland

Por la Comunidad Europea

For Det Europæiske Fællesskab

Für die Europäische Gemeinschaft

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

For the European Community

Pour la Communauté européenne

Per la Comunità europea

Voor de Europese Gemeenschap

Pela Comunidade Europeia

Euroopan yhteisön puolesta

På Europeiska gemenskapens vägnar

Pour le Président de la République d'Angola

For Her Majesty the Queen of Antigua and Barbuda

For the Head of State of the Commonwealth of the Bahamas

For the Head of State of Barbados

For the Government of Belize

Pour le Président de la République du Bénin

For the President of the Republic of Botswana

Pour le Président du Burkina Faso

Pour le Président de la République du Burundi

Pour le Président de la République du Cameroun

Pour le Président de la République du Cap-Vert

Pour le Président de la République Centrafricaine

Pour le Président de la République Fédérale Islamique des Comores

Pour le Président de la République démocratique du Congo

Pour le Président de la République du Congo

For the Government of the Cook Islands

Pour le Président de la République de Côte d'Ivoire

Pour le Président de la République de Djibouti

For the Government of the Commonwealth of Dominica

For the President of the Dominican Republic

For the President of the State of Eritrea

For the President of the Federal Republic of Ethiopia

For the President of the Sovereign Democratic Republic of Fiji

Pour le Président de la République gabonaise

For the President and Head of State of the Republic of The Gambia

For the President of the Republic of Ghana

For Her Majesty the Queen of Grenada

Pour le Président de la République de Guinée

Pour le Président de la République de Guinée-Bissau

Pour le Président de la République de Guinée équatoriale

For the President of the Republic of Guyana

Pour le Président de la République d'Haïti

For the Head of State of Jamaica

For the President of the Republic of Kenya

For the President of the Republic of Kiribati

For His Majesty the King of the Kingdom of Lesotho

For the President of the Republic of Liberia

Pour le Président de la République de Madagascar

For the President of the Republic of Malawi

Pour le Président de la République du Mali

For the Government of the Republic of the Marshall Islands

Pour le Président de la République Islamique de Mauritanie

For the President of the Republic of Mauritius

For the Government of the Federated States of Micronesia

Pour le Président de la République du Mozambique

For the President of the Republic of Namibia

For the Government of the Republic of Nauru

Pour le Président de la République du Niger

For the President of the Federal Republic of Nigeria

For the Government of Niue

For the Government of the Republic of Palau

For Her Majesty the Queen of the Independent State of Papua New Guinea

Pour le Président de la République Rwandaise

For Her Majesty the Queen of Saint Kitts and Nevis

For Her Majesty the Queen of Saint Lucia

For Her Majesty the Queen of Saint Vincent and the Grenadines

For the Head of State of the Independent State of Samoa

Pour le Président de la République démocratique de São Tomé et Príncipe

Pour le Président de la République du Sénégal

Pour le Président de la République des Seychelles

For the President of the Republic of Sierra Leone

For Her Majesty the Queen of the Solomon Islands

For the President of the Republic of South Africa

For the President of the Republic of the Sudan

For the President of the Republic of Suriname

For His Majesty the King of the Kingdom of Swaziland

For the President of the United Republic of Tanzania

Pour le Président de la République du Tchad

Pour le Président de la République togolaise

For His Majesty King Taufa'ahau Tupou IV of Tonga

For the President of the Republic of Trinidad and Tobago

For Her Majesty the Queen of Tuvalu

For the President of the Republic of Uganda

For the Government of the Republic of Vanuatu

For the President of the Republic of Zambia

For the Government of the Republic of Zimbabwe

--------------------------------------------------

L-ANNESSI GĦALL-FTEHIM

INDIĊI TAL-KONTENUTI

| Paġna |

ANNESS I: PROTOKOLL FINANZJARJU | 67 |

ANNESS II: TERMINI U KONDIZZJONIJIET TAL-FINANZJAMENT | 69 |

Kapitolu 1: Finanzjament ta' l-investimenti | 69 |

Kapitolu 2: Operazzjonijiet speċjali | 71 |

Kapitolu 3: Finanzjament għal ċaqlieq f'perjodu fil-qosor fil-qliegħ mill-esportazzjoni | 71 |

