21995A1101(01)



Official Journal L 262 , 01/11/1995 P. 0054 - 0065


Ftehim qafas għal koperazzjoni

bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

minn naħa waħda, u

IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA FEDERATTIVA TAL-BRAŻIL,

Minn naħa l-oħra,

META JQISU r-relazzjonijiet bonarji u r-rabtiet tradizzjonali bejn l-Istati Membri tal-Komunita' Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejħa "l-Komunità" u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil, hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejħa "il-Brażil",

JAFFERMAW MILL-ĠDID l-importanza li huma jassoċjaw mal-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, għal valuri demokratiċi u r-rispett tad-drittijiet umani,

KONXJI tar-rieda komuni li jespandu u jiddiversifikaw il-kummerċ bejniethom u jtejbu l-koperazzjoni fil-kummerċ, materji ekonomiċi, xjenza u teknoloġija u materji finanzjarji,

JGĦARFU l-konsegwenzi pożittivi tal-proċess ta' riforma, modernizzar ta' l-ekonomija u liberalizzazzjoni tal-kummerċ fil-Brażil għar-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi bejn il-Partijiet,

JILQGĦU l-istituzzjonalizzazzjoni tad-djalogu bejn ir-Rio Group u l-Komunità u l-Istati Membri tagħha mogħtija forma tanġibbli mid-Dikjarazzjoni ta' Ruma ta' l-20 ta' Diċembru 1990, kif ukoll l-integrazzjoni ulterjuri mis-Suq Komuni tas-Southern Cone (Mercosur),

JGĦARFU l-importanza ta' protezzjoni ikbar ta' l-ambjent flimkien mal-bżonn ta' żvilupp ekonomiku u soċjali sostenibbli,

KONVINTI mill-importanza ta' regoli u prinċipji tal-Ftehim Ġenerali fuq Tariffi u Kummerċ (GATT) għal kummerċ internazzjonali miftuħ, u jaffermaw mill-ġdid l-impenji tagħhom skond dak il-Ftehim u r-rispett tagħhom lejn id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-libertà ta' l-investiment,

JGĦARFU l-bżonn li jippromovi drittijiet soċjali u partikolarment id-drittijiet ta' ħafna mis-setturi żvantaġġati,

IDDEĊIDEW li jikkonkludu dan il-Ftehim u għal dan il-fini jinnominaw bħala l-Plenipotenzarji tagħhom:

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA FEDERATTIVA TAL-BRAŻIL,

LI, wara li skambjaw bejniethom il-pieni poteri tagħhom, li nstabu li kienu tajbin u fil-forma dovuta,

FTEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Bażi demokratika għal koperazzjoni

Rabtiet ta' koperazzjoni bejn il-Komunità u l-Brażil, u dan il-Ftehim fl-intier kollu tiegħu huma bbażati fuq ir-rispett għal prinċipji demokratiċi u drittijiet umani li jispiraw il-politiki domestiċi u internazzjonali kemm tal-Komunità u tal-Brażil u li jikkostitwixxu element essenzjali ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 2

Tisħiħ tal-koperazzjoni

1. Il-Partijiet Kontraenti hawnhekk jintrabtu li jassenjaw saħħa mill-ġdid lir-relazzjonijiet bejniethom. Biex jiksbu dan l-għan essenzjali, huma jirriżolvu li jippromwovu partikolarment l-iżvilupp ta' koperazzjoni relata mal-kummerċ, investiment, finanzi u teknoloġija, jieħdu kont tas-sitwazzjoni speċjali tal-Brażil bħala pajjiż li għadu qed jiżviluppa.

2. Il-Partijiet Kontraenti jirrikonoxxu l-valur, fid-dawl ta' l-għanjiet ta' dan l-Ftehim, li jikkonsultaw lil xulxin fuq materji internazzjonali ta' interess reċiproku.

Artikolu 3

Koperazzjoni ekonomika

1. Il-Partijiet Kontraenti, ħadu qies ta' l-interess reċiproku u l-għanijiet ekonomiċi ta' skadenza twila u medja, intrabtu li jistabbilixxu koperazzjoni ekonomika ta' skop l-iktar wisa' possibbli. L-għanjiet ta' koperazzjoni bħal din għandhom ikunu partikolarment:

(a) ġeneralment biex itejbu u jiddiversifikaw ir-rabtiet ekonomiċi bejniethom;

(b) biex jikkontribuwixxu għall-iżvilupp sostenibbli ta' l-ekonomiji u l-livelli ta' għajxien tagħhom;

(ċ) biex jippromwovu l-espansjoni tal-kummerċ sabiex jiksbu diversifikazzjoni u jiftħu swieq ġodda;

(d) biex jinkoraġixxu l-fluss ta' l-investiment, it-trasferiment ta' teknoloġija u jsaħħu l-protezzjoni ta' l-investiment;

(e) biex jippromwovu l-koperazzjoni bejn l-operaturi ekonomiċi, partikolarment intrapriżi żgħar u ta' daqs medju;

(f) biex jistabbilixxu l-kondizzjonijiet li jikkontribwixxu għall-ħolqien tax-xogħol;

(g) biex jipproteġu u jtejjbu l-ambjent;

(h) biex jinkoraġġixxu l-miżuri ta' żvilupp rurali;

(i) biex isaħħu l-fondazzjoni xjentifika u l-kapaċità għal innovazzjoni tal-Partijiet Kontraenti;

(j) biex jappoġġjaw sforzi u inizjattivi għal integrazzjoni reġjonali.

2. Mingħajr ma jeskludu xi qasam mill-bidunett, il-Partijiet Kontraenti għandhom, fl-interess reċiproku tagħhom u b'rigward għal kompetenza u kapaċitajiet tagħhom, jistabbilixxu bi ftehim komuni l-isferi li għandhom jiġu kopruti mill-koperazzjoni ekonomika. Il-koperazzjoni għandha tiċċentra partikolarment fuq dawn li ġejjin:

(a) l-industrija;

(b) l-użu ta' riżorsi naturali fl-isfond ta' żvilupp sostenibbli;

(ċ) proprjetà intellettwali, inklużi propjetà industrijali, standards u kriterja ta' kwalità;

(d) regolamenti tas-saħħa u s-saħħa tal-pjanti;

(e) is-servizzi in ġenerali, u turiżmu u trasport partikolarment;

(f) proċessar ta' data, elettronika, telekomunikazzjonijiet, l-użu tat-teknoloġija ta' l-ispazju;

(g) informazzjoni fuq materji monetarji.

