21998A0311(01)



Official Journal L 072 , 11/03/1998 P. 0018 - 0029


Ftehim ta' koperazzjoni

bejn il-Komunitajiet Ewropej u r-Repubblika tal-Jemen

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

minn naħa waħda, u

IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TAL-JEMEN,

minn naħa l-oħra,

hawnhekk iżjed "il quddiem msejħa"

il-Partijiet',

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU r-relazzjoniet eċċellenti u r-rabtiet ta' ħbiberija u koperazzjoni bejn il-Komunità u r-Repubblika tal-Jemen;

FILWAQT LI JERĠGĦU JIKKONFERMAW l-importanza li jkomplu jsaħħu r-rabtiet bejn il-Komunità u r-Repubblika tal-Jemen;

FILWAQT LI JENFASIZZAW l-importanza li l-Partijiet jagħtu lill-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, lid-Dikjarazzjoni Universali fuq id-Drittijiet tal-Bniedem, lid-Dikjarazzjoni ta' Vjenna ta' l-1993 u l-Pjan t'Azzjoni tal-Konfernza Dinjija dwar id-Drittijiet tal-bniedem, lid-Dikjarazzjoni ta' Copenhagen ta' l-1995 dwar Żvilupp Soċjali u l-pjan ta' azzjoni assoċjat magħha, u lid-Dikjarazzjoni ta' Beijing ta' l-1995 u l-pjan ta' Azzjoni tar-Raba' Konfernza Dinjija fuq in-Nisa, u għal djalogu kontinwu fuq hekk;

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW ix-xewqa li jkabbru il-qafa tar-relazzjonijiet bejn il-Komunità Ewropea u l-Lvant Nofsani, u ta' koperazzjoni reġjonali bejn il-pajjiżi tal-Lvant Nofsani, u jirrikonoxxu li koperazzjoni mar-Repubblika tal-Jemen tifforma parti integrali mal-politika tal-Komunitajiet Ewropej favur it-tisħiħ tar-relazzjonijiet Ewro-Għarab kemm fil-Mediterran kif ukoll fil-Lvant Nofsani;

FILWAQT LI JERĠGĦU JIKKONFERMAW ix-xewqa komuni tal-Partijiet li jikkonsolidaw, japprofondixxu u jiddiversifikaw ir-relazzjonijiet tagħhom f'oqsma ta' interess reċiproku fuq pass ugwali, in-nuqqas ta' diskriminatorju, ta' benefiċċju għal xulxin u r-reċiproċità;

FILWAQ LI JIKKUNSIDRAW ix-xewqa tal-Partijiet, fil-limiti tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, li joħolqu kondizzjonijiet favorevoli għall-iżvilupp tas-suq u l-investment bejn il-Komunità u r-Repubblika tal-Jemen, u l-bżonn li jżommu l-prinċipji adottati mill-WTO li l-għan tagħha hu li tippromwovi s-suq ħieles b'mod stabbli, trasparenti u li mhux diskriminatorja u jagħti kont tad-differenzi ekonomiċi tal-Partijiet;

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU l-bżonn li jappoġġjaw l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tar-Repubblika tal-Jemen, u b'mod partikolari l-isforzi tal-Gvern tal-Jemen sabiex itejjeb il-kondizzjonijiet ta' l-għejxien tas-sezzjonijiet tal-popolazzjoni foqra u żvantaġġati, b'enfasi speċjali għall-istatus tan-nisa;

JISSOTTOLINEJAW l-importanza mogħtija mill-Partijiet lil promozzjoni ta' tkabbir demografiku bilanċjat, li jinqered il-faqar, lill-protezzjoni ta' l-ambjent fuq livell globali kif ukoll fuq livelli nazzjonali u lokali, lill-għarfien tar-rabta bejn il-popolazzjoni, l-iżvilupp ekonomiku u l-ambjent naturali;

IDDEĊIDEW LI JIKKONKLUDU dan il-Ftehim u għal dan il-għan huma nnominaw bħala l-plenipotenzarji tagħhom;

IL-KUNSILL TA L-UNJONI EWROPEA,

Jacques F. Poos,

Deputat Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, Kummerċ Barrani u Koperazzjoni tal-Lussemburgu,

President fil-kariga tal-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Manuel Marin,

Viċi President tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TAL-JEMEN,

Dr. Abdulkarim Al-Eryani,

Deputat Prim Ministru, Ministru tal-Affarijiet Barranin

LI, wara li skambjaw bejniethom il-pjeni poteri tagħhom, li nstabu li kienu tajbin u fil-forma dovuta,

FTEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Bażi

Ir-relazzjonijiet bejn il-Partijiet, kif ukoll id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim innifsu, għandhom ikunu bbażati fuq ir-rispett tal-prinċipji demokratiċi u d-drittijiet fundamentali tal-bniedem hekk kif stabbiliti fid-Dikjarazzjoni Universali fuq id-Drittijiet tal-bniedem, illi jiggwida l-politika domestika u internazzjonali tagħhom u jikkostitwixxu element essenzali għal dan il-Ftehim.

