Official Journal L 292 , 15/11/1996 P. 0029 - 0030
Ftehim F’għamla ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu li jimmodifika l-arranġamenti għal importazzjonijiet lejn il-Komunità ta’ ross li joriġina fi u ġej minn l-Eġittu 1. Ittra Nru 1 Brussel, 4 ta’ Novembru 1996. Sinjur, Għandi l-unur nirreferi għall-Ftehim f’għamla ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu dwar l-arranġamenti għal importazzjonijiet lejn il-Komunità ta’ ross li joriġina fi u ġej minn l-Eġittu. Taħt dan il-Ftehim, id-dazji doganali applikabbli għal ccccc ta’ ross (kodiċi tan-NK 1006) li joriġina fi u ġej minn l-Eġittu għandhom ikunu dawk ikkalkolati skond l-Artikolu 12 tar-Regolament (KEE) Nru 1418/76 imnaqqsa b’ammont ugwali għal 25 % tal-valur tad-dazji msemmija. L-applikazzjoni tat-tnaqqis f’dazji doganali konċess m’għandhiex tkun iktar suġġetta għall-kollezzjoni mill-Eġittu ta’ levy (taxxa) ta’ esportazzjoni fuq il-prodott. Dan it-tnaqqis f’dazji doganali għandu jkun applikabbli mill-1 ta’ Mejju 1996. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha jkun iffirmat miż-żewġ Partijiet. Inkun nafulek jekk tikkonferma l-qbil tiegħek mal-kontenut ta’ din l-ittra. Jekk jogħġbok aċċetta, Sinjur, l-assigurazzjoni ta’ l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi. Għall-Komunità Ewropea +++++ TIFF +++++ Ittra Nru 2 Brussel, 4 ta’ Novembru 1996. Sinjur, Għandi l-unur nirrikonoxxi l-irċevuta ta’ l-ittra tiegħek tad-data ta’ llum li fiha preċiżament dan li ġej: "Għandi l-unur nirreferi għall-Ftehim fl-għamla ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu dwar l-arranġamenti għal ccccc lejn il il-Komunità bbbbb l-Eġittu. Taħt dan il-Ftehim, id-dazji doganali applikabbli għal ccccc ta’ ross (kodiċi tan-NK 1006) li joriġina fi u ġej minn l-Eġittu għandhom ikunu dawk ikkalkolati skond l-Artikolu 12 tar-Regolament (KEE) Nru 1418/76 imnaqqsa b’ammont ugwali ta’ 25 % tal-valur tad-dazji msemmija. L-applikazzjoni tat-tnaqqis f’dazji doganali konċess m’għandiex tkun iktar suġġetta għal kollezzjoni mill-Eġittu ta’ levy (taxxa) ta’ esportazzjoni fuq il-prodott. Dan it-tnaqqis f’dazji doganali għandu jkun applikabbli mill-1 ta’ Mejju 1996. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha jkun iffirmat miż-żewġ Partijiet. Inkun nafulek jekk tikkonferma l-qbil tiegħek mal-kontenut ta’ din l-ittra.’" Għandi l-unur nikkonferma l-qbil tal-Gvern tar-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu. Jekk jogħġbok aċċetta, Sinjur, l-assigurazzjoni ta’ l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi. Għall-Gvern tar-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------