21995D0302(02)



Official Journal L 047 , 02/03/1995 P. 0022 - 0022


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 2/95

tas-27 ta' Jannar 1995

li temenda l-Anness I (Affarijiet veterinarji u fitosanitarji) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li Jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala l-Ftehim, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi l-Anness I għall-Ftehim ġie l-aħħar emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 12/94 tat-28 ta' Settembru 1994 li temenda l-Anness I (Affarijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE [1];

Billi d-Direttiva tal-Kummissjoni 94/17/KE tat-22 ta' April 1994 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE dwar addittivi fl-għalf għall-annimali [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 1 (Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE) tal-Kapitolu II ta' l-Anness II għall-Ftehim qabel l-addattamenti:

"- 394 L 0017: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 94/17/KE tat-22 ta' April 1994 (ĠU L 105, tas-26.4.1994, p. 19)."

.

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 94/17/KE fil-lingwa Islandiża u Norveġiża, li huma annessi għall-verżjonijiet tal-lingwi rispettivi ta' din id-Deċiżjoni huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-1 ta' Marzu 1995, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fis-27 ta' Jannar 1995.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

G. J. L. Avery

[1] ĠU L 292, tat-12.11.1994, p. 39.

[2] ĠU L 105, tas-26.4.1994, p. 19.

--------------------------------------------------