Artikolu 2

Għanijiet

L-għanijiet prinċipali tal-Ftehim huma illi jkabbru u jiżviluppaw, taħt il-kunċett ta' djalogu, l-aspetti varji ta' koperazzjoni bejn il-Partijiet fl-oqsma li jaqgħu fil-limiti tal-kompetenzi rispettivi tagħhom inkluż l-iżvilupp, il-kummerċ, il-koperazzjoni ekonomika u kulturali, il-ħarsien ambjentali u l-immaniġġjar sostenibbli tar-riżorsi naturali, u żvilupp tar-riżorsi umani. Konsegwentement, il-Partijiet għandhom jkollhom l-għanijiet li ġejjin:

(a) li jippromwovu u jintensifikaw il-kummerċ bejn il-Partijiet, u jinkoraġġixxu t-tkabbir sod tal-koperazzjoni ekonomika sostenibbli, bi qbil mal-prinċipji ta' l-ugwaljanza u l-vantaġġ reċiproku;

(b) li jsaħħu l-koperazzjoni fl-oqsma relatati mill-qrib mal-progress ekonomiku u li jkun ta' benefiċċju għaż-żewġ Partijiet;

(ċ) li jikkontribwixxu għall-isforzi tal-Jemen sabiex itejbu l-kwalità tal-ħajja u l-livell tal-għejxien tal-gruppi tal-popolazzjoni l-aktar żvantaġġati u foqra, flimkien ma' miżuri fejn żvilupp rurali jintuża sabiex jikkumbatti l-faqar fil-kampanja u assistenza ma' riżorsi umani li qed jiżviluppaw f'numru ta' setturi ta' l-ekonomija;

(d) li jieħdu l-miżuri mitluba sabiex iħarsu l-ambjenti reġjonali u nazzjonali dinjija u jimmaniġġjaw ir-riżorsi naturali b'mod sostenibbli, filwaqt li jieħdu kont tar-rabta bejn l-ambjent u l-iżvilupp;

(e) li jestendu l-koperazzjoni tagħhom fil-qasam tal-kultura, komunikazzjoni u informazzjoni sabiex jippromwovu ftehim reċiproku u jsaħħu ir-rabtiet li jeżistu bejniethom.

Artikolu 3

Koperazzjoni fil-Kummerċ

(a) Fil-limiti tal-kompetenza rispettiva tagħha, il-Komunità trid tmexxi l-kummerċ bi qbil mal-Ftehim li jistabbilixxi il-WTO u r-Repubblika tal-Jemen trid għal parti tagħha tfittex li tmexxi l-kummerċ skond hekk.

(b) B'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Ġenerali dwar Tariffi u Kummerċ (GATT 1994) u fir-rigward ta' merkanzija importata u esportata, iż-żewġ naħat għandhom jgħatu li xulxin it-trattament ta' l-aktar nazzjon favorit. Dawn id-dispożizzjonijiet m'għandhomx japplikaw għal preferenzi mogħtija minn waħda mill-Partijiet taħt kull arranġament li jistabbilixxi unjoni doganali, żona ta' kummerċ ħieles jew żona ta' trattament preferenzali.

(ċ) L-għan tal-koperazzjoni f'dan il-qasam huwa li jiġi żviluppat u diversifikat il-kummerċ miż-żewġt naħat bejn il-KE u l-Jemen u sabiex jittejjeb l-aċċess għas-suq b'mod konformi mas-sitwazzjonijiet ekonomiċi rispettivi tal-Partijiet.

(d) B'mod partikolari, għandha tinkludi dispożizzjonijiet fuq il-materji li ġejjin:

- il-Partijiet jiggarantixxu li jiżviluppaw u jiddiversifikaw l-iskambji kummerċjali reċiproċi tagħhom u li jtejbu l-aċċess għas-suq, b'mod kompatibbli mas-sitwazzjonijiet ekonomiċi rispettivi tagħhom u l-livell ta' żvilupp,

- il-Partijiet huma obbligati li jtejbu it-termini ta' aċċess għal prodotti tagħhom fis-swieq ta' xulxin. F'dan il-kuntest, huma għandhom jagħtu lil xulxin kondizzjonijiet l-aktar favorevoli għal importazzjonijiet u esportazzjonijiet u jifthemu li jeżaminaw metodi u mezzi kif jelaminaw l-ostakoli għall-kummerċ bejniethom, partikolarment l-ostakoli li mhumiex tariffi, wara li jieħdu kont tax-xogħol li diġa sar b'konnesjoni mal-fora internazzjonali,

- il-Partijiet jaqblu li jippromwovu l-iskambju ta' informazzjoni dwar l-opportunitanjiet tas-suq li jkunu ta' benefiċċju għat-tnejn,

- fil-limiti tal-kompetenza rispettiva tagħhom, il-Partijiet jaqblu li jtejbu l-koperazzjoni fil-materji doganali bejn l-awtoritajiet rispettivi, speċjalment fir-rigward tal-possibilità ta' taħriġ professjonali, is-simplifikazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-Proċeduri doganali, u assistenza sabiex jikkumbattu l-frodi doganali,

- il-Partijiet jiggarantixxu li jikkunsidraw, kull wieħed skond il-liġijiet tiegħu, li jeżentaw mid-dazju, taxxa u nollijiet oħra, il-merkanzija li tidħol temporanjament fit-terrtorji tagħhom sabiex sussegwentement tigi esportata mill-ġdid mingħajr ma tinbidel jew għal merkanzija li terġa' tidħol fit-territorji tagħhom wara li tiġi pproċessata mill-Parti l-oħra u fejn dan il-proċess ma jkunx kunsidrat suffiċjenti sabiex il-merkanzija tiġi meqjusa bħala li oriġinat mit-territorju ta' dik il-Parti,

