21999D0415(07)



Official Journal L 100 , 15/04/1999 P. 0046 - 0047


Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 61/98

ta' l-4 ta' Lulju 1998

li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjonijiet tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala l-Ftehim, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi l-Anness II għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 80/97 tat-12 ta' Novembru 1997 [1];

Billi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/544/KE tad-9 ta' Lulju 1997 dwar regolament tekniku komuni għal apparat terminali sabiex jitqabbad ma' public circuit switched data networks u ċirkwiti mikrija mill-ONP li jużaw l-interfaces tat-tip X.21 tar-rakkommandazzjoni tas-CCITT [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim;

Billi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/545/KE tad-9 ta' Lulju 1997 dwar regolament tekniku komuni għal ħtiġiet ta' tqabbid ġenerali għal Data Terminal Equipment (DTE) sabiex jitqabbad ma' Packet Switched Public Data Networks (PSPDNs) li joffru interfaces tat-tip X.25 tar-rakkommandazzjoni tas-CCITT [3] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim;

Billi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/545/KE li tirrevoka, b'effett mill-10 ta' Lulju 1998, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/71/KE dwar regolament tekniku komuni għal aċċess għal packet switched public data networks (PSPDNs) li jużaw interfaces X.25 tar-rakkommandazzjoni tas-CCIT, li hija nkorporata fil-Ftehim u li b'konsekwenza għandha tiġi rrevokata taħt il-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-punt 4o (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/630/KE) fil-Kapitolu XVIII ta' l-Anness II għall-Ftehim:

"4p 397 D 0544: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/544/KE tad-9 ta' Lulju 1997 dwar regolament tekniku komuni għal apparat terminali li għandu jiġi mqabbad ma' public circuit switched datanetworks u ċirkwiti mikrijin ta' l-ONP li jużaw interface tat-tip X.21 tar-Rakkommandazzjoni CCITT (ĠU L 223, tat-13.8.1997, p. 18).

4q 397 D 0545: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/545/KE tad-9 ta' Lulju 1997 dwar regolament tekniku komuni għal ħtiġiet ta' tqabbid ġenerali għal Data Terminal Equipment (DTE) għal tqabbid ma' Packet Switched Public Data Networks (PSPDNs) li joffru interfaces tat-tip X.25 tar-Rakkommandazzjoni CCITT (ĠU L 223, tat-13.8.1997, p. 21)."

Artikolu 2

It-test tal-punt 4m fil-Kapitolu XVIII ta' l-Anness II (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/71/KE) għandu jitħassar b'effett mill-10 ta' Lulju 1998.

Artikolu 3

It-testi tad-Deċiżjonijonijiet tal-Kummissjoni 97/544/KE u 97/545/KE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li huma annessi għall-verżjonijiet rispettivi tal-lingwa għal din id-Deċiżjoni, huma awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-5 ta' Lulju 1998, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fl-4 ta' Lulju 1998.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

F. Barbaso

[1] ĠU L 134, tas-7.5.1998, p. 9.

[2] ĠU L 223, tat-13.8.1997, p. 18.

[3] ĠU L 223, tat-13.8.1997, p. 21.

--------------------------------------------------