21994A1223(15)



Official Journal L 336 , 23/12/1994 P. 0184 - 0189
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 38 P. 0186
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 38 P. 0186


Ftehim dwar is-salvagwardji

IL-MEMBRI,

Filwaqt li jżommu f'moħħhom il-għan ġenerali tal-Membri li jtejbu u jsaħħu s-sistema kummerċjali internazzjonali msejsa fuq il-GATT 1994;

Jagħrfu l-ħtieġa li jiċċaraw u jirrinfurzaw id-dixxiplini tal-GATT 1994, u b'mod speċifiku dawk ta' l-Artikolu XIX tiegħu (l-Azzjoni ta' Emerġenza dwar l-Impostazzjonijiet ta' Prodotti Partikolari), għalbiex jistabbilixxu mill-ġdid il-kontroll multilaterali fuq is-salvagwardji u jeliminaw il-miżuri li jiskappaw dan il-kontroll;

Jagħrfu l-importanza ta' aġġustament strutturali u l-ħtieġa li jtejbu iktar milli jillimitaw il-kompetizzjoni fis-swieq internazzjonali; u

Jagħrfu iktar illi, għal dawn il-għanijiet, jitolbu għal ftehim komprensiv, li japplika għall-Membri kollha u msejjes fuq il-prinċipji tal-GATT 1994;

HAWNHEKK JIFTIEHMU KIF ĠEJ;

Artikolu 1

Dispożizzjoni Ġenerali

Dan il-Ftehim jistabilixxi regoli sabiex jiġu applikati r-regoli tas-salvagward, li għandhom jinftiehmu li jfissru dawk il-miżuri pprovvduti fl-Artikolu XIX tal-GATT 1994.

Artikolu 2

Il-kondizzjonijiet

1. Membru [1] jista' japplika miżura ta' salvagward għal prodott biss jekk dan il-Membru jkun stabbilixxa, skond id-dispożizzjonijiet iddikjarati hawn taħt, li dan il-prodott ikun qiegħed jiġi importat fit-territorju tiegħu fi kwantitajiet hekk miżjuda, assoluti jew relattivi għall-produzzjoni domestika, u skond dawk il-kondizzjonijiet li jikkawżaw jew jheddu li jikkawżaw inġurja gravi lill-industrija domestika li tipproduċi prodotti simili jew kompetittivi indirettament.

2. Il-miżuri tas-salvagward għandhom jiġu applikati għal prodott li jkun qiegħed jiġi importat b'mod irrispettiv mis-sors tiegħu.

Artikolu 3

L-investigazzjoni

1. Membru jista' japplika miżura tas-salvagward biss wara investigazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta' dan il-Membru skond il-proċeduri stabbiliti qabel u magħmula pubbliċi skond l-Artikolu X tal-GATT 1994. Din l-investigazzjoni għandha tinkludi avviż pubbliku raġjonevoli lill-partijiet kollha interessati u s-smigħ pubbliku u mezzi oħra li bihom l-importaturi, l-esportaturi u partijiet oħra interessati jkunu jistgħu jippreżentaw ix-xiehda u l-veduti tagħhom, inkluża l-opportunità li jirrispondi għall-preżentazzjonijiet ta' partijiet oħra u jissottomettu l-veduti tagħhom, fost ħwejjeġ oħra, rigward jekk l-applikazzjoni ta' miżura tas-salvagward tkunx fl-interess pubbliku. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw rapport li jiddikjara s-sejbiet tagħhom u konklużjonijiet irraġjonati milħuqa dwar il-kwistjonijiet pertinenti kollha ta' fatt u ta' dritt.