3. Fl-interessi tal-ksib ta' l-għanijiet tal-koperazzjoni ekonomika, l-Partijiet Kontraenti għandhom, kull wieħed skond il-liġijiet tiegħu, jirsistu biex jippromwovu attivitajiet inklużi dawn li ġejjin:

(a) skambju kontinwu ta' opinjonijiet u informazzjoni b'konnessjoni mal-koperazzjoni, primarjament billi takkwista aċċess għal bażi ta' data eżistenti jew billi twaqqaf ġodda;

(b) inkoraġġament ta' joint ventures, u f'termini iktar ġenerali l-iżvilupp ta' partnerships li huma adattati għall-ħtiġijiet tad-ditti,

(ċ) organizzar ta' żjarat, laqgħat u attivitajiet biex jippromwovu l-koperazzjoni bejn individwi u delegazzjonijiet li jirrapreżentaw ditti jew organizzazzjonijiet ekonomiċi, u joħolqu l-makkinarju u l-istituzzjonijiet adattati;

(d) organizzar ta' seminars u laqgħat bejn negozjanti, tirranġa u torganizza fieri, esebizzjonijiet u simpożji speċjalizzati, u tippromovi kuntatti bejn l-operaturi ekonomiċi f'dawn l-avvenimenti;

(e) studji jew rapporti ta' evalwazzjoni li jikkonċernaw il-probabiltà tal-proġett jew l-għażla avvanzata ta' forom ġodda ta' koperazzjoni;

(f) proġetti ta' riċerka u skambju ta' xjentisti.

Artikolu 4

Stat nazzjonali l-iktar favorevoli

Il-Partijiet Kontraenti għandhom jippermettu lil xulxin trattament tan-nazzjon l-iktar favorit fil-kummerċ, skond il-Ftehim Ġenerali fuq it-Tariffi u l-Kummerċ.

Iż-żewġ Partijiet jaffermaw mill-ġdid ir-rieda tagħhom li jagħmlu kummerċ ma' xulxin skond dak il-Ftehim.

Artikolu 5

Żvilupp tal-koperazzjoni fil-kummerċ

1. Il-Partijiet Kontraenti intrabtu li jiżviluppaw u jiddiversifikaw il-kummerċ għall-għola grad possibbli, jieħdu qies tas-sitwazzjoni ekonomika ta' kull waħda mill-Partijiet u tiffaċilita t-transazzjoni tal-kummerċ bejniethom sakemm hu possibbli.

2. Għal dak il-fini, l-Partijiet Kontraenti għandhom jirsistu biex isibu metodi li jnaqqsu u jeliminaw l-ostakoli li jimpedixxu l-iżvilupp tal-kummerċ, notevolment ostakoli non-tariff u para-tariff, jieħdu qies tax-xogħol digà magħmul f'dan il-qasam mill-organizzazzjonijiet internazzjonali.

3. Il-Partijiet Kontraenti ftehmu li jippromovu l-skambju ta' informazzjoni u li jżommu l-konsultazzjonijiet fuq il-kwistjonijiet ta' tariffi, saħħa u ħtieġijiet tekniċi, liġijiet u prattiċi tal-kummerċ, u fuq kull anti-dumping jew taxxi kompensatorji li jistgħu japplikaw.

4. Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligazzjonijiet tagħhom skond il-GATT, il-Partijiet Kontraenti intrabtu li jikkonsultaw lil xulxin fuq kull kontroversja li tista' tinqala b'konnessjoni mal-kummerċ.

Jekk wieħed mill-Partijiet jitlob din il-konsultazzjoni, din għandha isir kemm jista' jkun malajr. Il-Parti kontraenti li qed tagħmel it-talba għandha tipprovdi lill-Parti l-oħra b'kull informazzjoni neċessarja għall-eżaminazzjoni dettaljata tas-sitwazzjoni.

Tentattivi għandhom jiġu magħmula minn dawn il-konsultazzjonijiet biex jirriżolvu kontorversji kummerċjali malajr kemm jista' jkun.

5. Fil-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti, jekk allegazzjonijiet jinqalgħu ta' dumping jew sussidju li jwasslu għal investigazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti, kull Parti Kontraenti tintrabat li teżamina t-talbiet magħmula minn Parti oħra b'konnessjoni mal-każ in kwestjoni.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet Kontraenti għandhom jinfurmaw l-partijiet interessati fuq talba tagħhom dwar il-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzjali li jservu bħala l-bażi għal deċiżjoni. Informazzjoni bħal din għandha tiġi provduta qabel il-konklużjonijiet definittivi ta' l-investigazzjoni huma milħuqa, u f'ħin suffiċjenti għal partijiet interessati biex jiddefendu l-interessi tagħhom.

Qabel ma' anti-dumping u taxxi kompensatorji definittivi jiġu imposti, l-Partijiet Kontraenti għandhom jagħmlu ħilthom kollha biex iġibu soluzzjoni kostruttiva għal problema.

6. Paragrafi 3, 4 u 5 għandhom jiefqu japplikaw meta l-kodiċi ġdid ta' l-anti-dumping u strumenti tal-GATT oħra li bħalissa qed jiġu negozjati ġewwa l-Uruguay Round jidħlu fis-seħħ fil-Brażil u l-Komunità.