Kapitolu 4: Dispożizzjonijiet oħrajn | 72 |

Kapitolu 5: Ftehim dwar il-protezzjoni ta' l-investiment | 73 |

ANNEX III: APPOĠĠ ISTITUZZJONALI - CDE U CTA | 74 |

ANNESS IV: IL-PROĊEDURI TA' L-IMPLIMENTAZZJONI U TA' L-AMMINISTRAZZJONI | 76 |

Kapitolu 1: Programmar (nazzjonali) | 76 |

Kapitolu 2: Programmar u preparazzjoni (reġjonali) | 78 |

Kapitolu 3: Implimentazzjoni tal-proġetti | 80 |

Kapitolu 4: Kompetizzjoni u preferenzi | 82 |

Kapitolu 5: Monitoraġġ u evalwazzjoni | 86 |

Kapitolu 6: Amministrazzjoni u aġenti ta' l-eżekuzzjoni | 86 |

ANNESS V: IR-REĠIM TAL-KUMMERĊ APPLIKABBLI MATUL IL-PERJODU PREPARATORJU REFERUT FL-ARTIKOLU 37(1) | 90 |

Kapitolu 1: Arranġementi ġenerali tal-kummerċ | 90 |

Kapitolu 2: Impenji speċjali dwar iz-zokkor u ċ-ċanga u l-vitella | 92 |

Kapitolu 3: Dispożizzjonijiet finali | 93 |

PROTOKOLL 1 LI JIKKONĊERNA D-DEFINIZZJONI TAL-KUNĊETT TA' "PRODOTTI ORIĠINANTI" U L-METODI TA' KOPERAZZJONI AMMINISTRATTIVA | 94 |

Titolu I - Dispożizzjonijiet Ġenerali | 95 |

Titolu II - Definizzjoni tal-kunċett ta' "prodotti oriġinanti" | 96 |

Titolu III - Ħtiġiet territorjali | 99 |

Titolu IV - Prova ta' l-oriġini | 100 |

Titolu V - Arranġamenti għall-koperazzjoni amministrattiva | 105 |

Titolu VI - Ceuta u Melilla | 108 |

Titolu VII- Dispożizzjonijiet finali | 108 |

Anness I għall-Protokoll 1- Noti introduttorji għall-lista fl-Anness II | 109 |

Anness IIgħall-Protokoll 1 - Lista ta' xogħolijiet jew proċessar meħtieġa li jkunu mwettqa fuq materjali mhux-oriġinanti sabiex il-prodott manifatturat ikun jista' jakkwista l-istatus ta' l-oriġini | 115 |

Anness III għall-Protokoll 1 - Pajjiżi u territorji barranin | 187 |

Anness IV għall-Protokoll 1 - Formula għaċ-ċertifikat taċ-ċaqlieq | 188 |

Anness V għall-Protokoll 1 - Dikjarazzjoni tal-fattura | 193 |

Anness VIA għall-Protokoll 1 - Dikjarazzjoni tal-fornitur għal prodotti li jkollhom Status ta' l-oriġini preferenzjali | 195 |

L-Anness VIB għall-Protokoll 1 - Dikjarazzjoni tal-fornitur għal prodotti li ma jkollhomx status preferenzali ta' l-oriġini | 196 |

Anness VII għall-Protokoll 1 - Ċertifikat ta' l-informazzjoni | 197 |

Anness VIII għall-Protokoll 1 - Formula għall-applikazzjoni għal deroga | 200 |

Anness IXgħall-Protokoll 1 - Lista ta' xogħol jew proċessar li jikkonferixxu l-karatturu ta' l-oriġini ACP fuq prodott li jkun akkwistat meta x-xogħol jew l-ipproċessar ikun imwettaq fuq materjali tat-tessuti li joriġinaw minn pajjiżi li għadhom jiżviluppaw referuti fl-Artikolu 6 (11) ta' dan il-Protokoll | 202 |

