21993A1220(01)



Official Journal L 318 , 20/12/1993 P. 0002 - 0017
Finnish special edition: Chapter 4 Volume 5 P. 0147
Swedish special edition: Chapter 4 Volume 5 P. 0147


Ftehim

dwar ir-relazzjonijiet tas-settur tas-sajd tal-baħar bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u ir-Repubblika ta' l-Arġentina

IL-KOMUNITÀ EKONOMIKA EWROPEA

minn hawn "il quddiem" il-Komunità', u

IR-REPUBBLIKA TA' L-ARĠENTINA,

minn hawn "il quddiem" l-Arġentina',

minn hawn "il quddiem" il-Partijiet',

WARA LI KKUNSIDRAT ir-rabtiet viċini eżistenti bejn il-Komunità u l-Arġentina, u partikolarment dawk stipulati bis-saħħa tal-Ftehim Strutturali dwar il-koperazzjoni ffirmat mill-Komunità u l-Arġentina fit-2 ta' April 1990;

WARA LI KKUNSIDRAT li l-Komunità u l-Arġentina huma firmatarji tal-Konvenzjoni tal-Ġnus Maqgħuda fuq il-Liġi tal-Baħar;

DEĊIŻI li jikkoperaw, fl-interess konġunt tagħhom, fil-konservazzjoni u esplojtazzjoni tar-riżorsi tal-baħar ħajjin;

ANZJUŻI li jwaqqfu t-termi u l-kondizzjonijiet għal-attivitajiet tas-sajd u koperazzjoni bejn iż-żewġ Partijiet f'dan is-settur;

KONVINTI li l-interessi reciproċi u l-kisba ta'l-objettivi ekonomiċi u soċjali rispettivi se jiġu msaħħa permezz ta' din il-koperazzjoni;

WARA LI KKUNSIDRAW illi, fil-kuntest ta' l-iżvilupp politiku tagħha, L-Arġentina tixtieq li tistabilizza u tinkoraġixxi il-progress ekonomiku u soċjali;

WARA LI GĦARFU l-isforzi li l-Arġentina qed tagħmel biex tirristruttura l-ekonomija tagħha permezz ta' deregolamentazzjoni ekonomika, stabbilità monetarja u l-espansjoni ta' l-ekonomija taghħa;

DEĊIŻI li jiksbu koperazzjoni ekonomika eqreb fis-settur tas-sajd tal-baħar permezz ta' l-inkoraġġiment ta' intrapriżi konġunti, tat-twaqqif ta' impriżi fl-Arġentina u t-twaqqif ta' proġetti konġunti bejn il-kumpaniji;

KONVINTI illi dan it-tip ġdid ta' koperazzjoni fis-settur tas-sajd tal-baħar ħa jipprovdi aċċess regolari għall opportunitajiet ġodda, tkompli u tikber l-għan li jġedded u jibdel il-flotta Arġentina u tirristruttura l-flotta tal-Komunità u tippromovi l-esplojtazzjoni razzjonali tar-rizorsi għal żmien twil;

KONVINTI li dan it-tip ta' koperazzjoni trid tkun mwettqa b'mod evoluzzjonarju u pragmatiku, b'attenzjoni speċjali għar-riċerka xjentifika u miżuri speċifiċi li qed jiġu addotati fis-settur tas-sajd ta-baħar,

IDDEĊIDEW DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Dan il-Ftehim jniżżel il-prinċipji, regoli u proċeduri għal-koperazzjoni bejn l-Arġentina u l-Komunità fir-rigward tal-konservazzjoni, esplojtazzjoni u l-ipproċessar tar-riżorsi tas-sajd.

Artikolu 2

Għal għan ta' dan il-Ftehim is-segwenti termi għandhom jgħoddu:

(a) L-Awtorità tat-twettiq ta' l-Arġentina: il-Ministeru ta' l-Agrikoltura u s-Sajd tar- Repuibblika Arġentina;

(b) proġetti konġunti: ir-relazzjoni kuntratwali għal-żmien limitat bejn is-sidien tat-bastimenti minn wieħed jew akter mill-Istati Membri tal-Komunità u s-sidien tal-bastiment ta' l-Arġentina bl-iskop li jesplojtjaw flimkien ir-rizorsi tas-sajd ta' l-Arġentina billi juzaw wieħed jew akter mill-bastimenti tal-Komunità bil-priorità li jagħtu l-ewwel s-suq tal-Komunità;

(ċ) Bastiment tal-Komunità: bastiment li għandu bandiera ta' waħda mill-Istati Membri tal-Komunità;

(d) Sid ta' bastiment tal-Komunità: sid ta' bastiment ta' wieħed mill-Istati Membri tal-Komunità;

(e) intrapriża konġunta: kumpanija mwaqqfa taħt il-ligi privata li tikkonsisti minn wieħed jew aktar sidien tal-Komunità u wieħed jew akter mill-persuni naturali jew legali ta' l-Arġentina maqgħuda minn kuntratt ta' intrapriża konġunta b'għan li jużaw u, fejn xieraq, l-ipproċessar tar-riżorsi tas-sajd b'priorità għas-suq tal-Komunità;

(f) Twaqqif ta' l-impriża: kumpanija mwaqqfa taħt il-liġi privata b'kapital li ġej minn wieħed jew aktar mill-Istati Membri tal-Komunità, mwaqqfa fl-Arġentina bl-għan li juża u, fejn xieraq, il-proċess tar-riżorsi tas-sajd ta' l-Arġentina bil-priorità għas-suq tal-Komunità.

Artikolu 3

Il-Partijiet għandhom jikkoperaw biex jippromwovu l-konservazzjoni u esplojtazzjoni tal-ħażniet tal-ħut fuq bażi sostenibbli, b'mod konformi mad-disposizzjonijiet rilevanti tal-Konvenzjoni tal-Ġnus Maqgħuda dwar il-liġi tal-baħar.

B'dan il-għan, il-Partijiet għandhom:

- jagħmlu studju konġunt b'mezz efficenti biex jippromwovu l-preservazzjoni u l-konservazzjoni tar-rizorsi ħajjin tal-baħar fl-osservanza u r-rispett tal-prinċipji u r-regoli tal-liġi internazzjonali,

- l-iskambju ta' l-informazzjoni li jkollhom fuq l-istat tal-ħażniet tal-ħut,

- żvillupp ta' programmi ta' riċerka xjentifika konġunta.

