21999D0415(01)



Official Journal L 100 , 15/04/1999 P. 0038 - 0039


Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 55/98

ta' l-4 ta' Lulju 1998

li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjonijiet tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed "Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala l-Ftehim, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu",

Billi l-Anness II għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 44/98 tad-29 ta' Mejju 1998 [1];

Billi d-Direttiva tal-Kummissjoni 97/39/KE ta' l-24 ta' Ġunju 1997 li taddatta għall-progress id-Direttiva tal-Kunsill 75/443/KEE fir-rigward ta' apparat għar-rivers u speedometers ta' vetturi bil-makna [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud wara l-punt 18 (Direttiva tal-Kunsill 75/443/KEE) fil-Kapitolu I ta' l-Anness II għall-Ftehim:

"- 397 L 0039: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 97/39/KE ta' l-24 ta' Ġunju 1997 (ĠU L 177, 5.7.1997, p. 15)."

.

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva tal-Kummissjoni 97/39/KE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li huma annessi għall-verżjonijiet rispettivi tal-lingwa għal din id-Deċiżjoni, huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-1 ta' Awissu 1998, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fl-4 ta' Lulju 1998.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

F. Barbaso

[1] ĠU L 30, tal-4.2.1999, s. 43.

[2] ĠU L 177, tal-5.7.1997, p. 15.

--------------------------------------------------