21993A1231(11)



Official Journal L 346 , 31/12/1993 P. 0026 - 0029


Ftehim

fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-Ftehim dwar is-sajd bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja

Oporto, 2 ta' Mejju 1992.

Sinjur,

It-twaqqif taż-Żona Ekonomika Ewropea tat lill-Komunità u lin-Norveġja l-opportunita li jiżviluppaw il-koperazzjoni tagħhom fis-settur tas-sajd.

Għalhekk nikkonferma li:

- il-parti Norveġiża tikkonferma l-għan sod tagħha li tfittex, permezz ta' miżuri maniġerjali xierqa u effiċjenti, li tilħaq TAC (Qbid Totali Permissibbli) massimu sostenibbli fit-tul fuq livell ta' medja storika ta' xi 600000 sa 700000 tunnellata ta' bakkaljaw Arcto Norveġiż. B'kunsiderazzjoni ta' kif kibru l-klassijiet is-sena l-oħra, dan għandu jintlaħaq fl-1997,

- in-Norveġja tinnota li l-Komunità fl-1991, skond il-Ftehim bilaterali dwar is-sajd bejn il-Komunità u n-Norveġja, ġiet allokata kwota ta' 4600 tunnellata ta' bakkaljaw Arcto Norveġiż fiż-żona ekonomika Norveġiża lejn it-tramuntana ta' 62 grad tal-latitudini tat-tramuntana, u li din il-kwota tikkostitwixxi 2,14 % tat-TAC għall-1991. In-Norveġja twiegħed, fil-kwadru ta' l-arranġament ibbilanċjat annwali dwar is-sajd, li tikkonsolida l-kwota annwali ta' bakkaljaw Arcto Norveġiż tal-Komunità lejn it-tramuntana ta' 62 grad tal-latitudini tat-tramuntana għal 2,9 % tat-TAC għall-ħażna msemmija mill-1993,

- in-Norveġja timpenja ruħha wkoll mill-1993 li talloka lill-Komunità kwota annwali ta' bakkaljaw Arcto Norveġiż fiż-żona ekonomika Norveġiża lejn it-tramuntana ta' 62 grad tal-latitudini tat-tramuntana. Din il-kwota għandha tkun:

1993: | 6000 tunnellati ta' bakkaljaw, |

1994: | 7250 tunnellati ta' bakkaljaw, |

1995: | 8500 tunnellati ta' bakkaljaw, |

1996: | 9750 tunnellati ta' bakkaljaw, |

1997: | 11000 tunnellati ta' bakkaljaw. |

Dawn il-kwoti addizzjonali huma garantiti. Fis-snin ta' wara, in-Norveġja taċċetta li s-sehem tat-TAC ikun ugwali għall-medja tas-sehem tat-TAC matul il-perjodu 1993 sa 1997,

- fir-rigward ta' l-allokazzjoni ta' dawn il-kwoti addizzjonali ta' bakkaljaw Arcto Norveġiż, huwa rrikonoxxut li dan l-arranġament jitlob adattazzjonijiet fil-kwoti disponibbli għan-Norveġja fiż-żona tal-Komunità taħt il-Ftehim bilaterali dwar is-sajd bejn il-Komunità u n-Norveġja. Għalhekk, in-Norveġja tinnota, li l-Komunità, meta tipproponi dawn l-adattazzjonijiet, tikkunsidra dovutement il-ħtieġa tal-Komunità li tagħti, kif xieraq, prijorita dovuta lill-qabdiet bżonjużi tal-bastimenti tal-Komunità għal ħażniet importanti fl-ilmijiet proprji. Il-kwoti ta' ħażniet li għandhom ikunu attribwiti lin-Norveġja skond dan l-arranġament għandhom primarjalment jinstadu f'ilmijiet il-Komunità barra l-ICES - żona IV,

- in-Norveġja timpenja ruħha li tissokta talloka fuq bażi permanenti, ukoll wara l-1 ta' Jannar 1993, kwota addizzjonali ta' 1500 tunnellata ta' redfish lill-Komunità fiż-żona ekonomika Norveġiża lejn it-tramuntana ta' 62 grad tal-latitudini tat-tramuntana, barra l-bilanċ tas-sajd bejn il-Partijiet,

- fil-każ ta' bidliet għal għarrieda fil-ħażniet, dawn l-arranġamenti jkunu riveduti mill-Partijiet,

- dan -l-iskambju ta' ittri għandu jkun approvat mill-Partijiet Kontraenti skond il-proċeduri proprji, u għandu jidħol fis-seħħ fl-istess data bħal dik ta' meta l-Ftehim dwar l-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jidħol fis-seħħ għan-Norveġja.