Annexx Xgħall-Protokoll 1 - Prodotti tat-tessuti esklużi mil-proċedura kumulattiva ma ċerti pajjiżi li għadhom jiżviluppaw referuti fl-Artikolu 6(11) ta' dan il-Protokoll | 208 |

Anness XIgħall-Protokoll 1 - Prodotti li dwarhom id-disposzzjonijiet kumulattivi ma' l-Afrika t'Isfel referuti fl-Artikolu 6(3) ikunu japplikaw wara tlett snin mill-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim dwar il-Kummerċ, l-Iżvilupp u l-Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' l-Afrika t'Isfel | 209 |

Anness XIIgħall-Protokoll 1 - Prodotti li dwarhom id-dispożizzjonijiet kumulattivi ma' l-Afrika t'Isfel referuti fl-Artikolu 6(3) ikunu japplikaw wara 6 snin mill-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim dwar il-Kummerċ, Żvilupp u L-Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' l-Afrika t'Isfel | 233 |

Anness XIII għall-Protokoll 1 - Prodotti li dwarhom l-Artikolu 6(3) m'għandux ikun applikabli | 243 |

Anness XIV għall-Protokoll 1 - Prodotti tas-sajd li dwarhom l-Artikolu 6(3) temporanjament m'għandux ikun applikabli | 260 |

Anness XV għall-Protokoll 1 - Dikjarazzjoni konġunta dwar il-kumulazzjoni | 264 |

PROTIKOLL 2 DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TA' L-ARTIKOLU 9 | 265 |

PROTIKOLL 3 LI FIĦ IT-TEST TAL-PROTOKOLL 3 DWAR IZ-ZOKKOR ACP | 266 |

Anness għall-Protokoll 3 - Dikjarazzjonijiet dwar il-Protokoll 3 | 268 |

Anness għall-Protokoll 3 - Skambju ta' Ittri BEJN IR-REPUBBLIKA DOMENIKANA U L-KOMUNITÀ LI TIKKONĊERNA L-PROTOKOLL DWAR IZ-ZOKKOR ACP | 269 |

PROTOKOLL 4 – DWAR IĊ-ĊANGA U L-VITELLA | 274 |

PROROKOLL 5 - IT-TIENI PROTOKOLL TAL-BANANA | 275 |

ANNESS VI: LISTA TA' LDLICS | 276 |

PROTOKOLLI | 278 |

PROTOKOLL 1 DWAR IN-NEFQA OPERATTIVA TA' L-ISTITUZZJONIJIET KONĠUNTI | 279 |

PROTOKOLLI 2 DWAR IL-PRIVILEĠĠI U L-IMMUNITAJIET | 280 |

Kapitolu 1: Persuni li jieħdu sehem fix-xogħol tal-Ftehim | 280 |

Kapitolu 2: Propjetà, fondi u assi tal-Kunsill tal-Ministri ACP | 280 |

Kapitolu 3: Komunikazzjonijiet uffiċjali | 281 |

Kapitolu 4: Il-persunal tas-Segretarjat ta' l-istati ACP | 281 |

Kapitolu 5: Delegazzjonijiet tal-Kummissjoni ta' l-istati ACP | 281 |

Kapitolu 6: Dispożizzjonijiet ġenerali | 282 |

PROTOKOLL 3 DWAR L-AFRIKA T'ISFEL | 283 |

--------------------------------------------------

ATT FINALI

Il-Plenipotenzarji ta':