Artikolu 4

1. Il-Partijiet għandhom jinkoraġixxu l-koperazzjoni ekonomika, xjentifika u teknika fis-setturi tas-sajd u setturi relatati. Għandhom jikkonsultaw ma xulxin biex jikkordinaw u jintegraw il-bażi permanenti ta' l-attivitajiet li jistgħu jsiru taħt dan il-Ftehim.

2. B'dan il-għan, il-Partijiet għandhom jippruvaw, partikolarment, jinkoraġixxu u jagħmlu aktar faċili l-iskambju ta' informazzjoni dwar teknika tas-sajd u tat-tagħmir u dwar il-metodi ta' preservazzjoni u l-ipproċessar industriali ta' prodotti tal-ħut u l-izvillup ta' l-aquakultura.

3. Bl-istess mod, il-Partijiet għandhom jaġixxu biex joħolqu kondizzjonijiet li jikkoraġixxu l-kuntatti teknoloġiċi, kummercjali u ekonomika bejn l-intrapriżi.

4. Il-Komunità għandha tħallas il-Gvern ta' l-Arġentina kif mniżżel fil-Protokoll I, biex jintużaw, partikolarment, għal:

- l-iżvilupp tal-programmi tar-riċerka tas-sajd bl-għan li jittejeb l-imaniġjar tar-rizorsi u l-attivitajiet relatati għal-konservazzjoni tar-riżorsi tal-baħar ħajjin,

- l-iżvilupp ta' proġetti dwar il-kostruzzjoni, t-titjib u l-estenzjoni ta' faċilitajiet għas-sajd fil-portijiet,

- l-izvillup ta' programmi u investimenti fl-aquakultura,

- it-tisħieħ ta' riżorsi u infrastrutturi għal l-istħarriġ għal-baħħara fl-Arġentina,

- il-bidu u l-implimentazzjoni ta' programmi, attivitajiet u studji speċifiċi,

- l-għotja ta' mezzi u assistenza teknika biex jitjieb il-munituraġġ tas-sajd fil-baħar imkejjel f'dan il-Ftehim,

- l-iżvillup ta'metodi ta' teknika ġodda għas-sajd li jippromovu l-esplojtazzjoni razzjonali tal-ħażniet,

- stħarriġ tekniku u vokazzjonali fl-ambjent tas-sajd u l-industrija tas-sajd minn naħa ta' flus għal l-istudju, stħarriġ prattiku u skambju ta' ħaddiema,

- studji, laqgħat u konferenzi dwar strutturi tas-sajd,

- l-identifkazzjoni, stima u proposti għal-proġetti ġodda,

- l-amministrazzjoni ufficjali ta' dan il-Ftehim,

- il-promozzjoni tal-preservazzjoni u konservazzjoni tar-riżorsi tal-baħar ħajjin.

Artikolu 5

1. Il-Partijiet għandhom joħolqu kondizzjonijiet adegwati għat-twaqqif ta' impriżi fl-Arġentina permezz ta' kapital li jigi min wieħed jew aktar mill-Istati Membri tal-Komunità u l-kreazzjoni ta' intrapriżi u impriżi konġunti fis-settur tas-sajd bejn is-sidien tal-bastimenti ta' l-Arġentina u l-Komunità bl'għan li jesplojtaw flimkien u, fejn xieraq, jipproċessaw flimkien ir-riżorsi ta' l-istrutturi tas-sajd ta'l-Arġentina taħt il-kondizzjonijiet mniżżlin f'Protokoll I u l-anness I u II.

2. l-Arġentina għandha tagħti l-impriżi definiti taħt paragrafu 1 aċċess għall-opportunitajiet għas-sajd mniżżlin f'Protokoll I b'mod konformi mad-disposizzjonijiet ta' l-anness I sa IV.

3. Bħala parti mil-politika ta' ristruturazzjoni tal-flotta, il-Komunità għandha tiffaċilita d-dħul tal-bastimenti tal-Komunità fl-impriżi stabbiliti jew li se jkunu stabbiliti fl-Arġentina. B'dan il-għan, u bħala parti mill-politika għar-renovazzjoni teknika ta' l-industrija tas-sajd, l-Arġentina għandha tiffaċilita t-trasferiment ta' liċenzi tas-sajd kurrenti u l-ħruġ ta' liċenzi ġodda xierqa taħt dan il-Ftehim.

Artikolu 6

Il-Partijiet għandhom jagħżlu l-proġetti għal-impriżi konġunti, impriżi tal-Komunità mwaqqfin fl-Arġentina u l-intrapriżi konġunti li hemm provdut fl-Artikolu 5, li se jkunu awtoriżati li jieħdu l-kwantitajiet tal-qbid tal-ħut speċifikat fil-Protokoll I. Dawn il-proġetti għandhom jintażlu b'mod konformi mal-metodu u kriterji mniżżlin f'L-Anness III.

Artikolu 7

1. Sabiex jħeġġu t-twaqqif ta' impriżi li hemm provdut fl-Artikolu 5, il-proġġetti magħżula mill-Partijiet jistgħu iġibu assistenza finanzjarja b'mod konformi ma Protokoll I.

2. Il-Komunità għandha tagħti kontribuzzjonijiet finanzjari għar-rigward ta' miżuri definit fl-Artikolu 3 u 4 b'mod konformi ma Protokoll I.

Artikolu 8

1. Attivitajiet tas-sajd taħt dan il-Ftehim hija soġġetta għal-liċenza tas-sajd valida maħruġ mil-awtoritajiet tat-twettiq ta' l-Arġentina.

2. Il-liċenzi tas-sajd għandhom joħorġu u jiġi trasferiti b'mod konformi mal-proċeduri u kondizzjonijiet oħra mniżżla fl-anness I sa IV.

Artikolu 9

1. Jekk, minħabba xi tibdila fil-popolazzjoni tal-ħut, l-awtorità tat-twettiq ta' l-Arġentina tiddeċiedi li taddotta meżżi oħra tal-konservazzjoni li jaffetwaw l-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd taħt dan il-Ftehim, għandhom jsiri diskusjonijiet bejn il-Partijiet bl-għan li jamendaw l-Annessi u l-Protokoll 1 u jżommu l-bilanċ ġeneral tal-Ftehim.

