21996D0613(01)



Official Journal L 140 , 13/06/1996 P. 0032 - 0033


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 37/95

tat-22 ta' Ġunju 1995

li temenda l-Anness I (Affarijiet Veterinarji u Fitosanitarji) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea,kif aġġustat bil-Protokoll li Jaġġusta l-Ftehim għaż-ŻonaEkonomika Ewropea, minn hawn iżjed "il quddiem issir referenza għalih bħala l-Ftehim, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu",

Billi l-Anness I għall-Ftehim ġie emendat l-aħħarbid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 4/95 tas-27 ta' Jannar 1995 [1];

Billi d-Direttiva tal-Kummissjoni 94/41/KE tat-18 ta' Lulju 1994li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE dwar addittivi fl-għalf għall-annimali [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjudfil-punt 1 (Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE) tal-Kapitolu II ta'l-Anness II għall-Ftehim qabel l-addattament:

"- 394 L 0041: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 94/41/KE tat-18 ta' Lulju 1994 (ĠU L 209, tat-12.8.1994, p. 18)."

.

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 94/41/KE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li huma annessi għall-verżjonijiet tal-lingwirispettivi ta' din id-Deċiżjoni huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħnhar l-1 ta' Lulju 1995, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifikikollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjonitaż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fit-22 ta' Ġunju 1995.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

P. Benavides

[1] ĠU L 47, tat- 2.3.1995, p. 18.

[2] ĠU L 209, tat- 12.8.1994, p. 18.

--------------------------------------------------