Il-Maesta Tiegħu ir-Re tal-Belġju,

Il-Maesta Tagħha ir-Reġina tad-Danimarka,

Il-President tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja,

Il-President tar-Repubblika Griega,

Il-Maesta Tiegħu ir-Re ta' Spanja,

Il-President tar-Repubblika Franċiża,

Il-President ta' l-Irlanda,

Il-President tar-Repubblika Taljana,

L-Altezza Rjali Tiegħu il-Gran Duka tal-Lusemburgu,

Il-Maesta Tagħha r-Reġina ta' l-Olanda,

Il-President Federali tar-Repubblika ta' l-Awstria,

Il-President tar-Repubblika Portugiża,

Il-President tar-Repubblika tal-Finlandja,

Il-Gvern tar-Renju ta' l-iżvezja,

Il-Maesta Tagħha r-Reġina tar-Renju Unit tal-Gran Britannja u l-Irlanda ta Fuq,

Il-Partijiet Kontraenti għat-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, minn hawn il-quddiem referuti bħala "il-Komunità", l-Istati tal-Komunità jkunu minn hawn il-quddiem referuti bħala "l-Istati Membri",

u tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej,

minn naħa l-waħda, u

Il-Plenipotenzarji ta':

Il-President tar-Repubblika ta' l-Angola,

Il-Maesta Tagħha r-Reġina ta' Antigwa u Barbuda,

Il-Kap ta' l-istat tal-Commonwealth tal-Baħamas,

Il-Kap ta' l-istat tal-Barbados,

Il-Maesta Tagħha ir-Reġina ta' Beliż,

Il-President tar-Repubblika ta' Benin,

Il-President tar-Repubblika ta' Botswana,

Il-President ta' Burkina Faso,

Il-President tar-Repubblika ta' Burindi,

Il-President tar-Repubblika tal-Kamerun,

Il-President tar-Repubblika ta' Cape Verde,

Il-President tar-Repubblika Ċentrali Afrikana,

Il-President tar-Repubblika ta' Ċadd,

Il-President tar-Repubblika Islamika Federali tal-Komoros,

Il-President tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo,

Il-President tar-Repubblika tal-Kongo,

Il-Gvern tal-Gżejjer Cook,

Il-President tar-Repubblika ta' Côte d'Ivoire,

Il-President tar-Repubblika ta' Dġibuti,

Il-Gvern tal-Commonwealth ta' Dominika,

Il-President tar-Repubblika Domenikana,

Il-President ta' l-istat ta' l-Eritrea,

Il-President tar-Repubblika tal-Gwinea Ekwatorjali,

Il-President tar-Repubblika Demokratika Federali ta' l-Etjopja,

Il-President tar-Repubblika Demokratika Sovrana tal-Fiġi,

Il-President tar-Repubblika Gaboniża,

Il-President u l-Kap ta' l-istat tar-Repubblika tal-Gambja,

Il-President tar-Repubblika tal-Ghana,

Il-Maesta Tagħha ir-Reġina ta' Grenada,

Il-President tar-Repubblika ta' Gwinea,

Il-President tar-Repubblika ta' Gwinea-Bissau,

Il-President tar-Repubblika ta' Gujana,

Il-President tar-Repubblika ta' Ħaiti,

Il-Kap ta' l-istat tal-Ġamajka,

Il-President tar-Repubblika tal-Kenja,

Il-President tar-Repubblika ta' Kiribati,

Il-Maesta Tiegħu ir-Re tar-Renju ta' Lesoto,

Il-President tar-Repubblika ta' Liberja,

Il-President tar-Repubblika ta' Madagaskar,

Il-President tar-Repubblika ta' Malawi,

Il-President tar-Repubblika ta' Mali,

Il-Gvern tar-Repubblika tal-Gżejjer Marshall,

Il-President tar-Repubblika Islamika tal-Mawritanja,

Il-President tar-Repubblika tal-Mawrizju,

Il-Gvern ta' l-istati Federati tal-Mikronesja,