2. Mizuri ta' konservazzjoni adottati mil-awtorità tat-twettiq ta' l-Arġentina għandhom jiġi applikati b'mod li ma jagħmilx diskriminazzjoni bejn il-bastimenti kollha u ibbażati fuq informazzjoni u kriteri xjentifiċi u oġġettivi.

Artikolu 10

Kumitiat konġunt għandhu jitwaqqaf sabiex tħares l-appilkazzjoni ta' dan il-ftehim. Huwa d-dmir tal-Kumitat li, partikolarment:

- jissorvelja l-implimentazzjoni, l-interpretazzjoni u tħaddim ta' dan il-Ftehim,

- iservi bħala pjattaforma ta' reżoluzzjoni tad-disputi li jistgħu jinqalgħu dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tal-Ftehim,

- tiżgura l-koperazzjoni neċessarja dwar kwistjonijiet ta' interess komuni fuq l-istrutturi tas-sajd,

- jikkunsidraw il-programmi u l-attivitajiet definiti fl-Artikoli 3 u 4,

- jagħmlu stima tal-proġetti li jipproponu l-Partijiet għat-twaqqif ta' intrapriżi u impriżi konġunti kif provdut fl-Artikolu 7, b'mod konformi mal-kriterji mniżżlin fl-Anness III,

- irrikkkmanda li l- proġettazzjoni jirċievu l-għajnuna kif imwaqfa mill-Protokoll I,

- jistudjaw il-promozzjoni ta' impriżi konġunti industriali,

- jikkontrollaw li l-proġetti huma amministrati tajjeb u jħarsu l-użu ta' l-appoġġ finanzjaru li jiġi mogħti lil proġetti kif mniżżel fl-Artikolu 7,

- irrivedu l-attivitajiet tal-bastimenti tal-Komunità li jappartjenu lil impriżi konġunti qabel it-tmiem tal-kuntratt tagħhom.

Il-Kumitat Konġunt għandha tiltaqa darba f'sena, jew fl-Arġentina jew fil-Komunità, u f'sessjonijiet straordinarji meta hemm talba ta' wieħed jew ta' l-ieħor.

Artikolu 11

Xejn f'dan il-Ftehim għandha taffetwa jew tkun ta' preġudizzju għal opinjoni tal-Partijiet fir-rigward ta' kwistjonijiet tal-Liġi tal-Baħar.

Artikolu 12

1. Dan il-Ftehim għandhu japplika għal perjodu ta' ħames snin bl-effet mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu, u għandha tibqa tapplika għal perjodu ieħor ta' sentejn, sakemm notifika ta' tmiem jiġi mogħti bil-miktub lil wieħed mil-Partijiet mill-inqas sitt xhur qabel ma jiskadu l-ewwel jew kwanlunkwe perjodu ta' ħin ieħor.

2. Fil-każ li wieħed jew l-ieħor mill-Partijiet jagħtu n-notifika biex jispiċċa dan il-Ftehim, dawn għandhom jidħlu fid-diskussjonijiet.

3. Qabel it-tmiem tal-perjodu ta' validità ta' dan il-ftehim, il-Partijiet għandhom jidħlu fin-negozjati biex jiddeciedu fuq kull ammenda li għandha ssir fil-Annessi u/jew il-Protokoll li tkun neċessarja għal-perjodu li ġej.

Artikolu 13

L-Anness I, II, III, IV, V, VI u VII u l-Protokoll I ta' dan il-Ftehim għandha tifforma parti integrali tiegħhu.

Artikolu 14

Dan il-Ftehim, miktub bħala kopja fl-ilsien Daniż, Olandiż, Ingliż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Taljan, Portugiż u Spanjol, huma kollha oriġinali, u għandhu jidħol fis-seħħ il-ġurnata li l-Partijiet jagħtu n-notifka lil xulxin li temmew il-proċeduri neċessarji għal dak il-għan.

--------------------------------------------------

ANNESS I

WARA LI TNIŻŻLU L-KONDIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-KREAZZJONI U L-AĊĊESS GĦAR-RISORSI TAL-INTRAPRIŻI KONĠUNTI U T-TWAQQIF TA' IMPRIŻI FL-ARĠENTINA

A. PROĠETTI MAGĦŻULA

La darba l-proċedura tas-selezzjoni tal-proġetti kif mniżżel f'dan il-Ftehim tispiċċa, l-Komunità għandha tipprovdi lil-awtorità tat-twettiq Arġentina lista ta' bastimenti tal-Komunità magħżula b'mod konformi ma l-Artkolu 6 ta' dan il-Ftehim biex jibdew l-attivitajiet tas-sajd ikkoncernat.

B. REĠISTRU:

L-awtorità tat-twettiq Arġentina għandha tawtoriżża d-dħul tar-Reġistru tal-Bastimenti Nazzjonali ta' bastimenti definiti f'punt A.

Ċ. OPPORTUNITAJIET GĦAS-SAJD

1. Bastimenti li jidħlu fir-Reġistru tal-Bastimienti Nazzjonali jistgħu jesplojtaw riżorsi żejda u dawk mhux żejda 'il ġewwa mil-limiti mniżżlin fil-Protokoll I.

2. Is-sajd għar-riżorsi mhux żejda għandha issir bil-bastimenti tal-Komunità minflok dawk li għandhom bandiera Arġentina, bil-għan li din is-sostituzzjoni tiżgura żieda fi sforż għas-sajd.

3. L-awtorità tat-twettiq Arġentina għandha tawtoriżża it-trasferiment ta' liċenzi tas-sajd kurrenti b'mod konformi ma kriterji tekiniċi ekwivalenti mniżżlin min l-awtorità.

4. L-esplojtazzjoni tar-riżorsi għandha issir fil-limiti u taħt it-termini mniżżlin fil-liċenzi tas-sajd ta' l-ewwel bastimenti li għandhom il-bandiera Arġentina u għandha tinkludi is-sajd għas-speċji mniżżlin f'dik il-liċenza, bl-eċċezzjoni tas-speċji tal-gambli pleoticus mulleri. Din l-ispeċji ma jistgħax jistad minn sid il-bastiment laid-up li għandu liċenza jew minn terza persuna. B'żieda ma' dan, it-trasferiment tal-liċenzi għas-sajd ta' speċji intiża għal proċess ta' surimi m'għandux jiġi awtoriżat.

