21997D0904(02)



Official Journal L 242 , 04/09/1997 P. 0069 - 0069


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 22/97

tat-30 ta' April 1997

li temenda l-Anness VII (Rikonoxximent Reċiproku ta' Kwalifiki Professjonali) mal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim fuq Iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat permezz tal-Protokoll li Jaġġusta l-Ftehim fuq Iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawnhekk 'il quddiem msejjaħ il-Ftehim, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi l-Anness VII tal-Ftehim kien emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 25/94 tat-2 ta' Diċembru 1994 [1];

Billi id-Direttiva tal-Kummissjoni 95/43/KE ta' l-20 ta' Lulju 1995 għal Direttiva tal-Kunsill 92/51/KEE fuq it-tieni sistema ġenerali dwar ir-rikonoxximent ta' edukazzjoni u taħriġ professjonali li tissuplimenta Direttiva 89/48/KEE [2] għandha tkun inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiżi li ġej għandhu jkun miżjud fil-punt 1a (Direttiva tal-Kunsill 92/51/KEE) fl-Anness VII tal-Ftehim:

"- 395 L 0043: Direttiva tal-Kumissjoni 95/43/KE ta' l-20 ta' Lulju 1995 (ĠU L 184, tat-3.8.1995, p. 21.)"

Artikolu 2

Fil-punt 1a (Direttiva tal-Kunsill 92/51/KEE) fl-Anness VII tal-Ftehim, adattamenti (b) u (ċ) għandhom ikunu emendati kif ġej:

(i) it-test ta' adattament (b) (a) għandu jkun imħassar;

(ii) il-kliem "Fl-Awstrija", inkluża d-dispożizzjoni, f'adattament (b) (b) għandhom ikunu mħassra;

(iii) il-kliem "Fl-Awstrija", inkluża d-dispożizzjoni, f'adattament (b) (d) għandhom ikunu mħassra;

(iv) il-kliem "Id-Direttiva tal-Kummissjoni 94/38/KE" f'adattament (ċ) għandhom ikunu sostitwiti b' "Direttiva tal-Kummissjoni 95/43/KE".

Artikolu 3

It-testi tad- Direttiva tal-Kummissjoni 95/43/KE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li huma annessi mal-verżjonijiet tal-lingwa rispettiva ta' din id-Deċiżjoni, huma awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 1997, iżda li n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu ġew magħmula lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tkun pubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fit-30 ta' April 1997.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

C. Day

[1] ĠU L 339, tad-29.12.1994, p. 84.

[2] ĠU L 184, tat-3.8.1995, p. 21.

--------------------------------------------------