- fil-limiti rispettivi tal-kompetenza tagħhom, il-Partijiet jaqblu li jikkonsultaw lil xulxin b'konnessjoni mal-kummerċ jew kwistjonijiet fuq materji relatati mal-kummerċ, inklużi drittijiet ta' propjetà u akkwisti pubbliċi, fuq kull kwistjoni li tista' tqum. Huma għandhom iżommu konsultazzjonijiet fi spirtu kostruttiv fuq materji ta' miżuri tariffi, li mhumiex tariffi, ta' servizzi, tas-saħħa, ta' sigurtà jew ambjentali u rekwiżiti tekniċi,

- safejn il-kompetenzi, regolamenti u politika tagħhom jippermettu, il-Partijiet għandhom jimmiraw li jtejbu l-iskambji ta' informazzjoni relatati ma' akkwisti pubbliċi,

- il-Gvern tal-Jemen għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji sabiex itejjeb il-kondizzjonijiet għal protezzjoni u infurzar adegwati u effettivi ta' drittijiet ta' propjetà intellettwali, industrijali u kummerċjali,

- għal dan il-għan il-Gvern tal-Jemen għandu, b'mod partikolari, isir parti malajr kemm jista' jkun għall-konvenzjonijiet internazzjonali relevanti dwar il-propjetà intellettwali, industrijali u kummerċjali li mhuwiex parti tagħhom, inkluż imma mhux biss għall-Konvnezjoni ta' Pariġi għal protezzjoni tal-propjetà industrijali, il-Konvenzjoni ta' Bern għal protezzjoni ta' xogħolijiet letterarji u artistiċi u l-Ftehim fuq aspetti relatati mal-kummerċ fuq id-drittijiet ta' propjetà intellettwali (TRIPS),

- il-Komunità Ewropea, fil-limiti tal-kompetenzi tagħha, u r-Repubblika tal-Jemen, fir-rigward ta' servizzi marittimi internazzjonali, għandhom ifittxu li jiżguraw applikazzjoni effettiva tal-prinċipji ta' aċċess mhux ristrett għal tagħbija fuq bażi kummerċjali u mhux diskriminatorja,

- sabiex ir-Repubblika tal-Jemen tkun tista' tissodisfa l-garanziji u l-obbligazzjonijiet msemmija hawn fuq, għandha tingħata assistenza teknika.

Artikolu 4

Koperazzjoni ta' Żvilupp

Il-Komunità tirrikonoxxi il-bżonn tal-Jemen għal assistenza fl-iżvilupp u tagħraf li mingħajr tnaqqis mgħaġġel u sostennibbli tal-faqar u ż-żieda fil-popolazzjoni fir-Repubblika tal-Jemen, ir-riskju ta' tfixkil u kunflitti li jistgħu jfixklu l-progress ekonomiku tal-pajjiż kif ukoll l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-popolazzjoni (b'mod partikolari is-sezzjonijiet l-aktar dgħajfa) jkomplu jiżdiedu.

Il-Komunità tirrikonoxxi wkoll li hemm potenzjal għal kontribuzzjoni tagħha għall-isforzi fl-iżvilupp tar-Repubblika tal-Jemen sabiex tiżdied kemm fil-qies u fl-impatt, b'mod partikolari, fl-oqsma strateġiċi tat-tnaqqis tal-faqar permezz ta' l-edukazzjoni primarja, taħriġ u titjib tal-kondizzjonijiet tax-xogħol, l-ilma, l-iżvilupp rurali u s-saħħa, b'mod speċjali fil-forma ta' kura tas-saħħa primarja li tinkludi l-promozzjoni u ta' l-ippjanar tal-familja u attivitajiet ta' popolazzjoni. L-attivitajiet li jsiru f'dan il-qasam għandhom fejn xieraq, jippromwovu l-opportunitajiet indaqs u jiffokaw b'mod pożittiv fuq tfajliet u nisa. F'dan ir-rigward il-Kummissjoni hija anzjuża li tiżviluppa rabtiet koperattivi ma' NGOs lokali.

B'dan il-għan imsemmi hawn fuq u b'mod konformi mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 443/92 tal-25 ta' Frar 1992 dwar l-assistenza finanzjarja u teknika u koperazzjoni ekonomika lill-pajjiżi fl-Asja u l-Amerika Latina li qegħdin jiżviluppaw, il-koperazzjoni tibqa' tiġi żviluppata fil-kuntest ta' strateġija ta' koperazzjoni ċara u djalogu immirat sabiex jiġu mfissra l-prijoritajiet reċiproki maqbula, u għan ta' l-effettività u s-sostenibilità.

Il-Partijiet għandhom, fil-limiti tal-mezzi finanzjari li għandhom disponibbli u fil-qafas tal-proċeduri u strumenti rispettivi tagħhom, iqiegħdu għad-dispożizzjoni fondi sabiex jiffaċilitaw il-kisba tal-għanijiet imniżżla f'dan il-ftehim. Fl-ambiti tal-pjanifikazzjoni finanzjarji tagħha ta' attivitajiet ta' koperazzjoni, il-Komunità sa tieħu kont tal-bżonn li tiżgura bilanċ xieraq fit-tqassim ġeografiku ta' l-impenji tagħha.