D. LIĊENZI

1. B' mod konformi ma l-Artikolu 5 u 8 tal-ftehim, l-awtorità tat-twettiq Arġentina għandha tiffaċilità t-trasferiment tal-liċenzi tas-sajd kurrenti lil-kumpaniji definiti f'dan l-Anness, bl-eċċezzjoni għal dawk il-bastimenti Arġentini laid up, li għal xi raġuni, għal iżjed minn sena mingħajr ebda interuzzjoni, bħal bastimenti ta' impriżi falluti. Din għandha ukoll tgħin il-ħruġ ta' liċenzi għas-sajd ġodda li jkopru l-opportunitajiet għas-sajd mniżżlin fil-Protokoll I.

2. Il-liċenza għas-sajd ta' speċji mhux żejda iridu jkollhom l-istess termini għal-liċenza oriġinali li qed tiġi trasferita. Il-validità għal-liċenzi ġodda għandha tiġi determinata mill-awtorità tat-twettiq ta' l-Arġentina b'mod ġenerali u mhux diskriminatorju.

3. Il-liċenza għas-sajd għandha tiġi mogħtija lill-impriżi għal-bastimenti speċifiċi.

4. It-termini li jirregolaw l-applikazzjoni u l-ħruġ ta' liċenzi mniżżlin fl-Anness IV.

5. It-termini li gvernaw l-applikazzjoni u l-arranġamenti għal ħlas ta' l-għajnuna tal-Komunità huma mniżżlin fil-Protokoll I.

--------------------------------------------------

ANNESS II

WARA LI TNIŻŻLU IL-KONDIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-KREAZZJONI U L-AĊĊESS GĦAR-RIŻORSI TA' L-IMPRIŻI KONĠUNTI FL-ARĠENTINA

I. Disposizzjonijiet komuni li jirregolaw l-impriżi konġunti.

A. PROĠETTI MAGĦZULA

La darba l-proċedura tas-selezzjoni tal-proġetti kif mniżżel fl-Anness III ta' dan il-Ftehim tispiċċa, l-Komunità għandha tipprovdi lil-awtorità tat-twettiq fl-Arġentina lista ta' bastimenti tal-Komunità magħżula b'mod konformi ma l-Artkolu 6 ta' dan il-Ftehim biex jiġu inklużi f'impriża bl-għan li jagħmlu attivitajiet tas-sajd.

B. REĠISTRU:

Il-Gvern Arġentin għandhu jiftaħ reġistru speċjali tal-bastimenti li fih iridu jidħlu l-bastimenti kollha tal-Komunità li ġie mogħti lilhom liċenza tas-sajd b'mod konformi ma dan l-Anness.

Bastiment tal-Komunità jista jigi mibdul fir-reġistru ma bastiment ieħor tal-Komunità li għandu l-istess speċifikazzjonijiet ta' kapaċità u teknika għal-raġunijiet ġustifikati biss u bil-fehma tal-Partijiet kollha.

Ċ. OPPORTUNITAJIET GĦAS-SAJD

Bastimenti li jaħdmu taħt imprizi konġunti definiti fil-paragrafu B jistgħu jesplojtaw riżorsi żejda u dawk mhux żejda 'il ġewwa mil-limiti mniżżlin fil-Protokoll I.

D. LIĊENZI

1. B'mod konformi ma l-artikoli 5 u 8 ta' dan il-Ftehim, l-awtorità tat-twettiq ta'l-Arġentina għandha tawtoriżża t-trasferitment ta' liċenzi ġodda għas-sajd, għal-impriżi stabbiliti jew li għadhom se jiġu stabiliti b'mod konformi mal-liġi ta' l-Arġentina, għal-bastimenti tal-Komunità li jaħdmu taħt impriżi konġunti definiti f'dan l-Anness, li jkopri opportunitajiet għas-sajd mniżżlin f'Protokoll 1, b' l-eċċezzjoni ta' dawk maħruġa għal-bastimenti ta'l-Arġentini fuq l-art, għal kwalunkwe raġuni, għal-iżjed minn sena mingħajr interuzzjonijiet, bħal dawk il-bastimenti ta' impriżi falluti. Din għandha ukoll tiffaċilita l-ħruġ ta' liċenzi għas-sajd ġodda li jkopru l-opportunitajiet għas-sajd mniżżlin fil-Protokoll I.

2. Il-liċenzi għas-sajd għandhom joħorġu għal-perjodu ta' validità li huwa l-istess bħaż-żmien massimu ta' l-impriża konġunta.

3. Il-bastimenti tal-Komunità li qed jaħdmu taħt impriżi konġunti għandhom jagħmluha taħt liċenzi tas-sajd li jagħtu l-limiti tal-qbid tal-ħut għal kull speċji u ż-żoni tas-sajd awtorizzati.

4. L-esplojtazzjoni tar-riżorsi mhux żejda għandhom isiru fil-limiti u taħt it-termini mniżżlin fil-liċenzi tas-sajd tal-bastimenti fuq l-art li għandhom il-bandiera ta' l-Arġentina u għandha tinkludi is-sajd għas-speċji mniżżlin f'dak il-liċenza, bl-eċċezzjoni tas-speċji tal-gambli pleoticus mulleri. Dan l-ispeċji ma jistgħax jistad minn sid il-bastiment laid-up li għandu liċenza jew minn terza persuna. B'żieda ma' dan, it-trasferiment tal-liċenzi għas-sajd ta' speċji intiża għal proċess ta' surimi m'għandux jiġi awtoriżżat.

5. It-termini li jirregolaw l-applikazzjoni u l-ħruġ ta' liċenzi mniżżlin fl-Anness IV.

E. PROVEDIMENT TA' TAGĦMIR, PROVEDIMENT U MIŻATI GĦAS-SAJD

Bastimenti li jaħdmu taħt dan il-Ftehim gġandhom iħarsu r-regoli u r-regolamenti mniżżlin mill-awtorità tat-twettiep Arġentina dwar l-provediment tat-tagħmir, provedimenti u miżati għas-sajd, li jappplikaw mingħajr diskriminazzjoni fuq bastimenti tal-Arġentina u tal-Komunià.

F. DIKJARAZZJONI TAL-QBID

Kull bastiment tal-Komunità wara dan il-Ftehim għandhu jagħti lill-awtorità tat-twettiq ta' l-Arġentina dikjarazzjoni tal-qbid ta' ħut b'mod konformi mall-mudell li hemm fl-Anness VII sa 48 siegħa wara li jiġu lura minn kull vjaġġ.

