21999D0729(01)



Official Journal L 197 , 29/07/1999 P. 0051 - 0052


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 100/98

tat-30 ta' Ottubru 1998

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, eżamijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif mibdul mill-Protokoll li Jbidel il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem msejjaħ bħala "il-Ftehim" u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi l-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 84/98 tal-25 ta' Settembru 1998 [1];

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1798/96 tas-17 ta' Settembru 1996 li jemenda l-Anness III tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 tas-26 ta' Ġunju 1990 li jippreskrivi l-proċedura Komunitarja għat-twaqqif tal-limiti massimi ta' fdal ta' prodotti mediċinali veterinarji fl-oġġetti ta' l-ikel li joriġinaw mill-annimali [2], għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 14 (Regolament tal-Kunsill Nru 2377/90) fil-Kapitolu XIII ta' l-Anness II tal-Ftehim:

"- 396 R 1798: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1798/96 tas-17 ta' Settembru 1996 (ĠU L 236, tat-18.9.1996, p. 23)."

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1789/69 fl-ilsien Islandiż u Norveġiż, li huma annessi mal-verżjonijiet ta' l-ilsna rispettivi ta' din id-Deċiżjoni, huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-31 ta'Ottubru 1998, sakemm in-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ingħataw lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

Artikolu 4

Din id-Deċizjoni għandha tiġi ppublikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Supliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropei.

Magħmul fi Brussel, fit-30 ta' Ottubru 1998.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

N. v. Liechtenstein

[1] ĠU L 189, tat-22.7.1999, p. 56.

[2] ĠU L 236, tat-18.9.1996, p. 23.

--------------------------------------------------