Il-Partijiet għandhom jiżguraw li azzjonijiet meħuda fil-qafas ta' l-iżvilupp ta' koperazzjoni huma konsistenti mal-istrateġiji ta' żvilupp maqbula flimkien ma' l-istituzzjonijiet ta' Bretton Woods.

Artikolu 5

Koperazzjoni Ekonomika

Iż-żewġ partijiet għandhom jintrabtu, skond il-politika rispettiva u l-għanijiet tagħhom u skond ir-riżorsi għad-dispożizzjoni tagħhom, li jkattru l-koperazzjoni ekonomika għal benefiċċju reċiproku u jiddeterminmaw flimkien u għal vantaġġ reċiproku tagħhom, fil-limiti tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, l-oqsma u l-prijoritajiet għal programmi u attivitajiet ta' koperazzjoni ekonomika fil-kuntest ta' strateġija ċara ta' koperazzjoni. Flimkien ma' dan, sabiex jissaħħu aktar ir-relazzjonijiet ekonomiċi bejn il-Komunità u r-Repubblika tal-Jemen, għandu jkun hemm djalogu ekonomiku regolari bejn iż-żewġ partijiet, li jkopri l-oqsma kollha ta' politika ta' makro-ekonomija inklużi, fil-limiti tal-kompetenza rispettiva tagħhom, il-politika ta' budget, bilanċ ta' ħlas u politika monetarja. L-għan ta' dan id-djalogu huwa li jġib koperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet responsabbli mit-tmexxija ta' politika ekonomika fl-oqsma tal-kompetenza tagħhom.

Koperazzjoni f'dawn l-oqsma għandha tinvolvi oqsma wiesa' ta' azzjoni:

(a) tiżviluppa ambjent ekonomiku bi kreattività kompetittiva u sostenibbli fir-Repubblika tal-Jemen billi tiffaċilita l-aċċess għat-tagħlim u t-teknoloġija tal-Komunità, inter alia, fl-oqsma ta' standards, kontroll ta' kwalità u telekomunikazzjonijiet;

(b) tiffaċilita kuntatti minn negozju għal ieħor, isir skambju ta' informazzjoni u miżuri oħra maħsuba sabiex jippromwovu u jipproteġu l-iskambji kummerċjali inkluża l-promozzjoni ta' l-esportazzjonijiet tal-Jemen;

(ċ) joħolqu ambjent propizju għall-iżvilupp tal-SMEs tal-Jemen u jkun faċilitat l-iskambju ta' l-informazzjoni dwar il-politika ta' l-impriżi u ta' SME, b'mod partikolari dwar it-titjib ta' l-ambjent tan-negozju u l-inkoraġġiment ta' kuntatti aktar mill-qrib mhux biss bejn SMEs, bil-għan li jkunu promossi l-opportunitajiet ta' koperazzjoni kummerċjali u industrijali, iżda wkoll bejn l-awtoritajiet rilevanti tal-Komunità u dawk l-awtoritajiet tal-Jemen responsabbli mill-implimentazzjoni tal-aġġustament makro-ekonomiku;

(d) imexxu djalogu fuq il-koperazzjoni ekonomika bejn ir-Repubblika tal-Jemen u l-Komunità li jinkludi l-iskambju ta' informazzjoni fuq is-sitwazzjoni makroekonomika u l-prospetti u l-istrateġiji ta' żvilupp;

(e) issaħħu l-ftehim reċiproku ta' l-ambjenti ekonomiċi rispettivi tagħhom u l-kultura tan-negozju bħala bażi ta' koperazzja effettiva;

(f) itejbu, fil-limiti tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, il-koperazzjoni fl-istandards u l-materji regolatorji bejn l-awtoritajiet rispettivi, speċjalment fir-rigward ta' taħriġ professjonali, is-simplifikazzjoni u l-armonizzazzjoni ta' l-istandards;

(g) issaħħu t-taħriġ maniġerjali fir-Repubblika tal-Jemen bil-għan li jiġi żviluppati operaturi tan-negozju li huma kapaċi jipparteċipaw b'mod effettiv fl-ambjent tal-kummerċ ewropew;

(h) jippromwovu djalogu bejn ir-Repubblika tal-Jemen u l-Komunità fl-oqsma ta' politika fuq l-enerġija, it-trasferiment ta' teknoloġija u koperazzjoni teknoloġika;

(i) jappoġġjaw l-isforzi tal-Jemen sabiex jimmodernizza u jirristruttura l-industrija billi jinkoraġġixxi l-varjetà tal-produzzjoni industrijali u jtejjeb il-qafas legali u amministrattiv relevanti;

(j) jippromwovu l-involviment tas-settur privat fi programmi ta' koperazzjoni sabiex tissaħħaħ l-koperazzjoni ekonomika u industrijali bejn il-Partijiet. Għal dan il-għan, il-Partijiet għandhom jieħdu miżuri sabiex

- jinkoraġġixxu s-settur privat taż-żewġ Partijiet sabiex jiżviluppaw koperazzjoni kummerċjali, u

- jinvolvu s-setturi privati f'attivitajiet żviluppati fil-qafas ta' dan il-ftehim;