2. Kull tagħrif li huwa kunfidenzali fin-natura tiegħu jew li jiġi pprovvdut fuq bażi kunfidenzali għandu jiġi ttrattat ta' hekk mill-awtoritajiet kompetenti, meta tiġi murija l-kawża. Dan it-tagħrif ma għandux jiġi żvelat mingħajr il-permess tal-parti li tissottomettih. Il-partijiet li jipprovdu tagħrif kunfidenzali jistgħu jiġu mitluba li jfornu sommarji mhux kunfidenzali ta' dan jew, jekk dawn il-partijiet jindikaw li dan it-tagħrif ma jistax jiġi ssommarizzat, ir-raġunijiet għaliex dan it-tagħrif ma jistax jiġi pprovvdut. Madankollu, jekk l-awtoritajiet kompetenti jsibu illi talba għall-kunfidenzalità ma tkunx mandata u jekk il-parti interessata jew ma tkunx trid tagħmel dan it-tagħrif pubbliku jew tawtorizzata l-iżvelar tiegħu f'għamla ġġeneralizzata jew sommarja, l-awtoritajiet jistgħu ma jagħtux każ ta' dan it-tagħrif għajr jekk ikun jista' jiġi muri għas-sodisfazzjon tagħhom mis-sorsi approprjati li t-tagħrif huwa korrett.

Artikolu 4

il-Mod Kif Tiġi Stabbilita Inġurja Gravi jew it-Tehdida Tagħha

1. Għall-għanijiet ta' dan il-Ftehim:

(a) "inġurja gravi" għandha tiġi mifhuma li tfisser ħsara sinifikati ġenerali fil-pożizzjoni ta' l-industrija domestika;

(b) "tehdida ta' inġurja gravi" għandha tinftiehem li tfisser inġurja gravi li tkun imminenti biċ-ċar, skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2. Il-mod kif tiġi stabbilita l-eżistenza ta' tehdida ta' inġurja gravi għandu jkun imsjjes fuq il-fatti u mhux sempliċement fuq allegazzjoni, konġentura jew possibbiltàà remota; u

(ċ) meta tkun qiegħda tiġi stabbilita inġurja jew tehdida tagħha, "industrija domestika" għandha tinftiehem il-prodotturi kollha flimkien tal-prodotti simili jew kompetittivi direttament li joperaw ġewwa t-territorju ta' Membru, jew dawk li r-riżultat tal-produzzjoni kollettiva tal-prodotti simili jew kompetittivi direttament jikkostitwixxu proporzjon maġġuri tal-produzzjoni totali domestika ta' dawn il-prodotti.

2. (a) Fl-investigazzjoni sabiex tistabbilixxi jekk importazzjonijiet miżjuda jkunux jikkawżawx jew qegħin jheddu li jikkawżaw inġurja gravi lill-industrija domestika skond it-termini ta' dan il-Ftehim, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw il-fatturi rilevanti kollha ta' natura oġġettiva u li jistgħu jiġu kkwantifikati li jkollhom rilevanza fuq is-sitwazzjoni ta' din l-industrija, b'mod partikolaru, ir-rata u l-ammont taż-żieda fl-importazzjonijiet tal-prodott interessat f'termini assoluti u relattivi, is-sehem tas-suq domestiku meħud mill-impotazzjonijiet miżjuda, il-bidliet fil-livell tal-bejgħ, il-produzzjoni, il-produttività, l-utilizzazzjoni tal-kapital, il-profitti u t-telf u x-xogħol.

(b) L-istabbilizzazzjoni riferita fis-subparagrafu (a) ma għandhiex tintgħamel għajr jekk din l-investigazzjoni turi, fuq il-bażi ta' xiehda oġġettiva, l-eżistanza tar-rabta każwali bejn l-importazzjonijiet miżjuda tal-prodott interessat u l-inġurja gravi jew it-tehdida tagħha. Meta fatturi oħra għajr l-importazzjonijiet miżjuda jkunu qegħdin jikkawżaw inġurja lill-industrija domestika fl-istess waqt, din l-inġurja ma għandhiex tiġi attribwita għall-importazzjonijiet miżjuda.

(ċ) L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw minnufih, skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 3, analiżi ddettaljat tal-każ taħt l-investigazzjoni kif ukoll bħala wirja tar-rilevanza tal-fatturi eżaminati.

Artikolu 5

L-Applikazzjoni tal-Miżuri tas-Salvagward

1. Membru għandu jissalvagwardja miżuri biss safejn u sakemm meħtieġa għalbiex jipprevjienu jew jirrimedjaw inġurja gravi u għalbiex jiffaċilitaw l-aġġustament. Jekk tintuża restrizzjoni kwantitattiva, din il-miżura ma għandhiex tnaqqas il-kwantità ta' l-importazzjonijiet taħt il-livell ta' perjodu reċenti taż-żmien li għandu jkun il-medju ta' l-importazzjonijiet fl-aħħar tliet snin rappreżentattivi li għalihom huma disponibbli l-istatistiċi, għajr jekk tingħata ġustifikazzjoni ċara li huwa meħtieġ livell differenti għalbiex jipprevjieni jew jirrimedja inġurja gravi. Il-Membri għandhom jagħżlu l-miżuri iktar xierqa sabiex jinkisbu dawn il-għanijiet.