Il-President tar-Repubblika ta' Możambik,

Il-President tar-Repubblika ta' Namibja,

Għall-Gvern tar-Repubblika ta' Nawru,

Il-President tar-Repubblika tan-Niġer,

Il-President tar-Repubblika Federali tan-Niġerja,

Il-Gvern ta' Niue,

Il-Gvern tar-Repubblika ta' Palau,

Il-Maesta Tagħha ir-Reġina ta' l-istat Independenti ta' Papua Gwinea l-Ġdida,

Il-President tar-Repubblika Rwandiża,

Il-Maesta Tagħha r-Reġina ta' Saint Kitts u Nevis,

Il-Maesta Tagħha ir-Reġina ta' Santa Luċija,

Il-Maesta Tagħha r-Reġina ta' Saint Vincent u l-Grenedini,

Il-Kap ta' l-istat ta' l-istat Independenti ta' Samoa,

Il-President tar-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe,

Il-President tar-Repubblika ta' Senegal,

Il-President tar-Repubblika tas-Sejxelli,

Il-President tar-Repubblika ta' Sierra Leone,

Il-Maesta Tagħha r-Reġina tal-Gżejjer Solomon,

Il-President tar-Repubblika ta' l-Afrika t'Isfel,

Il-President tar-Repubblika tas-Sudan,

Il-President tar-Repubblika ta' Surinam,

Il-Maesta Tiegħu ir-Re tar-Renju ta' Sważilandja,

Il-President tar-Repubblika Unita tat-Tanżanija,

Il-President tar-Repubblika Togoliża,

Il-Maesta Tiegħu ir-Re Taufa'ahau Tupou IV tat-Tonga,

Il-President tar-Repubblika ta' Trinidad u Tobago,

Il-Maesta Tagħha ir-Reġina ta' Tuvalu,

Il-President tar-Repubblika ta' l-Uganda,

Il-Gvern tar-Repubblika ta' Vanwatu,

Il-President tar-Repubblika ta' Żambja,

Il-Gvern tar-Repubblika ta' Żimbabwe,

li l-Istati tagħhom minn hawn il-quddiem huma referuti bħala "l-Istati ACP",

minn naħa l-oħra,

li ltaqgħu f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju fis-sena elfejn għall-firma tal-Ptehim ta' Sħubija ACP-KE, adottaw dawn it-testi li ġejjin:

Il-Ftehim ta' Sħubija ACP-KE u l-Annessi u Protokolli li ġejjin:

Anness I | Protokoll finanzjarju |

Anness II | Termini u Kondizzjonijiet tal-Finanzjament |

Anness III | Appoġġ Istituzzjonali (CDE u CTA) |

L-Anness IV | Il-proċeduri ta' l-implimentazzjoni u ta' l-amministrazzjoni |

L-Anness V | Ir-reġim tal-kummerċ applikabbli matul il-perjodu preparatorju referut fl-artikolu 37 (1) |

Anness VI | Lista ta' LDLICS |

Protokoll 1 | Dwar in-nefqa operattiva ta' l-istituzzjonijiet Konġunti |

Protokoll 2 | Dwar il-privileġġi u l-immunitajiet |

Protokoll 3 | Dwar l-Afrika t'Isfel |

Il-plenipotenzarji ta' l-istati Membri u tal-Komunità u l-plenipotenzarji ta' l-istati ACP adottaw it-testi tad-dikjarazzjonijiet elenkati hawn taħt u annessi ma dan l-Att Finali:

Dikjarazzjoni I | Dikjarazzjoni Konġunta ta' l-atturi fis-Sħubija (l-Artikolu 6) |

Dikjarazzjoni II | Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni u l-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea dwar il-klawsola li tikkonċerna r-ritorn u l-aċċettazzjoni mill-ġdid ta' immigranti illegali (l-Artikolu 1 3(5)) |

Dikjarazzjoni III | Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-parteċipazzjoni fl-Assemblea Parlamentari Konġunta (l-Artikolu 17(1)) |

Dikjarazzjoni IV | Dikjarazzjoni tal-Komunità dwar l-iffinanzjar tas-Segretarjat ACP |

