21996D0919(02)



Official Journal L 237 , 19/09/1996 P. 0041 - 0041


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 34/96

tal-31 ta' Mejju 1996

li temenda l-Anness XIX (Protezzjoni tal-konsumatur) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala l-Ftehim, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi l-Anness XIX għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 18/95 ta' l-24 ta' Frar 1995 [1];

Billi d-Direttiva 95/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' Novembru 1995 li temenda d-Direttiva 79/581/KEE dwar il-protezzjoni tal-konsumatur fl-indikazzjoni tal-prezzijiet ta' affarijiet ta' l-ikel u d-Direttiva 88/314/KEE dwar il-protezzjoni tal-konsumatur fl-indikazzjoni tal-prezzijiet ta' prodotti mhux ikel [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 1 (Direttiva tal-Kunsill 79/581/KEE) fl-Anness XIX għall-Ftehim:

"- 395 L 0058: Id-Direttiva 95/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' Novembru 1995 (ĠU L 299, tat-12.12.1995, p. 11)."

.

Artikolu 2

Dan li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 6 (Direttiva tal-Kunsill 88/314/KEE) fl-Anness XIX għall-Ftehim:

", kif emendat bi

- 395 L 0058: Id-Direttiva 95/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' Novembru 1995 (ĠU L 299, tat-12.12.1995, p. 11)."

.

Artikolu 3

It-testi tad-Direttiva 95/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li huma annessi għall-verżjonijiet tal-lingwi rispettivi ta' din id-Deċiżjoni, huma awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-1 ta' Ġunju 1996, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fil-31 ta' Mejju 1996.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

P. Benavides

[1] ĠU L 83, 13. 4. 1995, p. 49.

[2] ĠU L 299, 12. 12. 1995, p. 11.

--------------------------------------------------