2. (a) F'każijiet li fihom tiġi allokata kwota fost il-pajjżi fornituri, il-Membru li japplika r-restrizzjonijiet jista' jfittex ftehim rigward l-allokazzjoni ta' l-ishma fil-kwota mal-Membri l-oħra kollha li jkollhom interess sostanzjali li jfornu l-prodott intressat. F'każijiet li fihom dan il-metodu mhux prattikabbli b'mod raġjonevoli, il-Membru interessat għandu jqassam lill-Membri li jkollhom interess sostanzjali li jfornu l-ishma tal-prodott imsejsa fuq il-proporzjonijiet, forniti minn dawn il-Membri matul perjodu rappreżentattiv taż-żmien ta' qabel, il-kwantità totali jew il-valur totali ta' l-importazzjonijiet tal-prodott, filwaqt li tingħata konsiderazzjoni mistħoqqa lil kull fattur speċjali li jista' affettwa jew li jista' jkun qiegħed jaffettwa l-kummerċ fil-prodott.

(b) Membru jista' jitlaq id-dispożizzjonijiet fis-subparagrafu (a) sakemm jiġu kondotti konsultazzjonijiet skond il-paragrafu 3 ta' l-Artikolu 12 taħt l-awspiċji tal-Kumitat tas-Salvagwardji pprovvdut fil-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 13 u dik il-wirja ċara kif ipprovvduta lill-Kumitat li (i) l-importazzjonijiet minn ċerti Membri li jkunu żdiedu f'perċentwal sproporzjonat fejn tidħol iż-żieda totali ta' l-importazzjonijiet tal-prodott interessat fil-perjodu rappreżentattiv taż-żmien, (ii) ir-raġunijiet tat-tluq mid-dispożizzjonijiet fis-subparagrafu (a) ikunu ġġustifikati, u (iii) il-kondizzjonijiet ta' dan it-tluq ikunu ekwitabbli għall-fornituri kollha tal-prodott interessat. It-tul taż-żmien ta' kull miżura minn din ma għandhiex testendi lil hemm mill-pejodu inizjali taż-żmien skond il-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 7. It-tluq riferit hawn fuq ma għandux jiġi permess fil-każ ta' tehdida ta' inġurja gravi.

Artikolu 6

Il-Miżuri Proviżorji tas-Salvagward

F'ċirkostanzi kritiċi fejn id-dewmien ikun jista' jikkawża ħsara li jkun diffiċli li tissewwa, Membru jista' jieħu miżura proviżorja tas-salvagward skond li jiġi stabbilit b'mod preliminari li teżisti xiehda ċara illi l-importazzjonijiet miżjuda ikkawżaw jew qegħdin jheddu li jikkawżaw inġurja gravi. It-tul taż-żmien tal-miżura proviżorja ma għandux jaqbeż il-200 jum, li matulu għandhom jiġu ssodisfatti l-ħtiġiet pertinenti ta' l-Artikoli minn 7 sa 12. Dawn il-miżuri għandhom jieħdu l-għamla ta' żidiet fit-tariffi li jridu jiġu rifużi minnufih jekk l-investigazzjoni sossegwenti riferita fil-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 4 ma tistabbilixxix illi l-importazzjonijiet miżjuda jkunu kkawżaw jew heddu li jikkawżaw inġurja gravi lil industrija domestika. It-tul taż-żmien ta' kull miżura proviżorja minn din għandha titqies parti mill-perjodu inizjali taż-żmien u kull estensjoni riferiti fil-paragrafi 1, 2 u 3 ta' l-Artikolu 7.

Artikolu 7

It-Tul taż-Żmien u r-Rivista tal-Miżuri tas-Salvagward

1. Membru għandu japplika l-miżuri tas-salvagwrd biss għal dak il-perjodu taż-żmien li jista' jkun meħtieġ għalbiex jipprevjieni jew jirrimedja inġurja gravi u jiffaċilita l-aġġustament. Il-perjodu taż-żmien ma għandux jaqbeż il-erbgħa snin, għajr jekk jiġi estiż skond il-paragrafu 2.