F'kaz li dawn id-disposizzjonijiet mhumiex mħarsa, l-awtorità tat-twettiq ta' l-Arġentina tista tissospendi l-liċenza tas-sajd tal-bastimenti involuti sakemm il-formalitajiet jiġu eżegwiti.

Bastitmenti tal-Komunità għandhom jagħtu kopja tad-dikjarazzjoni tal-qbid ta' ħut lid-Delagazzjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej f'Buenos Aires.

G. ŻMIEN MASSIMU TA'L-IMPRIŻI KONĠUNTI

Impriżi konġunti huma validi għal-perjodu ta' mhux iżjed minn tlett (3) snin. Dan iż-żmien massimu ma jistax jiġi estiż wara t-tmiem ta' dan il-Ftehim taħt ebda ċirkustanza. Sitt (6) xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' validità ta' l-impriża konġunta, l-Kumutat Konġunt għandhu jikkunsidra jekk se jestendi l-validità għal-perjodu addizzjonali rikjest.

H. REĠISTRAZZJONI TA' L-EKWIPAĠĠ

1. Il-bastimenti tal-Komunità li jaħdmu taħt impriżi konġunti għandhom jirreġistraw mill-inqas tletin fil-mija (30 %) ta' ekwipaġġ tagħhom ta'nazzjonalità Arġentina. Dan l-ekwipaġġ irid jkollu l-għarfien neċessarju sabiex jagħmlu xogħolhom.

2. Il-kuntratti ta' dan l-ewipaġġ għandu jsir fl-Arġentina bejn ir-rapreżentanti tas-sidien tal-bastimenti u l-ekwipaġġ konċernat u trid tinkludi arranġanemti ta' sigurtà soċjali u assigurazzjoni fuq il-ħajja u l-inċidenti b'mod konformi mal-liġi ta' l-Arġentina.

I. OSSERVATURI XJENTIFIĊI

Fuq it-talba ta' l-awtorità tat-twettiq ta' l-Arġentina, l-bastimenti tal-Komunità li qedgħin jistadu wara dan il-Ftehim għandhom jħallu osservatur xjentifiku msemmi mill-istess awtorità biex jitla fuq il-bastiment u jagħmel xogħlu. Hu irid jiġi provdut b'dak kollhu li għandu bżonn biex jagħmel xogħolu.

Il-kondizzjonijiet tiegħu meta huwa fuq il-bastiment għandhom ikuni l-istess bħal-ufficjali l-oħra ta' l-istess bastiment. Ir-remunerazzjoni u s-sigurtà soċjali ta' l-Osservatur għandhom jiġu mħallsa mill-awtoritajiet Arġentini. L-ispejjeż ta' l-għejxien tagħhom fuq il-bastiment għandhom jiġu mħallsa mis-sid tal-bastiment.

J. ISPEZZJONI U MUNITURAĠĠ

Fuq it-talba ta' l-awtorità tat-twettiq ta' l-Arġentina, l-bastiment tal-Komunità mixjin wara dan il-Ftehim għandhom jħallu l-uffiċjali ta' l-Arġentina nominati mill-istess awtorità u inkarigati biex jagħmlu ispezzjonijiet u l-kontroll ta' l-attivitajiet tas-sajd biex jitilgħu fuq il-bastiment u jagħmlu xogħlhom u jagħtuhom assistenza fix-xogħol tagħhom.

Dawn l-uffiċjali ma jistgħux jibqgħu fuq il-bastiment għal żmien itwal minn dak li hu neċessarju għat twettiq tax-xogħol tagħhom.

K. IŻ-ŻONI GĦAS-SAJD U TAGĦMIRA

Is-sajd huwa awtorizzat għal l-ispeċji msemmija hawn isfel, fiż-żoni u bit-tagħmira speċifikat hawn isfel, u dan ma jinkludix l-ilmijiet territorjali u ż-żona tas-sajd tal-Arġentina-Urugwajana mwaqqfa fit-Trattat ta' Rio de la Plata u l-kosta marina tagħħa:

1. Iż-żoni għas-sajd

Merluccius hubbsi:

(a) 47°S latitudini fit-tramuntana;

(b) 47°S latitudini f'Nofs in-nhar u 65°W latitudini fil-punent sal-limiti ta' barra tal-baħar territorjali f'Isla Grande de Tierra del Fuego.

Patagonian grenadier, bakkaljaw tal-Patagonia u roughhead grenadier:

(b) 47°S latitudini f'Nofs in-nhar u 65°W latitudini fil-punent sal-limiti ta' barra tal- baħar territorjali f'Isla Grande de Tierra del Fuego.

Klamari shortfin ta' l-Arġentina:

45°S latitudini fit-tramuntana

2. Tagħmir għas-sajd

Il-klamari shortfin ta' l-Arġentina tista tinqabad biss bill-qlugħ zgħir tal-poppa.

II. Disposizzjonijiet speċjali għal-impriżi konġunti għas-sajd ta' speċji li għandhom zieda strutturali

Impriżi konġunti jistgħu jaqbdu sa terz tal-volum massimu mniżżel fil-Protokoll I għal l-ispeċji b'żieda strutturali.

A. PERMESS GĦAL-LIĊENZI GĦAS-SAJD

Bastimenti tal-Komunità għandhom jibdew bl-operazzjonijiet fi ħdan sitt (6) xhur tal-ħruġ tal-liċenza korrispondenti. Jekk jonqsu milli jibdew fi ħdan il-perjodu, il-liċenza tiġi revokata awtomatikament mingħajr notifika minn qabel jew xi formalitajiet oħra.

L-Awtorità tat-twettiq ta' l-Arġentina tista, madankollu, testendi l-perjodu għal bidu ta' l-operazzjonijiet għal-perjodu ieħor ta' tlett (3) xhur.

B. IR-REKWISITI GĦAL-APPLIKAZZJONIJIET TA' LIĊENZI

L-Awtorità tat-twettiq ta' l-Arġentina għandha tniżżel id-dokumenti li għandhom jakkompanjaw l-applikazzjonijiet, li eżempju tagħhom jinsab fl-Anness IV.