(k) fil-limiti tal-kompetenza rispettiva tagħhom, ikattru l-koperazzjoni f'dak li jirrigwarda servizzi finanzjajrji permezz ta' skambju ta' informazzjoni fuq regolamenti finanzjarji u prattiċi u skemi ta' taħriġ u t-tkattir ta' riforma tas-sistemi bankarji u finanzjarji u l-liberalizzazzjoni tas-servizzi finanzjarji;

(l) jipprovdu għall-koperazzjoni fuq il-faċilitajiet ta' trasport u l-ġestjoni inkluża l-avjazzjoni ċivili u l-ġestjoni tal-portijiet, u jżidu l-użu tal-istandards tal-Komunità f'dan is-settur;

(m) jirrikonoxxu l-importanza ta' koperazzjoni li tikkonċerna is-soċjetà ta' l-informazzjoni u teknoloġiji ta' l-informazzjoni u komunikazzjonijiet li jgħinu sabiex iħaffu l-iżvilupp ekonomiku u l-kummerċ. Jipprovdu djalogu u possibilment assistenza li tikkonċerna ir-regolament u l-istandardizzazzjoni tat-telekomunikazzjonijiet u l-iżvilupp ta' proġetti, b'mod partikolari dawk li jikkonċernaw l-applikazzjoni tat-telematika f'oqsma ta' prijorità (edukazzjoni, saħħa, ambjent, trasport, kummerċ elettroniku).

Fil-limiti tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, il-Partijiet għandhom jaħdmu sabiex jinkoraġġixxu żieda f'investiment ta' benefiċċju reċiproku billi jistabbilixxu klima aktar favorevoli għal investimenti privati billi jkun hemm kondizzjonijiet aħjar għat-tasferiment tal-kapital u billi jappoġġjaw, meta approprjat, il-konklużjoni ta' konvenzjonijiet fuq il-promozzjoni u protezzjoni tal-investimenti bejn l-Istati Membri tal-Komunità u r-Repubblika tal-Jemen fuq il-bażi tal-prinċipji li ma jkunx hemm diskriminazzjoni u tar-reċiproċità.

Artikolu 6

Agrikoltura and Sajd

Il-Partijiet jobbligaw ruħhom, fi spirtu ta' ftehim, li jikkoperaw għal modernizzazzjoni u ristrutturazzjoni ta' l-agrikoltura u s-sajd.

Din il-koperazzjoni trid tkun ikkontrollata l-aktar sabiex jkun hemm:

- assistenza lir-Repubblika tal-Jemen sabiex tiżviluppa u timplimenta strateġija nazzjonali dwar sigurtà fl-ikel,

- żvilupp ta' swieq stabbli,

- żvilupp rurali li jinkludi titjib fis-servizzi bażiċi u l-iżvilupp ta' attivitajiet assoċjati ekonomiċi,

- l-iżvilupp u t-titjib ta' mezzi ta' distribuzzjoni privata, teknika ta' ippakkjar u ħżin, u marketing,

- appoġġ għal privatizzazzjoni u żvilupp fis-settur privat,

- il-konservazzjoni u l-ġestjoni razzjonali tal-ħażniet ta' ħut,

- il-promozzjoni tad-diversifikazzjoni tal-produzzjoni u nuqqas tad-dipendenza fuq l-ikel,

- il-promozzjoni ta' agrikoltura u sajd li jħarsu l-ambjent,

- il-modernizzazzjoni ta' l-infrastruttura f'żoni rurali u l-iżvilupp rurali,

- il-promozzjoni ta' koperazzjoni fis-setturi tas-saħħa, veterinarji u materji ta' annimali u pjanti, li għandhom l-għan li jiżmuntaw l-ostakoli tal-kummerċ, skond il-leġislazzjoni tal-Partijiet għal dan il-Ftehim,

- assistenza teknika u taħriġ.

Il-koperazzjoni tista' tieħu l-forma ta' trasferimenti ta' know-how, il-promozzjoni ta' riċerka fl-agrikoltura, l-istabbiliment ta' joint ventures, u skemi ta' taħriġ.

Artikolu 7

Koperazzjoni fl-Ambjent

Il-Partijiet jirrikonoxxu illi hemm rabta mill-qrib bejn il-faqar u d-degradazzjoni ambjentali. Għalhekk l-għan prinċipali tal-koperazzjoni ambjentali bejn il-Partijiet - fil-limiti tal-kompetenzi rispettivi tagħhom - sa jkun sabiex jittejbu l-prospetti għall-kisba ta' tkabbir ekonomiku sostenibbli u żvilupp soċjali, filwaqt li tingħata prijorità għolja fuq il-protezzjoni tal-ambjent naturali li jinkludi l-ambjent marittimu u t-tnaqqis ta' degredazzjoni ambjentali, b'mod partikolari diżertifikazzjoni.

Il-koperazzjoni tista' tinkiseb bil-modi li ġejjin:

- it-twaqqif ta'strutturi amministrattivi, regolatorji u informattivi li jippermettu l-immanniġġjar razzjonali ta' l-ambjent,

- koperazzjoni fl-iżvilupp ta' sorsi ta' enerġija sostenibbli u li ma jniġġsux, kif ukoll soluzzjonijiet għal problemi ta' tniġġis urban u industrijali,

- jinkoraġġixxu koperazzjoni koordinazzjoni reġjonali,

- skambji ta' informazzjoni u ta' ħila, b'mod partikolari fil-kuntest ta' trasferiment ta' teknoloġija ambjentali adattata,

- skemi ta' taħriġ u ta' konsulenza u l-żvilupp ta'networks.