2. Il-perjodu taż-żmien imsemmi fil-paragrafu 1 jista' jiġi estiż sakemm l-awtoritajiet kompetenti tal-Membru importatur ikun stabbilixxa, skond il-proċeduri ddikjarati fl-Artikoli 2, 3, 4 u 5, illi l-mżura tas-salvagward tissokta meħtieġa sabiex tipprevjieni jew tirrimedja inġurja gravi li tkun teżisti xiehda illi l-indutrija tkun qiegħda taġġusta ruħha, u sakemm jiġu osservati d-dispożizzjonijiet perrtinenti ta' l-Artikoli 8 u 12.

3. Il-perjodu totali taż-żmien ta' l-applikazzjoni ta' miżura tas-salvagwrd inkluż il-perjodu taż-żmien ta' l-applikazzjoni ta' kull miżura proviżorja, il-perjodu ta' l-applikazzjoni inizjali u kull estensjoni tagħha, ma għandhomx jaqbżu t-tmien snin.

4. Sabiex jiġi ffaċilitat l-aġġustament f'sitwazzjoni meta t-tul taż-żmien mistenni ta' miżura tas-salvagward kif innotifikat skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 12 ikun iktar minn sena, il-Membru li japplika l-miżura għandu jilliberalizzaha b'mod progressiv f'intervalli rregolati taż-żmien matul il-perjodu taż-żmien ta' l-applikazzjoni. Jekk it-tul taż-żmien jaqbeż it-tliet snin, il-Membru li japplika din il-miżura għandu jagħmel rivista tas-sitwazzjoni mhux iktar tard mill-iskond tan-nofs tal-miżura u, jekk approprjat, jirtiraha jew iżid il-pass tal-liberalizzazzjoni. Miżura estiża skond il-paragrafu 2 ma għandhiex tkun iktar restrittiva milli tkun fit-tmiem tal-perjodu inizjali taż-żmien, u għandha tissokta tiġi lliberalizzata.

5. L-ebda miżura tas-salvagward ma għandha terġa' tiġi applikata għall-importazzjoni ta' prodott li kien bla ħsara għal din il-miżura, meħuda wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar il-WTO, għal perjodu taż-żmien egwali għal dak li matulu din il-miżura tkun ġiet applikata qabel, sakemm il-perjodu taż-żmien ta' nuqqas ta' applikazzjoni jkun mill-inqas sentejn.

6. Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5, miżura tas-salvagward b'tul taż-żmien ta' 180 jum jew inqas tista' tiġi applikata għall-importazzjoni ta' prodott jekk:

(a) tkun għaddiet mill-inqas sena mill-introduzzjoni ta' miżura tas-salvagward mill-importazzjoni ta' dan il-prodott; u

(b) din il-miżura ta' salvagward ma tkunx ġiet applikata fl-istess perjodu taż-żmien iktar minn darbtejn f'perjodu taż-żmien ta' ħames snin qabel id-data ta' l-introduzzjoni tal-miżura.

Artikolu 8

Il-Livell tal-Konċessjonijiet u Obbligi Oħra

1. Membru li jipproponi li japplika miżura tas-salvagward jew li jkun ifittex estensjoni ta' miżura tas-salvagward għandu jagħmel ħiltu li jżomm livell sostanzjalment ekwivalenti ta' konċessjonijiet u obbligi oħra ma' dik eżistenti skond il-GATT 1994 bejnu u bejn il-membri esportaturi li jistgħu jiġu affettwati b'din il-miżura, skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3 ta' l-Artikolu 12. Sabiex jiksbu dan, il-Membri interessati jistgħu jiftiehmu dwar kull mezz adegwat ta' kumpens kummerċjali għall-effetti negattivi tal-miżura fuq il-kummerċ tagħhom,