III. Disposizzjonijiet speċjali għal-impriżi konġunti li jistadu għal speċji li mhumiex fiż-żieda strutturali u li huma sostituti tal-bastimenti bil-bandiera Arġentina

A. Impriżi konġunti bejn kumpaniji li jaqbdu sa terz tal-volumm massimu li hemm fil-Protokoll I għal Merluccius hubbsi.

B. Id-disposizzjonijiet ta' l-ANNESS I, punti Ċ (2), (3) u (4) u D għandhom japplikaw.

--------------------------------------------------

ANNESS III

METODI U KRITERJI GĦAS-SELEZZJONI TAL-PROĠETTI

1. Il-Partijiet għandhom jagħmlu skambju ta' informazzjoni fuq proġetti preżentati għal-formazzjoni ta' intrapriżi konġunti stabbiliti fl-Arġentina u l-impriżi konġunti kif mniżżel fl-Artikolu 5 tal-Ftehim li huma soġġetti li jirrċievu għajnuna finanzjarja mill-Komunità.

2. Il-Proġetti għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni tal-Komuintajiet Ewropej mill-awtoritajiet ta' l-Istati Membru jew l-Istati konċernati b'mod konformi mar-regoli tal-Komunità.

3. Il-Komunità għandha tagħti lill Kumitat Konġunt lista tal-proġetti lli huma eleġibli għal għajnuna finanzjarja kif provdut fl-Artikolu 7 tal-Ftehim. Il-Kumitat Konġunt għandha tistima l-proġetti b'mod konformi basikament mal-kriterji li ġejjin:

(a) Teknoloġija xierqa għal operazzjonijiet tas-sajd proposti;

(b) speċji u żoni għas-sajd;

(ċ) l-imodernizzar tal-bastimenti;

(d) investiment totali tal-proġetti;

(e) investiment fil-pjanti li huma fuq l-art;

(f) esperjenza preċedenti tas-sid tal-bastiment tal-Komunità u kull sieħeb Arġentin fis-settur tas-sajd.

4. Il-Kumitat Konġunt għandha tirrkmanda l-Partijiet il-proġetti magħżula b'mod konformi mal-kriterji mniżżlin fil-punt 3.

5. La darba l-proġetti jiġu approvati mill-awtorità tat-twettiq ta' l-Arġentina u l-Komunità, l-Komunità għandha tagħti lill awtorità tat-twettiq Arġentina lista tal-proġetti magħżula sabiex jistgħu jittrasferixxu u joħorġu l-liċenzi neċessarji tas-sajd u d-dħul tagħhom fir-reġistru xieraq.

--------------------------------------------------

ANNESS IV

KONDIZZJONIJET LI JIRREGOLAW L-APPLIKAZZJONIJET U L-ĦRUĠ TAL-LIĊENZI GĦAS-SAJD

1. Is-sidien Arġentini li waqqfu intrapriżi konġunti, impriżi konġunti fl-Arġentina u proġetti konġunti ma sidien tal-Komunità b'mod konformi ma dan il-Ftehim għandhom jħejju applikazzjoni għal-liċenza tas-sajd rilevanti lill-awtorità tat-twettiq Arġentina wara li mxew mad- disposizzjonijiet tal-punt 5 tal-Anness III.

2. Fil-kaz ta' intrapriża konġunta jew impriza mwaqqaf fl-Arġentina, l-liċenzi tas-sajd għandhom joħorġu lill intrapriżi konġunti jew impriżi rigward il-bastimenti tal-proġetti li ġew approvati mill-Partijiet.

3. Fil-kazijiet ta' proġetti konġunti, l-iċenzi tas-sajd għandom joħorġu lill impriżi Arġentini li waqqfu l-proġett konġunt, li għandu x'jaqsam mal-bastimenti tal-Komunità u bastimenti għal-proġetti li ġew approvati mill-Partijiet u identifikati fil-kuntratt tal-proġett konġunt relativ.

4. L-applikazzjonijiet jitħejju fuq formoli mogħtija għal dik ir-raġuni mill-awtorità tat-twettiq Arġentina, li hemm kopja mwaħħla.

5. Liċenzi għas-sajd għandha toħroġ ġewwa tlettin ġurnata (30) tax-xogħol mit-tħejjija ta' l-applikazzjonijiet.

6. L-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-Komunità għandhom fi żmien sitt (6) xhur mil-ħruġ tal-liċenza rilevanti. Jekk huma ma jagħmlux hekk, il-liċenza tkun awtomatikament revokata, mingħajr ebda notifika jew formalitajiet oħra.

L-awtorità tat-twettiq ta' l-Arġentina tista xorta tagħti tlett (3) xhur biss ta' estensjoni tal-perjodu għal-bidu ta' l-attivitajiet tas-sajd.

7. Jekk l-awtorità tat-twettiq ta' l-Arġentina jiddeċidi li jirrevoka xi liċenza, għandha tinforma l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tad-deċiżjoni tagħha fi żmien ħmistax-il ġurnata tax-xogħol.

Nota għal-punt 4 ta' l-Anness IV

L-APPLIKAZZJONI GĦAL-LIĊENZI GĦAS-SAJD GĦAL-BASTIMENTI LI JAQGĦU TAĦT L-FTEHIM TAS-SAJD BEJN L-ARĠENTINA U L-KOMUNITÀ

Direttur Nazzjonali Tas-Sajdu Agrikoltura

Fil-kapaċità tiegħi bħala …

tal-kumpanija …, …

l-entità legali li nirrapresenta …, jiena napplika għal-liċenza tas- sajd għal-bastiment …,

numri tar-reġistrazzjoni …, li l-karatteristiċi prinċipali tiegħu huma:

Tul … | Saħħa tal-makna … |

Travu … | Kemm tiflaħ … |

Profondità … | GRT … |

L-awtorizazzjoni tal-bastiment hawn fuq msemmi li ġie rrakomandat mill-Kumitat Konġunt fil- …, Deċizjoni Nru …u approvata mill-awtorità tat-twettiq ta' l-Arġenitna fil …, resoluzzjoni Nru …

Il-Komunità approva l-proġett fil- … u tat notifika lill awtorità tat-twettiq Arġentina fil- …

Għalhekk notlob li l-liċenza rilevanti tas-sajd toħroġ għal bastiment hawn fuq msemmi fil-limiti mniżżel fir-risoluzzjoni li approva l-proġett.