Artikolu 8

Turiżmu

Fil-limiti tal-kompetenza rispettiva tal-Partijiet, il-prijoritajiet għal koperazzjoni f'dan il-qasam sa jkunu:

- l-intensifikazzjoni ta' skemi ta' taħriġ fl-immaniġġjar u l-amministrazzjoni tal-lukandi u taħriġ għal xogħolijiet relatati,

- l-attirazzjoni ta' investiment lokali u barrani għas-settur tat-turiżmu,

- il-marketing tat-turiżmu u koperazzjoni fin-negozju,

- l-iskambju ta' l-aħjar prattiċi sabiex jiġi żgurat żvilupp sostenibbli fit-turiżmu.

Artikolu 9

Koperazzjoni reġjonali

Il-koperazzjoni ekonomika u koperazzjoni oħra bejn il-Partijiet tista' testendi għal attivitajiet taħt ftehim ta' koperazzjoni jew integrazzjoni ma' pajjiżi oħra ta' l-istess reġjun, sakemm l-istess attivitajiet jaqblu ma' dak il-ftehim.

Iż-żewġ partijiet sa jinkoraġġixxu operazzjonijiet u jagħtu appoġġ tekniku lill-attivitajiet imfassla sabiex jiżviluppaw koperazzjoni bejn ir-Repubblika tal-Jemen u l-ġirien tagħha. F'dan il-kuntest għandha tkun pjanata koordinazzjoni mal-programmi ta' koperazzjoni deċentralizzata tal-Komunità mal-pajjiżi tal-Mediterran u tal-GCC.

Artikolu 10

Xjenza u teknoloġija

Il-Partijiet għandhom iħabirku sabiex jippromwovu koperazzjoni fuq l-iżvilupp xjentifiku u teknoloġiku.

Il-koperazzjoni sa tieħu l-forma ta':

- skambji ta' informazzjoni xjentifika u teknoloġika,

- skambji bejn xjenzati u l-iżvilupp ta' relazzjonijiet interistituzzjonali f'dan il-qasam,

- attivitajiet ta' taħriġ,

- titjib fil-kapaċitajiet ta' riċerka tal-Jemen,

- aċċess għal networks reġjonali ta' koperazzjoni xjentifika u teknoloġika.

Il-partijiet għandhom jiddeterminaw l-oqsma ta' interess reċiproku flimkien. B'mod ġenerali għandha tingħata prijorità lil skemi sabiex tinħoloq sinerġija li jkollha impatt reġjonali, bħall-ambjent, l-immaniġġjar tal-ħamrija, l-ilma u s-saħħa.

Artikolu 11

Koperazzjoni kontra l-abbuż tad-droga u kontroll ta' prekursuri kimiċi u l-ħasil tal-flus

B'konformità mal-kompetenzi rispettivi tagħhom u d-dispożizzjonijiet legali pertinenti, il-Partijiet sa jifthemu sabiex:

- jikkunsidraw miżuri speċjali kontra l-kultivazzjoni illeċita, il-produzzjoni u l-kummerċ fid-drogi, narkotiċi u sustanzi psikotropiċi u kif ukoll prevenzjoni u tnaqqis tal-abbuż tad-droga,

- jikkoperaw sabiex jipprevjenu l-firxa ta' prekursuri kimiċi tad-droga,

- jagħmlu kull sforz sabiex jipprevjenu l-ħasil tal-flus.

Il-koperazzjoni fil-qasam ta' falsifikazzjoni ta' flus bejn il-Partijiet fil-limiti tal-kompetenzi rispettivi tagħhom sa timmira li tistabbilixxi standards xierqa kontra l-ħasil tal-flus ekwivalenti għal dawk adottati mill-Komunità u fora internazzjonali f'dan il-qasam, b'mod partikolari t-Task Force Ta' Azzjoni Finanzjarja (FATF).

Artikolu 12

Koperazzjoni soċjali

Il-Partijiet jirrikonoxxu l-importanza ta' żvilupp soċjali li għandu jmur id f'id ma' żvilupp ekonomiku. Għandhom jagħtu prijorità partikolari sabiex jirrispettaw id-drittijiet bażiċi soċjali.

Fil-limiti tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, il-koperazzjoni għandha tkopri kull qasam ta' interess għal partijiet. Meta jieħu kont ta' l-oqsma ta' kompetenza rispettivi tagħhom u d-dispożizzjonijiet legali pertinenti, il-Partijiet għandhom jagħtu prijorità lil miżuri immirati lejn:

- il-promozzjoni ta' ugwaljanza de facto tan-nisa fi żvilupp ekonomiku u soċjali u l-involviment bilanċjat tan-nisa u l-irġiel fi proċessi relatati ta' teħid ta' deċiżjonijiet b'mod partikolari permezz ta' l-edukazzjoni u l-medja,

- titjib fil-kondizzjonijiet tax-xogħol u protezzjoni soċjali tal-ommijiet u t-tfal,

- titjib tas-sistema ta' protezzjoni soċjali,

- titjib għar-rispons għall-bżonnijiet tas-saħħa.