Dikjarazzjoni V | Dikjarazzjoni tal-Komunità dwar l-iffinanzjar ta' l-istituzzjonijiet konġunti |

Dikjarazzjoni VI | Dikjarazzjoni tal-Komunità li tirrigwardja l-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet |

Dikjarazzjoni VII | Dikjarazzjoni mill-Istati Membri li tirrigwardja l-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet |

Dikjarazzjoni VIII | Dikjarazzjoni Konpunta li tirrigwardja l-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet |

Dikjarazzjoni IX | Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikoli 49 (2) fir-rigward tal-kummerċ u l-ambjent |

Dikjarazzjoni X | Dikjarazzjoni ACP dwar il-kummerċ u l-ambjent |

Dikjarazzjoni XI | Dikjarazzjoni Konġunta tal-ACP dwar il-wirt kulturali |

Dikjarazzjoni XII | Dikjarazzjoni mill-Istati ACP dwar ir-ritorn u r-restituzzjoni ta' propjetà kulturali |

Dikjarazzjoni XIII | Dikjarazzjoni konġunta dwar id-dritt ta' l-awtur |

Dikjarazzjoni XIV | Dikjarazzjoni Konġunta dwar koperazzjoni reġjonali u r-reġjuni l-aktar imbiegħda (l-Artikolu 28) |

Dikjarazzjoni XV | Dikjarazzjoni konġunta dwar l-adeżjoni |

Dikjarazzjoni XVI | Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-adeżjoni ta' pajjiżi u territorji lil hinn mill-baħar referuti fil-Parti Erba' tat-Trattat KE |

Dikjarazzjoni XVII | Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikolu 66(1) (serħan mid-dejn) ta' dan il-Ftehim |

Dikjarazzjoni XVIII | Dikjarazzjoni tal-UE dwar il-Protokoll Finanzjarju |

Dikjarazzjoni XIX | Dikjarazzjoni mill-Kunsill u mill-Kummissjoni dwar il-Proċess tal-Programmar |

Dikjarazzjoni XX | Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Impatt taċ-Saqlieq ta' l-Introjtu mill-Esportazzjoni fuq Stati ACP żgħar li huma vulberabli, Gżejjer u li m'għandhomx aċċess dirett għall-baħar. |

Dikjarazzjoni XXI | Dikjarazzjoni tal-Komunità dwar l-Artikolu 3 ta' l-Anness IV |

Dikjarazzjoni XXII | Dikjarazzjoni Konġunta li tikkonċerna l-prodotti agrikoli referuti fl-Artikolu 1(2)(a) ta' l-Anness V |

Dikjarazzjoni XXIII | Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-aċċess tas-suq fis-Sħubija ACP-KE |

Dikjarazzjoni XXIV | Dikjarazzjoni konġunta dwar ir-ross |

Dikjarazzjoni XXV | Dikjarazzjoni konġunta dwar ir-rum |

Dikjarazzjoni XVI | Dikjarazzjoni Konġunta dwar iċ-ċanga u l-vitella |

Dikjarazzjoni XVII | Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-arranġamenti li jiregolaw l-aċċess għas-swieq tad-dipartimenti Franċiżi mbegħda għal prodotti li joriġinaw fl-Istati ACP referuti fl-Artikolu 1(2) ta' l-Anness V |

Dikjarazzjoni XXVIII | Dikjarazzjoni Konġunta dwar ilpkoperazzjoni bejn l-Istati ACP u dwak ġirien li huma pajjiżi u territorji lil hinn mill-baħar u d-dipartimenti Franċiżi mbegħda |

Dikjarazzjoni XXIX | Dikjarazzjoni Konġunta dwar prodotti koperti bl-istrateġija agrikola komuni |

Dikjarazzjoni XXX | Dikjarazzjoni ACP dwar l-Artikolu 1 ta' l-Anness V |

Dikjarazzjoni XXXI | Dikjarazzjoni tal-Komunità dwar l-Artikolu 5(2)(a) ta' l-Anness V |