2. Jekk ma jintlaħaq l-ebda ftehim fi żmien 30 jum fil-konsultazzjonijiet skond il-paragrafu 3 ta' l-Artikolu 12, allura l-Membri esportaturi affettwati għandhom ikunu ħielsa, mhux iktar tard minn 90 jum wara li tiġi applikata l-miżura, li jissospendu, wara l-iskadenza ta' 30 jum mid-data li fiha jiġi rċevut avviż bil-miktub ta' din is-sospenzjoni mill-Kunsill tal-Kummerċ fl-Oġġetti, l-applikazzjoni ta' konċessjonijiet sostanzjalment ekwivalenti jew obbligi oħra skond il-GATT 1994, għall-kummerċ tal-Membru li japplika l-miżura tas-salvagward, li għas-sospensjoni tagħha l-Kunsill tal-Kummerċ fl-Oġġetti ma jiddiżapprovax.

3. Id-dritt tas-sospensjoni riferit fil-paragrafu 2 ma għandux jiġi eżerċitat għall-ewwel tliet snin li miżura tas-salvagward tkun daħlet fl-effett, sakemm il-miżura tas-salvagward tkun ġiet meħuda b'riżultat ta' żieda assoluta fl-importazzjonijiet u li din il-miżura tikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 9

Il-Pajjiżi Membri Qegħin Jiżviluppaw

1. Il-miżuri tas-salvagward ma għandhomx jiġu applikati kontra prodott li joriġina f'pajjiż Membru qiegħed jiżviluppa sakemm is-sehem tiegħu mill-importazzjonijiet tal-prodott interessat fil-Membru impotatur ma jaqbiżx it-3 fil-mija, sakemm dawn il-pajjżi Membri qegħdin jiżviluppaw b'sehem fl-importazzjoni ta' inqas minn 3 fil-mija jgħoddu flimkien mhux iktar minn 9 fil-mija ta' l-importazzjonijiet totali tal-prodott interessat [2].

2. Pajjiż Membru qiegħed jiżviluppa għandu jkollu d-dritt li jestendi l-perjodu taż-żmien ta' l-applikazzjoni ta' miżura tas-sa;vagward għal perjodu taż-żmien ta' sa sentejn lil hemm mill- perjodu massimu taż-żmien ipprovvdut fil-paragrafu 3 ta' l-Artikolu 7. Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5 ta' l-Artikolu 7, pajjiż Membru qiegħed jiżviluppa għandu jkollu d-dritt li jerġa' japplika miżura tas-salvagward għall-importazzjoni ta' prodott li kien bla ħsara għal din il-miżura, meħuda wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar il-WTO, wara perjodu taż-żmien egwali għal nofs dak li matulu din il-miżura tkun ġiet applikata qabel, sakemm il-perjodu taż-żmien ta' nuqqas ta' applikazzjoni jkun mill-inqas sentejn.

Artikolu 10

Il-Miżuri Pre-eżistenti ta' l-Artikolu XIX

Il-Membri għandhom iġibu fit-tmiem il-miżuri kollha tas-salvagward meħuda skond l-Artikolu XIX tal-GATT 1994 li kienu jeżistu fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar il-WTO mhux iktar minn tmien snin wara d-data li fiha kienu applikati għall-ewwel darba jew ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar il-WTO, liema minnhom tiġi l-iktar tard.

Artikolu 11

Il-Projbizzjoni u l-Eliminazzjoni ta' Ċerti Miżuri

1. (a) Membru ma għandu jieħu jew iffittex l-ebda azzjoni ta' emerġenza għall-importazzjonijiet ta' prodotti partikolari kif iddikjarati fl-Artikolu XIX tal-GATT 1994 għajr jekk din l-azzjoni tikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu skond dan il-Ftehim.

(b) Iktar minn hekk, Membru ma għandu jfittex, jieħu jew iżomm l-ebda trażżin volontarju fuq l-esportazzjonijiet, arranġamenti bl-ordni tal-marketing jew miżuri simili fuq in-naħa ta' l-esportazzjonijiet jew l-importazzjonijiet [3] [4]. Dawn jinkludu azzjonijiet meħuda minn Membru kif ukoll l-azzjonijiet skond ftehimijiet, arranġamenti u fehim midħula għalihom minn żewġ Membri jew iktar. Kull miżura minn dawn f'effett fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar il-WTO għandha tinġieb f'konformità ma' dan il-Ftehim jew mitmuma f'fażijiet skond il-paragrafu 2.