Artikolu 13

Żvilupp tar-riżorsi umani

Il-Partijiet jaqblu li r-riżorsi umani jikkostitwixxu parti integrali ta' l-iżvilupp ekonomiku u soċjali. Dawn għandhom l-obbligu li jiddeterminaw kif itejbu is-sitwazzjoni ta' l-edukazzjoni u taħriġ professjonali. Għal dan il-għan, aċċess għal edukazzjoni lin-nisa, li tinkludi korsijiet tekniċi, edukazzjoni ta' livell għoli u taħriġ professjonali, għandhom jirċievu attenzjoni speċjali. Sabiex jiġi żviluppat il-livell ta' ħila ta' persunal anzjan fis-setturi pubbliċi u privati, il-Partijiet għandhom iżidu l-koperazzjoni fuq l-edukazzjoni u taħriġ professjonali u jinkoraġġixxu koperazzjoni bejn l-universitajiet u d-ditti.

Artikolu 14

Informazzjoni, kultura u komunikazzjoni

Il-Partijiet, fl-oqsma ta' kompetenza rispettivi tagħhom, u fid-dawl tal-politika tagħhom u interessi reċiproċi, għandhom jistabbilixxu koperazzjoni fl-oqsma ta' l-informazzjoni, kultura, wirt kulturali u komunikazzjonijiet, kemm sabiex joħolqu ftehim reċiproku aħjar u kif ukoll sabiex isaħħu r-rabtiet kulturali bejniethom, li jinkludi, fost affarijiet oħra, bis-saħħa ta' studji u assistenza teknika għal preservazzjoni tal-wirt kulturali.

Fl-isfera tal-kompetenzi tagħhom, din il-koperazzjoni tista' tinkludi:

- programmi ta' informazzjoni reċiproka li tinkludi l-gazzetti u medja awdjoviżiva,

- konservazzjoni u restawr ta' monumenti u bini ta' interess arkitettoniku,

- edukazzjoni u taħriġ,

- ġrajjiet kulturali.

Artikolu 15

Aspetti Istituzzjonali

Għandu jiġi stabbilit Kumitat ta' Koperazzjoni Konġunt fuq livell uffiċjali sabiex jimmonitorja l-implimentazzjoni ġenerali ta' dan il-ftehim.

Għandu jiltaqa' b'mod alternattiv fil-Komunità u fir-Repubblika tal-Jemen, normalment f'intervalli ta'sena. Ir-rwol tiegħu għandu jkun li:

(a) jiżgura t-tħaddim kif suppost ta' dan il-Ftehim;

(b) jistabbilixxi l-prijoritajiet fir-relazzjoni tal-għanijiet ta' dan il-Ftehim;

(ċ) jagħmel rakkomandazzjonijiet xierqa dwar il-promozzjoni ta' l-għanijiet ta' dan il-Ftehim.

Iż-żewġ partijiet jenfasizzaw x-xewqa tagħhom li jaraw kuntatti regolari stabbiliti bejn l-Parlament Ewropej u dak tal-Jemen.

Artikolu 16

Klawsola Evoluttiva

Il-Partijiet jistgħu, b'kunsens reċiproku u fl-oqsma rispettivi ta' kompetenza tagħhom, jestendu dan il-Ftehim sabiex jespandi l-koperazzjoni, itejjbu l-livell tiegħu u jżidu miegħu permezz ta' ftehim futuri fuq setturi jew attivitajiet speċifiċi.

Fil-qafas ta' dan il-Ftehim, kull Parti tista' tressaq suġġerimenti għall-espansjoni tal-koperazzjoni, billi tieħu kont ta' l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tiegħu.

Artikolu 17

Ftehim oħra

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet relevanti tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, la dan il-Ftehim u lanqas xi azzjoni meħuda taħtu ma tista' taffettwa b'xi mod il-poteri tal-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea sabiex tidħol f'attivitajiet bilaterali mar-Repubblika tal-Jemen fil-qafas ta' koperazzjoni ekonomika jew li tikkonkludi, meta approprjat, ftehim ta' koperazzjoni ekonomika ġodda mar-Repubblika tal-Jemen.

Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu hawn fuq, id-dispożizzjonijiet ta' dan il-ftehim għandhom jibdlu d-dispożizzjonijiet ta' ftehim oħra konklużi bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Jemen fejn dawn id-dispożizzjonijiet huma jew inkompattibbli jew identiċi mad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 18

Meta dan il-Ftehim ma jiġix eżegwit

Jekk xi Parti tikkunsidra illi l-Parti l-oħra naqset milli tissodifa xi waħda mill-obbligazzjonijiet taħt dan il-Ftehim, għandha tieħu miżuri xierqa. Qabel tagħmel hekk, ħlief f'każijiet ta' urġenza speċjali, għandha tforni lill-parti l-oħra bl-informazzjoni kollha rilevanti li jkun hemm bżonn għal eżaminazzjoni tajba tas-sitwazzjoni bil-għan li tinsab soluzzjoni aċċettabbli għal Partijiet.

Meta ssir l-għażla tal-miżuri, għandha tingħata prijorità lil dawk li l-anqas ifixxklu t-tħaddim ta' dan il-Ftehim. Dawn il-miżuri għandhom ikunu notifikati malajr lill-Parti l-oħra u għandha ssri konsultazzjoni dwarhom jekk il-Parti l-oħra hekk titlob.