Inkun nafulek jekk tikkonferma li taqbel ma' l-impenn spjegat iktar il fuq.

Vennligst motta forsikringen om vår høyeste aktelse.

Les ruego acepten, señores, el testimonio de mi mayor consideración.

Modtag, mine herrer, forsikringen om min mest udmærkede højagtelse.

Genehmigen Sie, sehr geehrte Herren, den Ausdruck meiner ausgezeichnetsten Hochachtung.

Παρακαλώ δεχθείτε, Κύριοι, τη διαβεβαίωση της υψίστης εκτιμήσεώς μου.

Please accept, Sirs, the assurance of my highest consideration.

Veuillez agréer, Messieurs, l'assurance de ma très haute considération.

Vogliano accettare, Signori, l'espressione della mia profonda stima.

Gelieve, mijne heren, de verzekering van mijn zeer bijzondere hoogachting te aanvaarden.

Queiram aceitar, Excelentíssimos Senhores, a expressão da minha mais elevada consideração.

For regjeringen i Kongeriket NorgePor el Gobierno del Reino de NoruegaFor regeringen for Kongeriget NorgeFür die Regierung des Königreichs NorwegenΓια την χυβέρνηση του Βασιλείου της ΝορβηγίαςFor the Government of the Kingdom of NowayPour le gouvernement du royaume de NorvègePer il governo del Regno di NorvegiaVoor de Regering van het Koninkrijk NoorwegenPelo Governo do Reino da Noruega

+++++ TIFF +++++

Oporto, 2 ta' Mejju 1992.

Sinjuri,

Għandi l-unur ngħid li rċevejt l-ittra tiegħek bid-data tal-lum li tgħid kif ġej:

"It-twaqqif ta' l-Żona Ekonomika Ewropea tat lill-Komunità u lin-Norveġja l-opportunita li jiżviluppaw il-koperazzjoni tagħhom fis-settur tas-sajd.

Għalhekk nikkonferma li:

- il-parti Norveġiża tikkonferma l-għan sod tagħha li tfittex, permezz ta' miżuri maniġerjali xierqa u effiċjenti, li tilħaq TAC (Qbid Totali Permissibbli) massimu sostenibbli fit-tul fuq livell ta' medja storika ta' xi 600000 sa 700000 tunnellata ta' bakkaljaw Arcto Norveġiż. B'kunisderazzjoni ta' kif kibru l-klassijiet is-sena l-oħra, dan għandu jintlaħaq fl-1997,

- in-Norveġja tinnota li l-Komunità fl-1991, taħt il-Ftehim bilaterali dwar is-sajd bejn il-Komunità u n-Norveġja, ġiet allokata kwota ta' 4600 tunnellata ta' bakkaljaw Arcto Norveġiż fiż-żona ekonomika Norveġiża lejn it-tramuntana ta' 62 grad tal-latitudini tat-tramuntana, u li din il-kwota tikkostitwixxi 2,14 % tat-TAC għall-1991. In-Norveġja twiegħed, fil-kwadru ta' l-arranġament ibbilanċjat annwali dwar is-sajd, li tikkonsolida l-kwota annwali ta' bakkaljaw Arcto Norveġiż tal-Komunità lejn it-tramuntana ta' 62 grad tal-latitudini tat-tramuntana għal 2,9 % tat-TAC għall-ħażna msemmija mill-1993,

- in-Norveġja timpenja ruħha wkoll mill-1993 li talloka lill-Komunità kwota annwali ta' bakkaljaw Arcto Norveġiż fiż-żona ekonomika Norveġiża lejn it-tramuntana ta' 62 grad tal-latitudini tat-tramuntana. Din il-kwota għandha tkun:

