21996A1218(01)



Official Journal L 327 , 18/12/1996 P. 0003 - 0006


Ftehim

f'għamla ta' skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Istat tal-Iżrael dwar l-aġġustament tal-kondizzjonijiet li jirregolaw l-importazzjoni fil-Komunità ta' larinġ li joriġina fl-Iżrael

A. Ittra mill-Komunità

Sinjur,

Għandi l-unur nirreferi għan-negozjati bejn l-awtoritajiet Iżraeljani u l-Kummissjoni Ewropea dwar il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-importazzjoni fil-Komunità ta' larinġ li joriġina fl-Iżrael.

Dawn in-negozjati tmexxew fuq il-bażi ta' skambju ta' ittri dwar l-implimentazzjoni tar-regoli ġodda tad-WTO wara l-Uruguay Round, li tagħmel parti mill-Ftehim ta' Assoċjazzjoni ffirmat fl-20 ta' Novembru 1995, u mill-Ftehim Temporanju, iffirmat fit-18 ta' Diċembru 1995, bejn il-Komunità’ Ewropea u l-Iżrael.

B’deroga mill-Protokoll 1 tal-Ftehim imsemmija, ġie miftiehem li dwar larinġ frisk li jaqa taħt il-kodiċi ex080510:

1. Mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Ġunju ta' kull staġun, 200000 tunnellata metrika ta' larinġ li joriġina fl-Iżrael ikunu eżenti minn dazji ad valorem meta jkunu importati fil-Komunità. Id-dazji ad valorem jitnaqqsu b'60 % fuq il-kwantitajiet importati li jaqbżu din il-kwota.

2. Fil-limiti ta' din il-kwota ta' tariffa, id-dazji speċifiċi jitnaqqsu għal żero matul il-perjodu mill-1 ta' Diċembru sal-31 ta' Mejju jekk ikunu rispettati l-livelli tal-prezzijiet ta' dħul li ġejjin:

1996/1997: | 273 ECU/tunnellata metrika |

1997/1998: | 271 ECU/tunnellata metrika |

1998/1999: | 268 ECU/tunnellata metrika |

1999/2000: | 266 ECU/tunnellata metrika |

2000/2001: | u minn hemm ’il quddiem 264 ECU/tunnellata metrika. |

3. Jekk il-prezz ta' dħul ta' lott partikolari ikun sa 2 %, 4 %, 6 % jew 8 % anqas mill-prezz ta' dħul miftiehem taħt il-paragrafu 2, id-dazju speċifiku jkun ta' 2 %, 4 %, 6 % jew 8 % tal-prezz ta' dħul miftiehem skond il-każ.

4. Jekk il-prezz ta' dħul ta' lott partikulari ikun anqas minn 92 % tal-prezz ta' dħul miftiehem għandu jkun applikat id-dazju speċifiku marbut mad-WTO.

Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ mal-firma taż-żewġ partijiet. Huwa jibda jgħodd b'effett mill-1 ta' Lulju 1996.

Inkun obbligat jekk tikkonferma li l-Gvern tiegħek jaqbel mal-kontenut ta' din l-ittra.

Sinjur, nitolbok tiżgura ruħek mill-ogħla rispett tiegħi.

B. Ittra mill-Iżrael

Sinjur,

Għandi l-unur ngħarrfek li waslitli l-ittra tiegħek bid-data ta' llum li taqra kif ġej:

"Għandi l-unur nirreferi għan-negozjati bejn l-awtoritajiet Iżraeljani u l-Kummissjoni Ewropea dwar il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-importazzjoni fil-Komunità ta' larinġ li joriġina fl-Iżrael.

Dawn in-negozjati tmexxew fuq il-bażi ta' skambju ta' ittri dwar l-implimentazzjoni tar-regoli ġodda tad-WTO wara l-Uruguay Round, li tagħmel parti mill-Ftehim ta' Assoċjazzjoni ffirmat fl-20 ta' Novembru 1995, u mill-Ftehim Temporanju, iffirmat fit-18 ta' Diċembru 1995, bejn il-Komunità Ewropea u l-Iżrael.