Artikolu 6

Mezzi biex tinkiseb koperazzjoni fil-kummerċ

Fl-interessi biex iseħħ iktar koperazzjoni attiva fil-kummerċ, il-Partijiet Kontraenti jintrabtu li jieħdu passi, skond il-liġijiet rispettivi tagħhom u jikkonsidraw id-differenzi fil-livelli ta' l-iżvilupp, inklużi li ġejjin:

- jippromovu laqgħat, skambji u kuntatti bejn intraprendituri ta' kull waħda mill-Partijiet, bl-għan li jiddentifikaw l-merkanzija adattata għall-bejgħ fuq is-suq tal-Parti l-oħra,

- jiffaċilitaw il-koperazzjoni amministrattivi bejn is-servizzi tad-dwana tagħhom, partikolarment fir-rigward ta' taħriġ professjonali, is-simplifikar tal-proċeduri u l-prevenzjoni u l-kxif ta' vjolazzjonijiet tar-regolamenti tad-dwana,

- jinkoraġġixxu u jipprovdu appoġġ għal attivitajiet li jippromovu l-kummerċ bħal seminars, simpożji, fieri u esebizzjonijiet tal-kummerċ u industrijali, żjarat kummerċjali, żjarat reċiproċi, ġimgħat tal-kummerċ u attivitajiet oħra, bl-għan li jappoġġjaw u jakkumpanjaw sforzi biex jespandu l-kummerċ,

- jipprovvdu appoġġ għall-organizzazzjonijiet u ditti proprji, biex jagħmlu possibli li jimpenjaw ruħhom f'attivitajiet li huma ta' benefiċċju għaż-żewġ naħat,

- jieħdu qies ta' l-interess ta' xulxin b'rigward għal aċċess fis-suq tal-kumditajiet, semi-lesti u merkanzija manifatturata u bl-għanjiet miftehma fl-organizzazzjonijiet kompetenti internazzjonali,

- jeżaminaw il-metodi biex jiffaċilitaw u jeliminaw l-ostakoli għal kummerċ, jieħdu qies tax-xogħol ta' l-organizzazzjonijiet internazzjonali.

Artikolu 7

Ammissjoni temporanja tal-merkanzija

Il-Partijiet Kontraenti intrabtu li jikkonsidraw eżenzjonijiet ta' taxxa u dazju għal importazzjoni temporanja ġewwa t-territorju tagħhom ta' merkanzija, skond il-liġijiet rispettivi tagħhom u jieħdu qies, kull meta possibbli, ta' ftehim internazzjonali eżistenti f'dan il-qasam.

Artikolu 8

Koperazzjoni industrijali

Il-Partijiet Kontraenti għandhom jippromovu l-espansjoni u d-diversifikazzjoni tal-bażi tal-produzzjoni tal-Brażil fis-setturi industrijali u tas-servizzi, jindirrizzaw l-attivitajiet ta' koperazzjoni lejn l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju partikolarment u jinkoraġġixxu passi biex jiffaċilitaw l-aċċess minn naħa ta' l-intrapriżi għal egħjun ta' kapital, għal swieq u teknoloġija adattata, kif ukoll iħeġġu attivitajiet ta' joint venture indirizzati speċjalment lejn kummerċ bejn il-Partijiet u mmirati lejn swieq ta' pajjiżi terzi.

Għal dan il-għan, fil-limiti tar-responsabbilitajiet tagħhom, il-Partijiet Kontraenti għandhom jinkoraġġixxu l-proġetti u l-operazzjonijiet li jippromovu koperazzjoni bejn ditti, bħal joint ventures, subcontracting, trasferiment ta' teknoloġija, liċenzji, riċerka applikata u dritt ta' rappreżentanza, notevolment billi jikkonsolidaw networks eżistenti għal promozzjoni ta' l-industrija u l-investiment, bħal Msieħba ta' Investiment tal-Komunitajiet Ewropej (ECIP) u n-Network ta' Koperazzjoni tal-Kummerċ (BC-Net).

Artikolu 9

Investiment

Il-Partijiet Kontraenti ftehmu, sakemm il-kompetenza tagħhom, regoli u regolamenti u politiki jippermettu:

- biex jinkoraġixxu ż-żieda fl-investiment ta' benefiċċju reċiproku,

- biex jeżaminaw il-possibilità li jwaqqfu operazzjonijiet u mekkaniżmi biex itejbu l-klima għal dan l-investiment li żżomm mal-linji gwida tal-paragrafu 38 tad-Dikjarazzjoni ta' Ruma fuq ir-relazzjonijiet bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-pajjiżi tar-Rio Group.

Artikolu 10

Koperazzjoni fl-oqsma tax-xjenza u tat-teknoloġija

1. Skond l-interess reċiproku tagħhom u l-għanjiet tal-politiki dwar ix-xjenza tagħhom, il-Partijiet Kontraenti intrabtu li jippromovu l-koperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija mmirata partikolarment lejn:

- tisħiħ tar-rabtiet bejn il-komunitajiet xjentifiċi u teknoloġiċi,

- l-inkoraġġament ta' l-iskambju ta' riċerkaturi,

- il-promozzjoni ta' trasferimenti ta' teknoloġija ta' benefiċċju reċiproku,

- iħeġġu r-relazzjonijiet bejn ċentri ta' riċerka fuq iż-żewġ naħat,

- jistimolaw l-innovazzjoni,

- jiddefinixxu l-qafas ta' koperazzjoni fil-qasam tax-xjenza applikata.

2. L-estensjoni tal-koperazzjoni għandu jiġi determinat mix-xewqat tal-Partijiet, li għandhom flimkien jagħżlu oqsma ta' prijorità.

3. Bl-għan li jintlaħqu l-għanjiet stabbiliti, l-Partijiet Kontraenti għandhom jippromovu u jistimolaw attivitajiet inklużi dawn li ġejjin: taħriġ ta' persunal xjentifiku ta' kalibru għoli, proġetti ta' riċerka konġunti u l-iskambju ta' informazzjoni xjentifika permezz ta' seminars, workshops, kungressi u laqgħat tax-xogħol bejn il-komunitajiet xjentifiċi taż-żewġ Partijiet. Dawn l-attivitajiet jistgħu jiġu amministrati fost l-istituzzjonijiet, korpi u impriżi fis-setturi pubbliċi jew privati.