(ċ) Dan il-Ftehim ma japplikax għall-miżuri mfittxa, meħuda jew miżmuma minn Membru skond id-dispożizzjonijiet tal-GATT 1994 għajr għall-Artikolu XIX, u l-Ftehimijiet Kummerċjali Multilaterali fl-Anness 1A għajr għal dan il-Ftehim, jew skond il-protokolli jew l-arranġamenti konklużi fil-qafas tal-GATT 1994.

2. It-temma f'fażijiet tal-miżuri riferiti fil-paragrafu 1(b) għandha titwettaq skond l-iskedi taż-żmien li jridu jiġu ppreżentati lill-Kumitat tas-Salvagwrdji mill-Membri interessati mhux iktar tard minn 180 jum wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar il-WTO. Dawn l-iskedi taż-żmien għandhom jipprovdu l-miżuri kollha riferiti fil-paragrafu 1 li jridu jiġu mitmuma f'fażijiet jew miġjuba f'konformità ma' dan il-Ftehim f'perjodu taż-żmien li ma jaqbiżx il-erba' snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar il-WTO, bla ħsara għal mhux iktar minn miżura waħda għal kull Membru importatur [5], li t-tul taż-żmien tagħha ma għandux jestendi lil hemm mill-31 ta' Diċembru 1999. Kull eċċezzjoni minn din trid tiġi miftiehma b'mod reċiproku bejn il-Membri interessati direttament u nnotifikata lill-Kumitat tas-Salvagwardji għar-rivista u l-aċċettazzjoni tagħha fi żmien 90 jum mid-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar il-WTO. L-Anness ma' dan il-Ftehim jindika miżura li tkun ġiet miftiehma li tidħol f'din l-eċċezzjoni.

3. Il-Membri ma għandhomx jinkoraġġixxu jew jappoġġjaw l-adozzjoni jew iż-żamma mill-intrapriżi pubbliċi u privati ta' miżuri mhux governattivi ekwivalenti għal dawk riferiti fil-paragrafu 1.

Artikolu 12

In-Notifika u l-Konsultazzjoni

1. Membru għandu jinnotifika minnufih lill-Kuitat tas-Salvagwardji dwar meta:

(a) jiftaħ proċess ta' investigazzjoni li jkollu x'jaqsam ma' inġurja gravi jew it-tehdida tagħha u r-raġunijiet għaliha;

(b) jagħmel sejba ta' inġurja gravi jew it-tehdida tagħha kkawżati minn importazzjonijiet miżjuda; u

(ċ) jieħu deċiżjoni li japplika jew jestendi miżura tas-salvagward.

2. Meta jkun qiegħed jagħmel in-notifiki riferiti fil-paragrafi 1(b) u 1(ċ), il-Membru li jipproponi li japplika jew jestendi miżura tas-salvagward għandu jipprovdi lill-Kuitat tas-Salvagardji t-tagħrif kollu pertinenti, li għandu jinkludi x-xiehda ta' l-inġurja gravi jew it-tehdida tagħha kkawżati mill-importazzjonijiet miżjuda, deskrizzjoni preċiża tal-prodott involut u l-miżura proposta, id-data proposta għad-dħul tagħha, it-tul taż-żmien mistenni u l-iskeda taż-żmien għall-liberazzjoni progressiva. Fil-każ ta' l-estensjoni ta' miżura, għandha tiġi pprovvduta wkoll ix-xiehda illi l-industrija interessata qiegħda taġġusta ruħha. Il-Kunsill tal-Kummerċ fl-Oġġetti jew il-Kumitat tas-Salvagwardji jistgħu jitolbu dak it-tagħrif addizzjonali li jistgħu jikkunsidraw meħtieġ minn għand il-Membru li jipproponi li japplika miżura jew jestendiha.

3. Membru li jipproponi li japplika jew jestendi miżura tas-salvagward għandu jipprovdi opportunità adegwata għal konsultazzjonijiet minn qabel ma' dawk il-Membri li jkollhom interess sostanzjali bħala esportaturi tal-prodott interessat, bil-ħsieb, fost ħwejjeġ oħra, li jagħmlu rivista tat-tagħrif ipprovvdut skond il-paragrafu 2, jiskambjaw veduti dwar il-miżura u jaslu għal fehim dwar il-manjieri biex jinkiseb il-għan iddikjarat fil-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 8.