--------------------------------------------------

ANNESS V

L-iskambju ta' Ittri

Ittra Nru 1

Sinjur,

Nkunu nafuhulek li kieku tistgħu ġentilment tikkonfermaw l-Ftehim tal-Komunità fuq l-affarijiet hawn isfel mniżżel:

Fir-rigward tal-Ftehim li ġie iffirmat illum bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika ta' l-Arġentina, u partikolarment fir-rigward tal-Protokoll I anness miegħu, li jwaqqaf it-termi ta' koperazzjoni bejn il-Partijiet fis-settur tas-sajd, għandi l-unur nikkonferma li l-Gvern ta' l-Arġentina għandhu joffri opportunitajiet għas-sajd kif mniżżel fil-Protokoll mwaħħal ma dan il-Ftehim.

Dawn l-opportunitajiet għas-sajd se jinżammu biss jekk il-Komuintà twettaq l-obbligazzjonijiet fir-rigward ta' koperazzjoni kumerċjali kif msemmi fuq.

Jinżammu taħdidiet mill-iktar fis possibli biex jiġu solvuti xi problemi li jistgħu jinqalgħu min naħa taż-żewg Partijiet fit-twettiq ta' dan il-Ftehim.

Għandi l-unur li nikkonferma, iktar minn hekk, li l-Komunità għandha tagħti riduzzjonijiet fuq it-tariffi fuq l-importazzjoni ta' ċerti prodotti tal-ħut speċifiċi elenkati fin-nota mwaħħla ma din l-ittra għal-perjodu mil-1 ta' Jannar sat-31 ta' Diċembru fil-perjodu ta' validità tal-Ftehim.

Il-manutenzjoni ta' dawn ir-riduzzjonijiet tat-tariffi tkun tiddipendi fuq it-twettiq ta' l-obbligazzjoniijet mill-Arġentina fir-rigward ta' l-allokazzjoni tal-kowti tas-sajd kif diġa msemmi fil-paagrafi ta' qabel.

Il-Komunità għandha tinkoraġġixxi l-iskambju ta' informazzjoni b'mod leġittimu fuq koperazzjoni kumerċjali bl-għan li jizguraw il-ġestjoni siewja u l-kreazzjoni ta' kondizzjonijiet favorevoli għal l-iżvillupp armonjuż ta' dan il-Ftehim.

Fil-każ ta' taħwid serju fis-suq tal-Komunità minħabba ir-riduzzjonijiet tat-tariffi għal-prodotti definiti fin-nota mwaħħla ma din l-ittra, il-Partijiet għanhom jikkonsultaw llil xulxin fuq il-kwistjoni mill-iktar fis possibbli.

Dan l-iskambju ta' l-ittri għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u obbligazzjonijiet ta' l-Arġentina u l-Komunità fuq bażi tal-Fehma Ġenerali fuq it-Tariffi u l-Kummerċ.

(Għeluq kumplimentari)

Għal-Gvern tar-Repubblika ta' l-Arġentina

Ittra Nru 2

Sinjur,

Għandi unur nikkonferma l-Ftehim tal-Komunità fuq is-segwenti:

"Fir-rigward tal-Ftehim li ġiet iffirmata illum bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika ta' l-Arġentina, u partikolarment fir-rigward tal-Protokoll I anness miegħu, li jwaqqaf it-termini ta' koperazzjoni bejn il-Partijiet fis-settur tas-sajd, għandi l-unur nikkonferma li l-Gvern ta' l-Arġentina għandha toffri opportunitajiet għas-sajd kif mniżżel fil-Protokoll1 mhemuż ma dan il-Ftehim.

Dawn l-opportunitajiet għas-sajd se jinżammu biss jekk il-Komuintà twettaq l-obbligazzjonijiet fir-rigward ta' koperazzjoni kumerċjali kif msemmi fuq.

Jinżammu taħdidiet mill-iktar fis possibli biex jiġu solvuti xi problemi li jistgħu jinqalgħu min naħa taż-żewg Partijiet fit-twettiq ta' dan il-Ftehim.

Għandhi l-unur li nikkonferma, iktar minn hekk, li l-Komunità għandha tagħti riduzzjonijiet fuq it-tariffi fuq l-importazzjoni ta' ċerti prodotti tal-ħut speċifiċi elenkati fin-nota mwaħħla ma din l-ittra għal-perjodu mil-1 ta' Jannar sat-31 ta' Diċembru fil-perjodu ta' validità tal-Ftehim.

Il-manutenzjoni ta' dawn ir-riduzzjonijiet tat-tariffi tkun tiddipendi fuq it-twettiq ta' l-obbligazzjoniijet mill-Arġentina fir-rigward ta' l-allokazzjoni tal-kwoti tas-sajd kif diġa msemmi fil-paragrafi ta' qabel.

Il-Komunità għandha tinkoraġġixxi l-iskambju ta' informazzjoni b'mod leġittimu fuq koperazzjoni kumerċjali bl-għan li jizguraw il-ġestjoni siewja u l-kreazzjoni ta' kondizzjonijiet favorevoli għal l-iżvillup armonjuż ta' dan il-Ftehim.

Fil-każ ta' taħwid serju fis-suq tal-Komunità minħabba ir-riduzzjonijiet tat-tariffi għal-prodotti definiti fin-nota mwaħħla ma din l-ittra, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lill xulxin fuq il-kwistjoni mill-iktar fis possibbli.

Dan l-iskambju ta' l-ittri għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u obbligazzjonijiet ta' l-Arġentina u l-Komunità taħt il-Fehma Ġenerali fuq it-Tariffi u l-Kummerċ.'"

(Għeluq kumplimentari)

Għall-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej

--------------------------------------------------

ANNESS VI

Nota Nru 1

Ammont massimu ta' assistenza finanzjara mill-Komunità għall-impriżi konġunti tal-Komunità mwaqqfa fl-Arġentina kif mniżżel fl-Artikolu 3(1) tal-Protokoll I

Kategoria tal-bastiment (Tunnellaġ gross reġstrat) | Età tal-Bastiment | Ammont għal kull bastiment |