Artikolu 11

Koperazzjoni fil-qasam ta' l-istandards

Mingħajr preġudizzju għal-obbligazzjonijiet internazzjonali tagħhom, fl-iskop tar-responsabbilitajiet tagħhom, u skond il-liġijiet tagħhom, il-Partijiet Kontraenti għandhom jieħdu passi biex inaqqsu d-differenzi b'referenza għal piżijiet u miżuri, standardizzazzjoni u ċertifikazzjoni billi jippromovu l-użu ta' sistemi ta' standards u ċertifikazzjoni kompatibbli. Għal dan il-fini, għandhom jiġu inkoraġġati dawn li ġejjin partikolarment:

- jistabbilixxu rabtiet bejn l-esperti sabiex jiffaċilitaw l-iskambji ta' informazzjoni u studji fuq piżijiet u miżuri, standards, u kontroll ta' kwalità, promozzjoni u ċertifikazzjoni,

- jinkoraġġixxu skambju u l-kuntatt bejn korpi u l-istituzzjonijiet li jispeċjalizzaw f'dawn l-oqsma,

- jippromovu miżuri mmirati lejn l-otteniment ta' rikonoxximent reċiproku ta' sistemi ta' ċertifikazzjoni tal-kwalità,

- jiżviluppaw l-assistenza teknika b'konnessjoni mal-piżijiet u l-miżuri, standards u ċertifikazzjoni, u b'konnessjoni ma' programmi ta' promozzjoni tal-kwalità,

- iżomm konsultazzjoni biex jiżguraw li l-istandards ma jikkostitwux barriera għal kummerċ.

Artikolu 12

Żvilupp teknoloġiku u proprjetà intellettwali

1. Għall-fini biex tintlaħaq kollaborazzjoni effettiva bejn l-impriżi fil-Brażil u l-impriżi fil-Komunità fl-oqsma tat-trasferimenti ta' teknoloġija, liċenzjar, investiment konġunt u finanzjament b' kapital ta' sogru, l-Partijiet Kontraenti ħadu r-responsabbiltà:

- biex jidentifikaw il-fergħat jew setturi ta' l-industrija dwar liema l-koperazzjoni ser tiċċentra u l-mezzi biex tippromovi l-koperazzjoni industrijali fil-qasam tat-teknoloġija għolja,

- biex jikkoperaw fl-inkoraġġament l-immobilizzar tar-riżorsi finanzjarji biex jappoġġjaw proġetti konġunti bejn l-impriżi fil-Brażil u l-impriżi fil-Komunità l-għan ta' liema huwa biex japplikaw sejbiet ġodda fit-teknoloġija għall-industrija,

- biex jappoġjaw it-taħriġ ta' impjegati tar-riċerka teknoloġika kwalifikati,

- biex jippromovu l-innovazzjoni b'mezzi ta' skambju ta' informazzjoni fuq il-programmi ta' kull Parti amministrati għal dak il-għan, skambju perjodiku ta' esperjenzi mnissla mit-tmexxija ta' programmi mwaqqfa u b'mezzi ta' waqfien temporanju għal dawk il-persuni responsabbli għal promozzjoni ta' l-innovazzjoni fil-Brażil u istituzzjonijiet tal-Komunità.

2. Il-Partijiet Kontraenti intrabtu li jiżguraw, sakemm il-liġijiet, regolamenti u politiki tagħhom jippermettu, li protezzjoni effettiva u adattata hija provduta għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, inklużi patenti, marki tal-fabbrika jew tas-servizzi, dritt ta' l-awtur u drittijiet relatati, titli ġeografiċi (inklużi marki ta' oriġini), disinji industrijali u topografiji ta' ċirkwiti integrati, tirriniforza din il-protezzjoni fejn mixtieq. Intrabtu ukoll li kull meta possibbli biex jiffaċilitaw l-aċċess għal banek ta' data u databases f'dan il-qasam.

Artikolu 13

Koperazzjoni fil-qasam ta' tħaffir fil-minjieri

Il-Partijiet Kontraenti ftehmu li jippromovu l-koperazzjoni fit-tħaffir tal-minjieri skond il-liġijiet tagħhom u prinċipalment mill-implimentazzjoni ta' operazzjonijiet immirati lejn dawn li ġejjin:

- jistimolaw l-involviment ta' l-impriżi taż-żewġ Partijiet fl-esplorazzjoni, esplojtazzjoni u marketing tar-riżorsi minerali rispettivi,

- jagħmlu attivitajiet biex jinkoraġixxu joint venture fil-forma ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju li jaħdmu fis-settur tat-tħaffir fil-minjieri,

- jeżegwixxu skambju ta' esperjenza u teknoloġija relatati ma' l-esplorazzjoni u l-esplojtazzjoni fil-minjieri u l-prestazzjoni ta' riċerka konġunta biex iżiedu l-opportunitajiet għall-iżvilupp teknoloġiku.

Artikolu 14

Koperazzjoni fil-qasam ta' l-enerġija

Il-Partijiet Kontraenti jgħarfu l-importanza tas-settur ta' l-enerġija għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali, u huma preparati biex itejbu l-koperazzjoni relatata ma' tifdil u l-użu effiċjenti ta' l-enerġija. Koperazzjoni imtejba bħal din ser tinkludi ippjanar li jikkonċerna l-enerġija u l-konsiderazzjoni ta' l-implikazzjonijiet ambjentali.

Għal dawn il-finijiet, il-Partijiet Kontraenti ftehmu biex jippromwovu:

- l-amministrazzjoni ta' studji konġunti u riċerka,

- appalti bejn dawk responsabbli għall-ippjanar ta' l-enerġija (inklużi rapporti dwar studji ta' enerġija avvanzati u ħwejjeġ oħra bħal dawn),

- l-eżekuzzjoni ta' programmi u proġetti konġunti f'dan il-qasam.

Artikolu 15

Koperazzjoni fil-qasam tat-trasport

Jgħarfu l-importanza tat-trasport għall-iżvilupp ekonomiku u l-intensifikar tal-kummerċ, il-Partijiet Kontraenti għandhom jaddottaw il-miżuri neċessarji biex javvanzaw l-koperazzjoni f'dan il-qasam.

Koperazzjoni fil-qasam tat-trasport, ta' l-ajru, tat-toroq u ferrovjarju u f'dik ta' l-infrastruttura għandhom jikkonċentraw fuq dawn li ġejjin:

- l-iskambju ta' informazzjoni fuq suġġetti ta' interess komuni, inklużi l-politiki,

- taħriġ ta' programmi mmirati lejn operaturi ekonomiċi u dawk inkarigati mid-dipartimenti tas-settur pubbliku,

- assistenza teknika partikolarment b'konnessjoni ma' programmi għall-immodernizzar ta' l-infrastruttura, tibdil ta' materjal mobbli, vetturi u inġenji, u l-introduzzjoni ta' teknoloġija relatat ma' trasport kombinat u multi-mode.