4. Membru għandu jagħmel notifika lill-Kumitat tas-Salvagwardji qabel ma jieħu miżura proviżorja tas-salvagward riferita fl-Artikolu 6. Il-konsultazzjonijiet għandhom jibdew minnufih wara li tittieħed il-miżura.

5. Ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet riferiti f'dan l-Artikolu, kif ukoll ir-riżultati tar-rivisti fl-iskondi tan-nofs riferiti fil-paragrafu 4 ta' l-Artikolu 7, kull għamla ta' kumpens riferita fil-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 8, u s-sospensjonijiet tal-konċessjonijiet u l-obbligi l-oħra proposti riferiti fil-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 8. għandhom jiġu nnotifikati minnufih lill-Kunsill tal-Kummerċ fl-Oġġetti mill-Membri interessati.

6. Il-Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kumitat tas-Salvagwardji bil-liġijiet, ir-regolmenti u l-proċeuri amministrattivi li jkollhom x'jaqsmu mal-miżuri tas-salvagward kif ukoll b'kull modifika magħmula lilhom.

7. Il-Membri li jżommu l-miżuri deskritti fl-Artikolu 10 u l-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 11 li jkunu jeżistu fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar il-WTO għandhom jinnotifikaw dawn il-miżuri lill-Kumitat tas-Salvagwardji mhux iktar tard minn 60 jum wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar il-WTO.

8. Kull Membru jista' jinnotifika lill-Kumitat tas-Salvagwardji bil-liġijiet, ir-regolamenti u l-proċeduri amministrattivi kollha u b'kull miżura jew azzjoni ttrattati f'dan il-Ftehim li ma jkunux ġew innotifikati mill-Membri l-oħra li jkunu meħtieġa b'dan il-Ftehim li jagħmlu dawn in-notifiki.

9. Kull Membru jista' jinnotifika lill-Kumitat tas-Salvagwadji kull miżura mhux governattiva riferita fil-paragrafu 3 ta' l-Artikolu 11.

10. In-notifiki kollha lill-Kunsill tal-Kummerċ fl-Oġġetti riferiti f'dan il-Ftehim għandhom jintgħamlu b'mod normali pemezz tal-Kumitat tas-Salvagwardji.

11. Id-dispożizzjonijiet dwar notifika f'dan il-Ftehim ma għandhom jeħtieġu lill-ebda Membru li jżvela tagħrif kunfidenzali li l-iżvelar tiegħu ikun jista' jimpedixxi l-infurzar tal-liġijiet jew inkella jkun kuntrarju għall-interess pubbliku jew ikun jista' jippreġudika l-interessi kummerċjali leġittimi ta' intrapriżi partikolari, pubbliċi jew privati.

Artikolu 13

Is-Sorveljanza

1. Huwa hawnhekk stabbilit Kumitat tas-Salvagwardji, taħt l-awtorità tal-Kunsill tal-Kummerċ fl-Oġġetti, li għandu jkun miftuħ għal kull Membru li jindika li jixtieq iservi fuqu. Il-Kumitat irid ikollu l-funzjonijiet li ġejjin:

(a) li jimmonitorja, u jirrapporta kull sena lill-Kunsill tal-Kummerċ fl-Oġġetti dwar l-implimentazzjoni ġenerali ta' dan il-Ftehim u jagħmel rakkommandazzjonijiet għat-titjib tiegħu;

(b) li jsib, fuq it-talba ta' Membru affettwat, jekk ikunux ġew ikkonformati magħhom jew le l-ħtiġiet preċedurali ta' dan il-Ftehim f'konnessjoni ma' miżura tas-salvagward, u jirrapporta s-sejbiet tiegħu lill-kunsill tal-Kummerċ fl-Oġġetti;

(ċ) li jgħin lill-Membri, jekk jitolbu dan, fil-konsultazzjonijiet tagħhom skond id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim;

(d) li jeżamina l-miżuri koperti bl-Artikolu 10 u bil-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 11, jimmonitoja t-temma f'fażijiet ta' dawn il-miżuri u jirrapporta kif approprjat lill-Kunsill tal-Kummerċ fl-Oġġetti;