Dikjarazzjoni XXXII | Dikjarazzjoni Konġunta dwar nuqqas ta' diskriminazzjoni |

Dikjarazzjoni XXXIII | Dikjarazzjoni tal-Komunità dwar l-Artikolu 8(3) ta' l-Anness V |

Dikjarazzjoni XXXIV | Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikolu 12 ta' l-Anness V |

Dikjarazzjoni XXXV | Dikjarazzjoni Konġunta li tirigwardja l-Protokoll I dwar l-Artikolu 7 ta' l-Anness V |

Dikjarazzjoni XXXVI | Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-Protokoll 1 ta' l-Anness V |

Dikjarazzjoni XXXVII | Dikjarazzjoni Konġunta li tirigwardja l-Protokoll 1 ta' l-Anness V dwar l-oriġini tal-prodotti tas-sajd |

Dikjarazzjoni XXXVIII | Dikjarazzjoni tal-Komunità li tirigwardja l-Protokoll 1 ta' l-Anness V dwar il-limiti ta' l-ibħra territorjali |

Dikjarazzjoni XXXIX | Dikjarazzjoni ACP li tirigwardja l-Protokoll 1 ta' l-Anness V dwar l-oriġini tal-prodotti tas-sajd |

Dikjarazzjoni XL | Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-applikazzjoni tar-regola tat-tolleranza tal-valur fis-settur tat-tonn |

Dikjarazzjoni XLI | Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikolu 6(11) tal-Protokoll 1 ta' l-Anness V |

Dikjarazzjoni XLII | Dikjarazzjoni Konġunta dwar ir-regoli ta' l-oriġini: kumulazzjoni ma' l-Afrika t'Isfel |

Dikjarazzjoni XLIII | Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Anness 2 tal-Protokoll 1 ta' l-Anness V |

Hecho en Cotonú, el veintitrés de junio del año dos mil.Udfærdiget i Cotonou den treogtyvende juni to tusind.Geschehen zu Cotonou am dreiundzwanzigsten Juni zweitausend.Έγινε στην Κοτονού, στις είκοσι τρεις Ιουνίου δύο χιλιάδες.Done at Cotonou on the twenty-third day of June in the year two thousand.Fait à Cotonou, le vingt-trois juin deux mille.Fatto a Cotonou, addì ventitré giugno duemila.Gedaan te Cotonou, de drieëntwintigste juni tweeduizend.Feito em Cotonu, em vinte e três de Junho de dois mil.Tehty Cotonoussa kahdentenakymmenentenäkolmantena päivänä kesäkuuta vuonna kaksituhatta.Som skedde i Cotonou den tjugotredje juni tjugohundra.

Pour Sa Majesté le Roi des BelgesVoor Zijne Majesteit de Koning der BelgenFür Seine Majestät den König der Belgier

Cette signature engage également la Communauté française, la Communauté flamande, la Communauté germanophone, la Région wallonne, la Région flamande et la Région de Bruxelles-Capitale.

Deze handtekening verbindt eveneens de Vlaamse Gemeenschap, de Franse Gemeenschap, de Duitstalige Gemeenschap, het Vlaamse Gewest, het Waalse Gewest en het Brusselse Hoofdstedelijke Gewest.

Diese Unterschrift bindet zugleich die Deutschsprachige Gemeinschaft, die Flämische Gemeinschaft, die Französische Gemeinschaft, die Wallonische Region, die Flämische Region und die Region Brüssel-Hauptstadt.