Artikolu 16

Koperazzjoni fil-qasam ta' teknoloġija ta' informazzjoni u telekomunikazzjonijiet ta' l-użu tat-teknoloġija spazjali

Il-Partijiet Kontraenti jgħarfu li t-teknoloġija ta' l-informazzjoni u telekomunikazzjonijiet huma vitali għall-iżvilupp ta' l-ekonomija u s-socjetà u jiddikjaraw ruħhom preparati biex jippromovu l-koperazzjoni fl-oqsma ta' interess komuni, prinċipalment b'referenza għal dawn li ġejjin:

- standardizzazzjoni, ittestjar u ċertifikazzjoni,

- telekomunikazzjonijiet b' bażi fl-art jew spazjali bħal networks ta' trasport, satelliti, fibra ottika, sistemi integrati ta' network diġitali (ISDN), trasmissjoni ta' data,

- elettronika and mikroelettronika,

- informazzjoni u awtomazzjoni,

- televiżjoni ta' definizzjoni għolja,

- riċerka u żvilupp f'teknoloġiji ta' l-informazzjoni ġodda u telekomunikazzjonijiet,

- promozzjoni ta' investiment u investiment konġunt.

Koperazzjoni bħal din għandha isir partikolarment permezz ta':

- kollaborazzjoni bejn l-esperti,

- studji u skambju ta' informazzjoni,

- taħriġ ta' xjenzati u esperti fit-teknika,

- formulazzjoni ta' proġetti ta' benefiċju reċiproku,

- promozzjoni ta' proġetti konġunti relatati ma' riċerka u żvilupp, l-istabbiliment ta' networks ta' informazzjoni u databases li jgħaqqdu universitajiet, ċentri tar-riċerka, laboratorji ta' l-ittestjar, impriżi u operaturi fis-setturi privat jew pubbliċi fil-Komunità u fil-Brażil.

Artikolu 17

Koperazzjoni fil-qasam tat-turiżmu

Skond il-liġijiet tagħhom, il-Partijiet Kontraenti għandhom jikkontribwixxu għal koperazzjoni fuq it-turiżmu, li ser tiġi miksuba minn miżuri speċifiċi inklużi:

- skambju ta' informazzjoni u l-eżegwiment ta' studji avvanzati,

- assistenza fl-ipproċessar ta' statistiċi u data,

- taħriġ,

- l-organizzazzjoni ta' avvenimenti,

- il-promozzjoni ta' investiment u investiment konġunt sabiex jespandu l-ivjaġġar tat-turisti.

Artikolu 18

Koperazzjoni fil-qasam ta' l-ambjent

Fl-istituzzjoni tal-koperazzjoni fuq materji ambjentali, l-Partijiet Kontraenti jaffermaw ir-rieda li jikkontribwixxu għall-iżvilupp sostenibbli. Huma ser jirsistu biex jirrikonċiljaw il-bżonn għal żvilupp ekonomiku u soċjali mal-bżonn għal protezzjoni tan-natura dovuta, u ser jiddedikaw attenzjoni partikolari fil-koperazzjoni tagħhom għal sezzjonijiet tal-popolazzjoni l-iktar żvantaġġati, għal ambjent urban u l-protezzjoni ta' l-ekosistemi bħal foresti tropikali.

Għal dawn il-finijiet, il-Partijiet Kontraenti għandhom jirsistu biex jaħdmu flimkien, skond il-liġijiet tagħhom, fuq miżuri li għandhom miri inklużi dawn li ġejjin:

- titjib tal-faċilitajiet ambjentali fis-setturi pubbliċi u privati,

- taħriġ ta' speċjalisti,

- informazzjoni pubblika u kuxjenza,

- il-prestazzjoni ta' l-istudji, l-organizzazzjoni ta' laqgħat u l-iskambju ta' kapaċità u kompetenzi,

- l-iżvilupp ta' proġetti konġunti,

- appoġġ u assistenza għar-riċerka ambjentali,

- koperazzjoni industrijali fil-qasam ta' l-ambjent.

Artikolu 19

Koperazzjoni fl-agrikoltura, foresti u postijiet rurali

Il-Partijiet Kontraenti għandhom jistabbilixxu koperazzjoni fl-oqsma ta' l-agrikoltura, l-ambjent rurali, foresti, agro-industrija u agri-oġġetti ta' l-ikel.

Għal dawn il-finijiet, fl-ispirtu tal-koperazzjoni u rieda tajba jieħdu qies tal-liġijiet rispettivi tagħhom fuq materji bħal dawn, il-Partijiet Kontraenti għandhom jeżaminaw:

- l-opportunitajiet għall-iżvilupp tal-kummerċ fil-prodotti agrikolturali, foresti u agro-industrijali,

- miżuri ta' saħħa, saħħa tal-pjanti u ambjentali, u l-konsegwenzi tagħhom, li jiżguraw li huma ma jfixklux il-kummerċ.

Il-Partijiet Kontraenti għandhom jirsistu biex jippromwovu l-koperazzjoni li tikkonċerna:

- l-iżvilupp ta' l-agrikoltura,

- l-iżvilupp u l-protezzjoni tar-riżorsi forestali,

- l-ambjenti agrikolturali u rurali,

- kwistjonijiet relatati mad-dimensjoni umana ta' l-iżvilupp,

- taħriġ fix-xjenza u teknoloġija relatat ma' l-agrikoltura,

- riċerka agrikulturali,

- kuntatt bejn il-bdiewa tal-Partijiet Kontraenti, fl-interess li tiffaċilita operazzjonijiet tal-kummerċ u l-investiment,

- statistiċi agrikolturali.

