21996D0523(03)



Official Journal L 124 , 23/05/1996 P. 0015 - 0015


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 13/96

ta' l-1 ta' Marzu 1996

li temenda l-Anness XX (Ambjent) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala l-Ftehim, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi l-Anness XX għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 75/95 tal-15 ta' Diċembru 1995 [1];

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 94/66/KE tal-15 ta' Diċembru 1994 li temenda d-Direttiva 88/609/KEE dwar il-limitazzjoni ta' emissjonijiet ta' ċerti sostanzi li jniġġsu fl-arja minn impjanti ta' kombustjoni kbar [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 19 (Direttiva tal-Kunsill 88/609/KEE) fl-Anness XX għall-Ftehim:

", kif emendat bi

- 394 L 0066: Id-Direttiva tal-Kunsill 94/66/KE tal-15 ta' Diċembru 1994 (ĠU L 337, ta' l-24.12.1994, p. 83)."

.

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva tal-Kunsill 94/66/KE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li huma annessi għall-verżjonijiet tal-lingwi rispettivi ta' din id-Deċiżjoni, huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-1 ta' April 1996, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fl-1 ta' Marzu 1996.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

P. Benavides

[1] ĠU L 57, ta' l-7.3.1996, p. 41.

[2] ĠU L 337, ta' l-24.12.1994, p. 83.

--------------------------------------------------