1993: | 6000 tunnellata ta' bakkaljaw, |

1994: | 7250 tunnellata ta' bakkaljaw, |

1995: | 8500 tunnellata ta' bakkaljaw, |

1996: | 9750 tunnellata ta' bakkaljaw, |

1997: | 11000 tunnellata ta' bakkaljaw. |

Dawn il-kwoti addizzjonali huma garantiti. Fis-snin ta' wara, in-Norveġja taċċetta li s-sehem tat-TAC ikun ugwali għall-medja tas-sehem tat-TAC matul il-perjodu 1993 sa 1997,

- fir-rigward ta' l-allokazzjoni ta' dawn il-kwoti addizzjonali ta' bakkaljaw Arcto Norveġiż, huwa magħruf li dan l-arranġament jitlob adattazzjonijiet fil-kwoti disponibbli għan-Norveġja fiż-żona tal-Komunità taħt il-Ftehim bilaterali dwar is-sajd bejn il-Komunità u n-Norveġja. Għalhekk, in-Norveġja tinnota, li l-Komunità, meta tipproponi dawn l-adattazzjonijiet, tikkunsidra dovutement il-ħtieġa tal-Komunità li tagħti, kif xieraq, prijorita dovuta lill-qabdiet bżonjużi tal-bastimenti tal-Komunità għal ħażniet importanti fl-ilmijiet proprji. Il-kwoti ta' ħażniet li għandhom ikunu attribwiti lin-Norveġja taħt dan l-arranġament għandhom primarjament jinstadu f'ilmijiet tal-Komunità barra l-ICES - Żona IV,

- in-Norveġja timpenja ruħha li tissokta talloka fuq bażi permanenti, ukoll wara l-1 ta' Jannar 1993, kwota addizzjonali ta' 1500 tunnellata ta' redfish lill-Komunità fiż-żona ekonomika Norveġiża lejn it-tramuntana ta' 62 grad tal-latitudini tat-tramuntata, barra l-bilanċ tas-sajd bejn il-Partijiet,

- fil-każ ta' bidliet għal għarrieda fil-ħażniet, dawn l-arranġamenti jkunu riveduti mill-Partijiet,

- dan -l-iskambju ta' ittri għandu jkun approvat mill-Partijiet Kontraenti skond il-proċeduri proprji, u għandu jidħol fis-seħħ fl-istess data bħal dik ta' meta l-Ftehim dwar l-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jidħol fis-seħħ għan-Norveġja.

Inkun nafulek jekk tikkonferma li taqbel ma' l-impenn spjegat iktar il fuq."

Ghandi l-unur nikkonferma li l-Komunità Ekonomika Ewropea taqbel mal-kontenut ta' l-ittra tiegħek.

Le ruego acepte, señor, el testimonio de nuestra mayor consideración.

Modtag, hr., forsikringen om vor mest udmaerkede højagtelse.

Genehmigen Sie, sehr geehrter Herr, den Ausdruck unserer ausgezeichnetsten Hochachtung.

Παρακαλώ δεχθείτε, Κύριε, τη διαβεβαίωση της υψίστης εκτιμήσεώς μας.

Please accept, Sir, the assurance of our highest consideration.

Veuillez agréer, Monsieur, l'assurance de notre très haute considération.

Voglia accettare, Signore, l'espressione della nostra profonda stima.

Gelieve, mijnheer, de verzekering van onze zeer bijzondere hoogachting te aanvaarden.

Queira aceitar, Excelentíssimo Senhor, a expressão da nossa mais elevada consideração.

Vennligst motta forsikringen om vår høyeste aktelse.

En nombre del Consejo de las Comunidades EuropeasPå vegne af Rådet for De Europæiske FællesskaberIm Namen des Rates der Europäischen GemeinschaftenΕξ ονόματος του Συμβουλίου των Ευρωπαϊκών ΚοινοτήτωνOn behalf of the Council of the European CommunitiesAu nom du Conseil des Communautés européennesA nome del Consiglio delle Comunità europeeNamens de Raad van de Europese GemeenschappenEm nome do Conselho das Comunidades EuropeiasPå vegne av Rådet for Det europeiske Fellesskap

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------