Artikolu 20

Koperazzjoni fil-qasam tas-saħħa pubblika

Il-Partijiet Kontraenti ftehmu li jikkoperaw fil-qasam tas-saħħa pubblika, bl-għan li jżiedu l-aċċess għal, u l-kwalità tal-kura tas-saħħa provduta fil-Brażil, jikkonċentraw l-isforzi tagħhom fuq bażi ta' kura tas-saħħa għal sezzjonijiet tal-popolazzjoni l-iktar żvantaġġati.

Għal dawn il-finijiet huma għandhom jfittxu li:

- jappoġġjaw t-taħriġ professjonali f'oqsma speċifiċi tal-kura tas-saħħa,

- jistabbilixxu programmi u proġetti għat-titjieb tal-kondizzjonijiet ta' saħħa u benesseri f'postijiet urbani u rurali,

- jappoġġjaw il-ġlieda kontra l-mard infettiv u kontaġġuż, inkluż l-acquired immune deficiency syndrome (AIDS).

Artikolu 21

Koperazzjoni fil-qasam ta' l-iżvilupp soċjali

1. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jistabbilixxu koperazzjoni fil-qasam ta' l-iżvilupp soċjali, bl-għan li jtejbu l-kondizzjonijiet ta' għajxien u l-kwalità tal-ħajja tas-sezzjonijiet tal-popolazzjoni l-iktar żvantaġġati.

2. Miżuri ser jiġu implimentati b'dawn l-għanjiet, inkluż l-appoġġ, essenzalment fil-forma ta' assistenza teknika fl-oqsma li ġejjin:

- amminstrazzjoni fis-servizzi soċjali,

- taħriġ professjonali u kreazzjoni ta' impjiegi,

- it-titjieb fil-kondizzjonijiet ta' l-għajxien u l-iġjene f'postijiet urbani u rurali,

- mediċina preventiva,

- protezzjoni tat-tfal,

- programmi ta' edukazzjoni u assistenza għal trasgressuri minorenni.

Artikolu 22

Il-ġlieda kontra d-drogi

1. Skond il-liġijiet rispettivi tagħhom, il-Partijiet Kontraenti intrabtu li jikkordinaw u jtejjbu l-isforzi tagħhom bix jipprevjenu u jnaqqsu l-produzzjoni u l-konsum tad-drogi.

2. Koperazzjoni bħal din għandha tinkludi li ġejjin:

- proġetti għal taħriġ, edukazzjoni, trattament u ditossifikazzjoni ta' ivvizjati, inklużi proġetti għar-reintegrazzjoni ta' nies ivvizjati fl-ambjenti soċjali u tax-xogħol. Dawn il-proġetti ser jiġu implimentati fil-pajjiżi benefiċjari bl-użu ta' l-infrastruttura eżistenti kull fejn possibli,

- programmi ta' riċerka u proġetti,

- miżuri biex jinkoraġixxu opportunitajiet ekonomiċi alternattivi,

- l-iskambju ta' l-informazzjoni kollha relevanti, inkluż dik relatata mal-ħasil ta' flus.

3. Il-Partijiet Kontraenti jistgħu jfittxu finanzjament għall-operat imsemmi fil-paragrafu 2 minn istituzzjonijiet pubbliċi u privati u minn organizzazzjonijiet nazzjonali, reġjonali jew internazzjonali.

Artikolu 23

Koperazzjoni fil-qasam tal-koperazzjoni u l-integrazzjoni reġjonali

1. Koperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti tista' testendi għal azzjoni meħuda fil-kuntest ta' ftehim koperazzjoni jew integrazzjoni ma' pajjiżi oħra fl-istess reġjun, bil-kondizzjoni li din l-azzjoni hija kompatibbli ma' dawk l-ftehim.

2. Mingħajr ma twarrab xi sfera, l-azzjoni li ġejja għandha tiġi mogħtija konsiderazzjoni partikolari:

- assistenza teknika (is-servizzi minn esperti minn barra, taħriġ ta' staff tekniku f'ċerti aspetti prattiċi ta' l-integrazzjoni),

- promozzjoni ta' kummerċ inter-reġjonali,

- appoġġ għall-istituzzjonijiet reġjonali u għal proġetti u inizjattivi konġunti stabbiliti kemm taħt l-Mercosur, ir-Rio Group jew it-Trattat ta' Koperazzjoni ta' l-Amazon,

- studji li jikkonċernaw rabtiet u komunikazzjonijiet reġjonali.

3. Ċerti oqsma, bħal telekomunikazzjonijiet u l-ambjent, jistgħu jiġu miftuħa, bi ftehim konġunt, għal parteċipazzjoni b'pajjiżi interessati oħra fir-reġjun, għalhekk jevitaw il-limitazzjoni tal-koperazzjoni għal livell strettament bilaterali.

Fuq talba ta' wieħed jew l-ieħor tal-Partijiet Kontraenti, tipi oħra ta' proġetti jistgħu jiġu mogħtija dimensjoni reġjonali.

Artikolu 24

Koperazzjoni fil-qasam ta' l-amministrazzjoni pubblika

1. Skond il-liġijiet rispettivi tagħhom, il-Partijiet Kontraenti għandhom jikkoperaw fil-materji amministrattivi fl-livelli federali, statali u muniċipali.

2. Għal dawn il-finijiet, huma għandhom jieħdu passi mmirati lejn:

- modernizzar tas-settur pubbliku,

- jipprovdu taħriġ f'tekniċi ta' amministrazzjoni ġodda,

- taħriġ ulterjuri jew ta' aġġornament biex iżiedu l-mobilità u jħallu assenjazzjoni mill-ġdid meħtieġa mill-bidliet amministrattivi,

- reviżjoni totali u titjib fil-metodi ta' ppjanar tal-budget,

- jipprovdu assistenza teknika għas-servizzi soċjali: koperazzjoni għall-ippjanar ekonomiku u soċjali.

3. il-Partijiet Kontraenti għandhom għalhekk jirranġaw:

- laqgħat ta' u żjarat minn esperti tekniċi, seminars u korsijiet ta' taħriġ għall-impjegati taċ-ċivil fl-livel federali, Statali u municipali,

- skambju ta' informazzjoni fuq programmi għall-immodernizzar tad-dipartimenti tas-servizz ċivili kkonċernati.