B’deroga mill-Protokoll 1 tal-Ftehim imsemmija, ġie miftiehem li dwar larinġ frisk li jaqa taħt il-kodiċi ex080510:

1. Mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Ġunju ta' kull staġun, 200000 tunnellata metrika ta' larinġ li joriġina fl-Iżrael ikunu eżenti minn dazji ad valorem meta jkunu importati fil-Komunità. Id-dazji ad valorem jitnaqqsu b'60 % fuq il-kwantitajiet importati li jaqbżu din il-kwota.

2. Fil-limiti ta' din il-kwota ta' tariffa, id-dazji speċifiċi jitnaqqsu għal żero matul il-perjodu mill-1 ta' Diċembru sal-31 ta' Mejju jekk ikunu rrispettati l-livelli tal-prezzijiet ta' dħul li ġejjin:

1996/1997: | 273 ECU/tunnellata metrika |

1997/1998: | 271 ECU/tunnellata metrika |

1998/1999: | 268 ECU/tunnellata metrika |

1999/2000: | 266 ECU/tunnellata metrika |

2000/2001: | u minn hemm ’il quddiem 264 ECU/tunnellata metrika. |

3. Jekk il-prezz ta' dħul ta' lott partikolari ikun sa 2 %, 4 %, 6 % jew 8 % anqas mill-prezz ta' dħul miftiehem taħt il-paragrafu 2, id-dazju speċifiku jkun ta' 2 %, 4 %, 6 % jew 8 % tal-prezz ta' dħul miftiehem skond il-każ.

4. Jekk il-prezz ta' dħul ta' lott partikulari ikun anqas minn 92 % tal-prezz ta' dħul miftiehem għandu jkun applikat id-dazju speċifiku marbut mad-WTO.

Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ mal-firma taż-żewġ partijiet. Huwa jibda jgħodd b'effett mill-1 ta' Lulju 1996.

Inkun obbligat jekk tikkonferma li l-Gvern tiegħek jaqbel mal-kontenut ta' din l-ittra."

Għandi l-unur nikkonferma li l-Gvern tiegħi jaqbel mal-kontenut tal-ittra tiegħek.

Sinjur, nitolbok tiżgura ruħek mill-l-ogħla rispett tiegħi.

Hecho en Bruselas, el diez de diciembre de mil novecientos noventa y seis.

Udfærdiget i Bruxelles, den tiende december nitten hundrede og seksoghalvfems.

Geschehen zu Brüssel am zehnten Dezember neunzehnhundertsechsundneunzig.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις δέκα Δεκεμβρίου χίλια εννιακόσια ενενήντα έξι.

Done at Brussels on the tenth day of December in the year one thousand nine hundred and ninety-six.

Fait à Bruxelles, le dix décembre mil neuf cent quatre-vingt-seize.

Fatto a Bruxelles, addì dieci dicembre millenovecentonovantasei.

Gedaan te Brussel, de tiende december negentienhonderd zesennegentig.

Feito em Bruxelas, em dez de Dezembro de mil novecentos e noventa e seis.

Tehty Brysselissä kymmenentenä päivänä joulukuuta vuonna tuhatyhdeksänsataayhdeksänymmentäkuusi.

Som skedde i Bryssel den tionde december nittonhundranittiosex.

Por la Comunidad EuropeaFor Det Europæiske FællesskabFür die Europäische GemeinschaftΓια την Eυρωπαϊκή ΚοινότηταFor the European CommunityPour la Communauté européennePer la Comunità europeaVoor de Europese GemeenschapPela Comunidade EuropeiaEuroopan yhteisön puolestaPå Europeiska gemenskapens vägnar

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

Għall-Gvern tal-Istat tal-Iżrael

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------