Artikolu 19

Kondizzjonijiet xierqa għal esperti tal-KE nvoluti f'attivitajiet ta' koperazzjoni mħallsa mill-KE fir-Repubblika tal-Jemen

Sabiex jiffaċilitaw koperazzjoni fil-qafas tal-Ftehim, il-Gvern tal-Jemen għandu jagħti lill-uffiċjali tal-KE u esperti involuti li jimplimentaw, koperazzjoni, garanziji, faċilitajiet u privileġġi legali normali skond standards internazzjonali li huma neċessarji għal prestazzjoni tal-funzjonijiet tagħhom. Il-provvisti u merkanzija impurtati għar-Repubblika tal-Jemen fil-qafas tal-implimentazzjoni ta' attivitajiet ta' koperazzjoni għandhom ikunu eżenti minn kull tip ta' taxxa, sisa u nollijiet oħra.

Artikolu 20

Applikazzjoni territorjali

Dan il-Ftehim għandu jgħodd, minn naħa waħda, għat-territorji li għalihom it-Trattat li jistabilixxi il-Komunitajiet Ewropej japplika u taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-Trattat u, minn naħa l-oħra, għat-territorju tar-Repubblika tal-Jemen.

Artikolu 21

Dħul fis-seħħ

Dan il-Ftehim jiħol fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tax-xahar wara d-data li fiha l-partijiet jinnotifikaw lil xulxin bil-proċeduri neċessarji li jiġu kompluti għal dan il-għan.

Dan il-Ftehim huwa konkluż għal perjodu mingħajr limitu sakemm waħda mill-Partijiet tiddenunzjah.

Artikolu 22

Testi awtentiċi

Dan il-Ftehim huwa mgħamul f'duplikat fil-lingwa Daniża, Olandiża, Ingliża, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Taljana, Portugiża, Spanjola, Svediża u Arbija, kull test ikun awtentiku ugwalment.

Artikolu 23

L-Annessi

L-Annessi għal dan il-Ftehim għandhom jiffurmaw parti integrali minnu.

Magħmul fi Brussel fil-ġurnata tal-ħamsa u għoxrin ta' Novembru fis-sena elf disa' mija u sebgħa u disgħin.

Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea

+++++ TIFF +++++

Ir-Repubblika tal-Jemen

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS I

Dikjarazzjoni fuq l-Artikolu 18 – Meta dan il-Ftehim ma jiġix eżegwit

(a) Il-Partijiet jaqblu, għal finijiet ta' interpretazzjoni u applikazzjoni prattika ta' dan il-Ftehim, illi it-terminu "każijiet ta' urġenza speċjali" fl-Artikolu 18 tal-Ftehim tfisser każ ta' ksur materjali tal-Ftehim minn wieħed mill-Partijiet. Ksur materjali tal-Ftehim jikkonsisti f':

- ċaħda tal-Ftehim li mhux sanzjonat mir-regoli ġenerali tal-liġi internazzjonali,

- vjolazzjoni tal-elementi essenzali tal-Ftehim hekk kif stabbilit fl-Artikolu 1.

(b) Il-Partijiet jaqblu li "il-miżuri approprjati" msemmija fl-Artikolu 18 huma miżuri meħuda b'mod konformi mad-dritt internazzjonali. Jekk Parti tieħu miżura f'każ ta' urġenza speċjali hekk kif imniżżel fl-Artikolu 18, il-Parti l-oħra tista' tagħmel użu mill-proċedura relatata mat-tmiem tal-kwistjoni.

--------------------------------------------------

ANNESS II

Dikjarazzjoni konġunta fuq propjetà intellettwali, industrijali u kummerċjali

Il-Partijiet jaqblu għall-finijiet ta' dan il-Ftehim li l-proprjetà intellettwali, industrijali u kummerċjali tinkludi b'mod partikolari protezzjoni tad-drittijiet ta' l-awtur u drittijiet relatati, privattivi, disinni industrijali, trademarks u marki ta' servizzi, software, topografiji ta' ċirkwiti integrati, indikazzjonijiet ġeografiċi, u kif ukoll protezzjoni kontra kompetizzjoni mhux ġusta u protezzjoni ta' informazzjoni mistura dwar in-know how.

--------------------------------------------------

ATT FINALI

Il-plenipotenzarji ta':

l-KOMUNITÀ EWROPEA,

hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejħa "il-Komunità",

minn naħa waħda, u

l-plenipotenzarju tar-Repubblika TAL-JEMEN,

hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejħa "Jemen",

minn naħa l-oħra,

iltaqgħu fi Brussel fil-25 ta' Novembru 1997 għall-iffirmar tal-Ftehim ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Jemen li adottaw it-testi li ġejjin:

il-Ftehim u l-Annessi li ġejjin:

ANNESS I - Dikjarazzjoni fuq l-Artikolu 18 - Non-eżekuzzjoni tal-Ftehim

ANNESS II - Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-propjetà intellettwali, industrijali u kummerċjali

Il-plenipotenzarji tal-Komunità u l-plenipotenzarju tal-Jemen adottaw it-test tad-Dikjarazzjoni Konġunta elenkata hawn isfel u mniżżla bħala anness ma' dan l-Att Finali:

Dikjarazzjoni Konġunta għal dħul mill-ġdid taċ-ċittadini

Magħmul fi Brussel fil-ġurnata tal-ħamsa u għoxrin ta' Novembru fis-sena elf disa' mija u sebgħa u disgħin.

Għall-Komunità Ewropea

+++++ TIFF +++++

Għar-Repubblika tal-Jemen

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------