Artikolu 25

Koperazzjoni fil-qasam ta' l-informazzjoni u l-kultura

Skond il-poteri rispettivi tagħhom il-Partijiet Kontraenti ftehmu li jaġixxu konġuntement fl-oqsma ta' l-informazzjoni u l-komunikazzjoni sabiex isaħħu r-rabtiet kulturali li diġa jeżistu bejn il-Brażil u l-Istati Membri tal-Komunità.

Dawn il-miżuri għandhom jieħdu l-forma, partikolarment, ta':

- skambju adattat ta' informazzjoni fuq kwistjonijiet ta' interess komuni,

- studji preparatorji u assistenza teknika għall-preservazzjoni tal-wirt kulturali,

- inkoraġġament ta' avvenimenti kulturali u skambji kulturali u akkademiċi.

Artikolu 26

Koperazzjoni fil-qasam tas-sajd

Il-Partijiet Kontraenti jirrikonoxxu l-importanza li jottjenu konvergenza fl-interessi tagħhom fil-qasam tas-sajd. Huma għalhekk għandhom jirsistu biex isaħħu u jiżviluppaw l-koperazzjoni f'dan ir-rirgward bi tfassil u implimentar ta' programmi speċifiċi, bil-parteċipazzjoni attiva ta' l-operaturi ekonomiċi kkonċernati.

Artikolu 27

Koperazzjoni fil-qasam tat-taħriġ

Il-Partijiet Kontraenti għandhom jimplimentaw programmi ta' taħriġ professjonali fis-setturi ta' interess reċiproku, jieħdu qies ta' teknoloġiji ġodda f'dan il-qasam.

Koperazzjoni bħal din tista' tieħu l-forma ta':

- miżuri mmirati li jinvolvu esperti jew individwi bl-esperjenza f'kummerċ partikolari li jiġu mibgħuta lejn pajjiżi sieħba,

- korsijiet għal dawk li joffru taħriġ, impjegati taċ-ċivil jew staff eżekuttiv tas-settur privat,

- programmi għall-iskambju ta' kapaċità u metodi ta' teknika bejn istituzzjonijiet (partikolarment fl-istatistiċi).

Artikolu 28

Riżorsi sabiex tissaħħaħ il-koperazzjoni

Sabiex jottjenu l-għanjiet tal-koperazzjoni ddikjarati f'dan il-Ftehim, il-Partijiet Kontraenti għandhom jintrabtu li jagħmlu għad-dispożizzjoni, fil-limiti tal-possibilitajiet tagħhom u mill-kanali proprji tagħhom, ir-riżorsi adattati, inklużi riżorsi finanzjarji. F'dan ir-rigward, programmar multiannwali ser jiġi eżegwit u l-prijoritajiet determinati, skond il-bżonnijiet u l-livell ta' żvilupp tal-Brażil.

Artikolu 29

Kumitat Konġunt

1. Il-Partijiet Kontraenti jiddeċiedu li jżommu l-Kumitat Konġunt stabbilit skond il-Ftehim ta' Koperazzjoni tal-1982. Huma jiddeċiedu ukoll li jżommu s-Sottokumitat dwar ix-Xjenza u t-Teknoloġija stabbilit fl-1987 u s-Sottokumitat dwar il-Koperazzjoni Industrijali fl-1989.

2. Il-Kumitat Konġunt għandu:

- jiżgura l-funzjoni korretta ta' dan il-Ftehim,

- jikkordina attivitajiet, proġetti u operazzjonijiet speċifiċi b'relazzjoni ma' l-għanjiet ta' dan il-Ftehim u jipproponi mezzi neċessarji biex jimplimentawhom,

- jistudja l-iżvilupp tal-kummerċ u l-koperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti,

- jagħmel kull rakkommandazzjoni meħtieġa biex jippromovi l-espansjoni tal-kummerċ u jintensifika u jiddiversifika il-koperazzjoni,

- jfittex metodi adattati biex jilqa' minn qabel għal problemi li jistgħu jinqalgħu fl-oqsma kopruti mill-Ftehim.

3. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jistabbilixxu bi ftehim l-aġendi u d-dati u l-lokalitajiet tal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt.

Il-Kumitat innifsu għandu jistabbilixxi dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-frekwenza u l-lokalità tal-laqgħat, presidenza, l-istabbiliment ta' sottokumitati addizzjonali sussegwenti tagħhom għal dawk digà eżistenti u materji oħra.

Artikolu 30

Ftehim oħra

1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej, la dan il-Ftehim u lanqas kull azzjoni meħuda taħtu m'għandhom b'xi mod jaffettwaw il-poteri ta' l-Istati Membri tal-Komunità li jintrabtu għall-attivitajiet bilaterali mal-Brażil fil-qasam tal-koperazzjoni ekonomika jew fejn adattat biex jikkonkludu ftehim ekonomiċi ġodda mal-Brażil.

2. Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' paragrafu 1 li jikkonċerna l-koperazzjoni ekonomika, d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim għandhom jibdlu d-dispożizzjonijiet tal-ftehim konklużi bejn l-Istati Membri tal-Komunità u l-Brażil fejn dawn id-dispożizzjonijiet huma jew inkompatibbli ma' jew identiċi għad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 31

Klawsola għall-applikazzjoni territorjali

Dan il-Ftehim għandu japplika, min-naħa, għat-territorji li fihom it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità huwa applikat u skond il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dak it-Trattat u, min-naħa l-oħra, għat-territorju tal-Brażil.

Artikolu 32

L-Anness

L-Anness għandu jifforma parti intergrali minn dan il-Ftehim.

Artikolu 33

Dħul fis-seħħ u tiġdid taċitu

Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet Kontraenti jinnotifikaw lil xulxin dwar it-tmiem tal-proċeduri neċessarji għal dan l-iskop. Hu konkluż għal perjodu ta' ħames snin. Hu għandu jiġi mġedded taċitament fuq bażi annwali sakemm ebda wieħed mill-Partijiet Kontraenti ma jiddenunzja lill-Parti l-oħra bil-miktub sitt xhur qabel id-data ta' skadenza.

Artikolu 34

Testi awtentiċi

Dan il-Ftehim huwa mfassal f'duplikat fil-lingwa Daniża, Olandiża, Ingliża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Taljana, Portugiża u Spanjola, kull test ikun ugwalment awtentiku.