For Hendes Majestæt Danmarks Dronning

Für den Präsidenten der Bundesrepublik Deutschland

Για τον Πρόεδρο της Ελληνικής Δημοκρατίας

Por Su Majestad el Rey de España

Pour le Président de la République française

Thar ceann Uachtarán na hÉireannFor the President of Ireland

Per il Presidente della Repubblica italiana

Pour Son Altesse Royale le Grand-Duc de Luxembourg

Voor Hare Majesteit de Koningin der Nederlanden

Für den Bundespräsidenten der Republik Österreich

Pelo Presidente da República Portuguesa

Suomen Tasavallan Presidentin puolestaFör Republiken Finlands President

På svenska regeringens vägnar

For Her Majesty the Queen of the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland

Por la Comunidad EuropeaFor Det Europæiske FællesskabFür die Europäische GemeinschaftΓια την Ευρωπαϊκή ΚοινότηταFor the European CommunityPour la Communauté européennePer la Comunità europeaVoor de Europese GemeenschapPela Comunidade EuropeiaEuroopan yhteisön puolestaPå Europeiska gemenskapens vägnar

Pour le Président de la République d'Angola

For Her Majesty the Queen of Antigua and Barbuda

For the Head of State of the Commonwealth of the Bahamas

For the Head of State of Barbados

For the Government of Belize

Pour le Président de la République du Bénin

For the President of the Republic of Botswana

Pour le Président du Burkina Faso

Pour le Président de la République du Burundi

Pour le Président de la République du Cameroun

Pour le Président de la République du Cap-Vert

Pour le Président de la République Centrafricaine

Pour le Président de la République Fédérale Islamique des Comores

Pour le Président de la République démocratique du Congo

Pour le Président de la République du Congo

For the Government of the Cook Islands

Pour le Président de la République de Côte d'Ivoire

Pour le Président de la République de Djibouti

For the Government of the Commonwealth of Dominica

For the President of the Dominican Republic

For the President of the State of Eritrea

For the President of the Federal Republic of Ethiopia

For the President of the Sovereign Democratic Republic of Fiji

Pour le Président de la République gabonaise

For the President and Head of State of the Republic of The Gambia

For the President of the Republic of Ghana

For Her Majesty the Queen of Grenada

Pour le Président de la République de Guinée

Pour le Président de la République de Guinée-Bissau

Pour le Président de la République de Guinée équatoriale

For the President of the Republic of Guyana

Pour le Président de la République d'Haïti

For the Head of State of Jamaica

For the President of the Republic of Kenya

For the President of the Republic of Kiribati

For His Majesty the King of the Kingdom of Lesotho

For the President of the Republic of Liberia

Pour le Président de la République de Madagascar

For the President of the Republic of Malawi

Pour le Président de la République du Mali

For the Government of the Republic of the Marshall Islands

Pour le Président de la République Islamique de Mauritanie

For the President of the Republic of Mauritius

For the Government of the Federated States of Micronesia

Pour le Président de la République du Mozambique

For the President of the Republic of Namibia

For the Government of the Republic of Nauru

Pour le Président de la République du Niger

For the President of the Federal Republic of Nigeria

For the Government of Niue

For the Government of the Republic of Palau

For Her Majesty the Queen of the Independent State of Papua New Guinea

Pour le Président de la République Rwandaise

For Her Majesty the Queen of Saint Kitts and Nevis

For Her Majesty the Queen of Saint Lucia

For Her Majesty the Queen of Saint Vincent and the Grenadines

For the Head of State of the Independent State of Samoa

Pour le Président de la République démocratique de São Tomé et Príncipe

Pour le Président de la République du Sénégal

Pour le Président de la République des Seychelles

For the President of the Republic of Sierra Leone

For Her Majesty the Queen of the Solomon Islands

For the President of the Republic of South Africa

For the President of the Republic of the Sudan

For the President of the Republic of Suriname

For His Majesty the King of the Kingdom of Swaziland

For the President of the United Republic of Tanzania

Pour le Président de la République du Tchad

Pour le Président de la République togolaise

For His Majesty King Taufa'ahau Tupou IV of Tonga

For the President of the Republic of Trinidad and Tobago

For Her Majesty the Queen of Tuvalu

For the President of the Republic of Uganda

For the Government of the Republic of Vanuatu

For the President of the Republic of Zambia

For the Government of the Republic of Zimbabwe

--------------------------------------------------