(e) li, fuq it-talba ta' Membru li jkun qiegħed jieħu miżura ta' salvagward, jagħmel rivista jekk il-proposti għalbiex jiġu sospiżi l-konċessjonijiet jew l-obbligi l-oħra jkunux "sostanzjalment ekwivalenti", u jirrappota kif apprroprjat lill-Kunsill tal-Kummerċ fl-Oġġetti;

(f) li jirċievi u jagħmel rivista tan-notifiki kollha pprovvduti f'dan il-Ftehim u jirrapporta kif approprjat lill-Kunsill tal-Kummerċ fl-Oġġetti; u

(g) li jwettaq kull funzjoni oħra konnessa ma' dan il-Ftehium li jista' jistabbilixxi l-Kunsill tal-Kummerċ fl-Oġġetti.

2. Sabiex jassisti lill-Kumitat fit-twettiq tal-funzjoni tiegħu tas-sorveljanza, is-Segretarjat għandu jħejji kull sena rapport fattwali dwar l-operat ta' dan il-Ftehim imsejjes fuq in-notifiki u tagħrif ieħor ta' min joqgħod fuqu disponibbli għalih.

Artikolu 14

Is-Soluzzjoni tal-Kontroversji

Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli XXII u XXIII tal-GATT 1994 kif elaborati u applikati fil-Fehim dwar is-Soluzzjoni tal-Kontroversji rigward il-konsultazzjonijiet u s-soluzzjoni tal-kontroversji li jinħolqu skond dan il-Ftehim.

[1] Għaqda tad-dwana tista' tapplika miżura tas-salvagward bħala unità waħdiena jew f'isem Stat membru. Meta għaqda tad-dwana tapplika miżura tas-salvagward bħala unità waħdiena, il-ħtiġiet kollha sabiex jiġu stabbiliti l-inġurja gravi jew it-tehdida tagħha skond dan il-Ftehim għandhom ikunu msejsa fuq il-kondizzjonijiet eżistenti fl-għaqda tad-dwana bħala ħaġa waħda. Meta tiġi applikata miżura tas-salvagward f'isem Stat membru, il-ħtiġet kollha sabiex jiġu stabbiliti l-inġurja gravi jew it-tahdida tagħha għandhom ikunu msejsa fuq il-kondizzjonijiet eżistenti f'dan l-Istat membru u l-miżura għandha tiġi llimitata għal dan l-Istat membru. Xejn f'dan il-Ftehim ma jippreġudika l-interpetazzjoni tar-relazzjoni bejn l-Artikolu XIX u l-paragrafu 8 ta' l-Artikolu XXIV tal-GATT 1994.

[2] Membru għandu jinnotifika minnufih azzjoni meħuda skond il-paragrafu 1 ta' l-Arikolu 9 lill-Kumitat tas-Salvagwardji.

[3] Kwota ta' l-importazzjonijiet applikata bħala miżura ta' salvagward skond id-dispożizzjonijiet rilvenati tal-GATT 1994 u dan il-Ftehim jistgħu, bi ftehim reċiproku, jiġu amministrati mill-Membru esportatur.

[4] Eżempji ta' miżuri simili jinkludu l-moderazzjoni ta' l-esportazzjonijiet, is-sistemi tal-monitoraġġ tal-prezz ta' l-esportazzjonijiet jew ta' l-importazzjonijiet, is-sorveljanza ta' l-esportazzjonijiet u l-impotazzjonijiet, kartelli ta' importazzjonijiet obbligatorji u skemi diskrezzjonali tal-liċenzi ta' l-eportazzjoni jew l-importazzjoni, li kull waħda minnhom tkun tista' tagħti l-protezzjoni.

[5] L-eċċezzjoni waħdiena li għaliha l-Komunitajiet Ewropej huma intitolati hija indikata fl-Anness ma' dan il-Ftehim.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

EXCEPTION REFERRED TO IN PARAGRAPH 2 OF ARTICLE 11

Membri Konċernati | Prodott | Tmiem |

EC/Japna | Karozzi Tal-passigieri, vetturi "Off Road" vetturi Kummerċjali hfief, Trakkijief hfief (Sa 5 Tunellati) ul-istedd vetturi źarmati Għall kollox (Settijiet CKD) | 31 Dec 1999 |

--------------------------------------------------