Artikolu 35

Klawsola għal żvilupp ulterjuri

1. Il-Partijiet Kontraenti jistgħu b' kunsens reċiproku jespandu dan il-Ftehim bil-ħsieb biex itejbu l-livelli ta' koperazzjoni u jissuplimentawhom permezz ta' strumenti fuq setturi speċifiċi jew attivitajiet.

2. Ġewwa l-kwadru ta' l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim, wieħed mill-Partijiet Kontraenti jista' jpoġġi l-quddiem suġġerimenti biex iwessa' l-iskop tal-koperazzjoni, jieħu qies ta' l-esperjenza miġjuba fl-implimentazzjoni reċiproka tagħha.

EN FE DE LO CUAL, los plenipotenciarios abajo firmantes suscriben el presente acuerdo.TIL BEKRÆFTELSE HERAF har undertegnede befuldmægtigede underskrevet denne aftale.ZU URKUND DESSEN haben die unterzeichneten Bevollmächtigten ihre Unterschriften unter dieses Abkommen gesetzt.ΕΙΣ ΠΙΣΤΩΣΗ ΤΩΝ ΑΝΩΤΕΡΩ, οι υπογεγραμμένοι πληρεξούσιοι έθεσαν τις υπογραφές τους στην παρούσα συμφωνία.IN WITNESS WHEREOF the undersigned Plenipotentiaries have signed this Agreement.EN FOI DE QUOI, les plénipotentiaires soussignés ont apposé leurs signatures au bas du présent accord.IN FEDE DI CHE, i plenipotenziari sottoscritti hanno apposto le loro firme in calce al presente accordo.TEN BLIJKE WAARVAN de ondergetekende gevolmachtingden hun handtekening onder deze Overeenkomst hebben gesteld.EM FÉ DO QUE, os plenipotenciários abaixo assinados apuseram as suas assinaturas no final do presente Acordo.

Hecho en Brasilia, el veintinueve de junio de mil novecientos noventa y dos.Udfærdiget i Brasilia, den niogtyvende juni nitten hundrede og tooghalvfems.Geschehen zu Brasilia am neunundzwanzigsten Juni neunzehnhundertzweiundneunzig.Έγινε στη Βραζιλία, στις είκοσι εννέα Ιουνίου χίλια εννιακόσια εννενήντα δύο.Done at Brasilia on the twenty-ninth day of June in the year one thousand nine hundred and ninety-two.Fait à Brasilia, le vingt-neuf juin mil neuf cent quatre-vingt-douze.Fatto a Brasilia, addì ventinove giugno millenovecentonovantadue.Gedaan te Brasilia, de negenentwintigste juni negentienhonderd twee-en-negentig.Feito em Brasília, em vinte e nove de Junho de mil novecentos e noventa e dois.

Por el Consejo de las Comunidades EuropeasFor Rådet for De Europæiske FællesskaberFür den Rat der Europäischen GemeinschaftenΓια το Συμβούλιο των Ευρωπαϊκών ΚοινοτήτωνFor the Council of the European CommunitiesPour le Conseil des Communautés européennesPer il Consiglio delle Comunità europeeVoor de Raad van de Europese GemeenschappenPelo Conselho das Comunidades Europeias

+++++ TIFF +++++

Por el Gobierno de la República Federativa de BrasilFor regeringen for Den Føderative Republik BrasilienFür die Regierung der Föderativen Republik BrasilienΓια την Κυβέρνηση της Ομόσπονδης Δημοκρατίας της ΒραζιλίαςFor the Government of the Federative Republic of BrazilPour le gouvernement de la République fédérative du BrésilPer il Governo della Repubblica federativa del BrasileVoor de Regering van de Federatieve Republiek BraziliëPelo Governo da República Federativa do Brasil

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS

Skambju ta' ittri

bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil fuq it-trasport marittimu

A. Ittra mill-Komunità

Sinjur,

Aħna nkunu obbligati jekk inti tikkonferma li l-Gvern tiegħek huwa fi ftehim ma' li ġej:

Meta l-Kwadru tal-Ftehim għal koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil ġie ffirmat, il-Partijiet ħadu r-responsabbiltà li jindirizzaw bl-iktar mod adattat materji li jirrelataw ma' l-operat tat-trasport bil-baħar, partikolarment fejn l-iżvilupp tal-kummerċ jista' jiġi mfixkel. Soluzzjonijiet sodisfaċenti reċiproċi fuq trasport bil-baħar ser jiġu mfittxija, waqt li l-prinċipju ta' kompetizzjoni ħielsa u imparzjali fuq bażi kummerċjali huwa osservat.

Bl-istess mod ġie miftiehem li materji bħal dawn għandhom jiġu diskussi ukoll mill-Kumitat Konġunt. Jekk jogħġbok aċċetta, Sinjur, l-assigurazzjoni ta' l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi.

F'isem il-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej

B. Ittra mir-Repubblika Federattiva tal-Brażil

Sinjur,

Għandi l-unur li nirrikonoxxi l-irċevuta ta' l-ittra tiegħek bid-data tal-lum u nikkonferma l-ftehim tal-Gvern tiegħi ma' li ġej:

"Meta l-Kwadru tal-Ftehim għal koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil ġie ffirmat, il-Partijiet ħadu r-responsabbiltà li jindirizzaw bl-iktar mod adattat materji li jirrelataw ma' l-operat tat-trasport bil-baħar, partikolarment fejn l-iżvilupp tal-kummerċ jista' jiġi mfixkel. Soluzzjonijiet sodisfaċenti reċiproċi fuq trasport bil-baħar ser jiġu mfittxija, waqt li l-prinċipju ta' kompetizzjoni ħielsa u imparzjali fuq bażi kummerċjali huwa osservat.

Bl-istess mod ġie miftiehem li materji bħal dawn għandhom jiġu diskussi ukoll mill-Kumitat Konġunt."

Jekk jogħġbok aċċetta, Sinjur, l-assigurazzjoni ta' l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi.

Għal Gvern tar-Repubblika Federattiva tal-Brażil

--------------------------------------------------