Inqas minn 100 GRT | 10 snin jew inqas | 7200 EURO/GRT + 90000 |

Iżjed minn 10 snin izda 20 sena jew inqas | 4800 EURO/GRT + 60000 |

Iżjed minn 20 sena | 3600 EURO/GRT + 45000 |

100 GRT jew iżjed iżda inqas minn 400 GRT | 10 snin jew inqas | 3600 EURO/GRT + 450000 |

Iżjed minn 10 snin iżda inqas minn 20 sena jew inqas | 2400 EURO/GRT + 300000 |

Iżjed minn 20 sena | 1800 EURO/GRT + 585000 |

400 GRT jew iżjed Iżda inqas minn 3500 GRT | 10 snin jew inqas | 1800 EURO/GRT + 1170000 |

Iżjed minn 10 snin iżda inqas minn 20 sena jew inqas | 1200 EURO/GRT + 780000 |

Iżjed minn 20 sena | 900 EURO/GRT + 585000 |

3500 GRT jew iżjed | 10 snin jew inqas | 1440 EURO/GRT + 2430000 |

Iżjed minn 10 snin iżda inqas minn 20 sena jew inqas | 960 EURO/GRT + 1620000 |

Iżjed minn 20 sena | 720 EURO/GRT + 1215000 |

Nota Nru. 2

Ammont massimu ta' assistenza finanzjara mill-Komunità għall-proġetti konġunti kif mniżżel fl-Artikolu 3(1) tal-Protokoll I

Tunnellaġġ tal-Bastiment (mniżżel fit-tunnellaġġ gross reġistrat) | Ammont tal-premium ta' koperazzjoni għal-kull bastiment (EURO/jum) |

Inqas minn 25 GRT | 89 |

Minn 25 sa inqas minn 50 GRT | 179 |

Minn 50 sa inqas minn 70 GRT | 250 |

Minn 70 sa inqas minn 100 GRT | 394 |

Minn 100 sa inqas minn 200 GRT | 715 |

Minn 200 sa inqas minn 300 GRT | 1180 |

Minn 300 sa inqas minn 500 GRT | 1573 |

Minn 500 sa inqas minn 1000 GRT | 2002 |

Minn 1000 sainqas minn 1500 GRT | 2646 |

Minn 1500 sa inqas minn 2000 GRT | 3217 |

Minn 2000 sa inqas minn 2500 GRT | 3575 |

Minn 2500 sa inqas minn 3000 GRT | 4076 |

3000 GRT u izjed | 4676 |

--------------------------------------------------

ANNESS VII

SAJD FIL-BAĦAR FOND

Friġġ | Friża | Fabbrika | | |

| | Nru. Tal-Vjaġġ anwali … | | |

Isem tal-Bastiment … | Nru. Tar-Reġistrazzjoni … | | |

Kumpanija tas-Sajd … | Numru ta' ekwipaġġ … | | |

… | … | … | … | … |

Jum | xahar | sena | siegħa | minuta |

| | |

… | … | … | … | … |

| | |

Karburant (Litri) … | Distanza ta' l-aħħar vjaġġ (mili) … | | |

+++++ TIFF +++++

Hawnhekk niddikjara fl-aħjar tagħrif tiegħi li l-informazzjoni ta' hawn fuq hija korretta.

Firma u dikjarazzjoni ta' l-iskipper

--------------------------------------------------

Protokoll I

li jistabilixxi l-opportunitajiet għas-sajd u l-kumpens finanzjaru li hemm provdut fil-Ftehim fuq is-settur ta' l-istrutturi tas-sajd fil-baħar bejn ir-Repubblika Arġentina u l-Komunità Ekonomika Ewropea

Artikolu 1

1. B'mod konformi ma l-Artikolu 5 tal-Ftehim u għal-perjodu ta' ħames snin mid-data fejn tiġi fis-seħħ, l-opportunitajiet anwali massimi għas-sajd hum dawn:

A. Speċji mhux żejda:

Merluccius hubbsi: 120000 tunnellati.

B. Speċji żejda:

(i) Patagonian grenadier (Macruronus magellanicus): 50000 tunnellata;

(ii) L-klamari shortfin tal-Arġentina (Illex argentinus): 30000 tunnellata;

(iii) Patagonian rockcod (Salilota australis) u/jew roughhead grenadier (Macrourus whitsoni): 50000 tunnellata b'kollox.

2. Qbid ta' ħut mhuz definit għandhom jkunu mniżżlin fil-kwantitajiet massimi indikati fuq u ma jistgħux jeċċedu 10 % tal-qbid ta' kull jum.

Artikolu 2

Dwar il-kwantitajiet definiti fl-Artikolu 1, l-bastimenti tal-Komunità vessels li jaħdmu bħala parti minn proġetti konġunti jistgħu jaqbdu l-ammonti anwali massimi li ġejjin:

A. Speċji mhux żejda:

Merluccius hubbsi: 40000 tunnellata.

B. Speċji żejda:

(i) Patagonian grenadier (Macruronus magellanicus): 17000 tunnellata;

(ii) L-klamari shortfin ta'l-Arġentina (Illex argentinus): 10000 tunnellata;

(iii) Patagonian rockcod (Salilota australis) u/jew roughhead grenadier (Macrourus whitsoni): 17000 tunnellata b'kollox.

Artikolu 3

1. B'mod konformi ma l-Artikolu 7 ta' dan il-Ftehim, il-Komunità għandha tipprovdi assitensa finanzjara għall-formazzjoni ta' intrapriżi konġunti, impriżi tal-Komunità mwaqqfa fl-Arġentina u proġetti konġunti b'mod konformi ma l-Artikolu 6 ta' dan il-Ftehim.

L-assistenza finanzjara, kif speċifikat fl-Anness VI, għandha titħallas mis-sidien tal-Komunità biex jkopri parti mill-kontribuzzjonijiet tiegħu għat-twaqqif ta' intraprżi, impriżi u proġetti konġunti fl-Arġentina u/jew biex ineħħi l-bastimenti ikkonċernati mir-Reġistru tal-Komunità:

2. Bil-għan li jinkoraġixxu it-twaqqif u l-izvillup ta' intrapriżi konġunti, l-Komunità għandha tagħti lill-intrapriżi konġunti stabbiliti fl-Arġetina għajnuna finanzjara ta' ħmistax (15) fil-mija ta' l-ammont mħallas lis-sid tal-Komunità. Din l-għajnuna finanzjara fil-forma ta' kapital operativ għandha tiġi mħallsa mill-Komunità lill-awtorità tat-twettiq Arġentina, li jitnizzlu it-termini li jigvernaw l-użu u l-amministrazzjoni tiegħu .L-Arġentina għandha tinforma l-Kumitat Konġunt dwar kif dawn qed jiġu użati dawn il-fondi.

3. Il-Komunità għandha tagħti lill-kumpanija Arġentina li twettaq proġett konġunt għajnuna finanzjara: ekwivalenti għal ħmistax (15) fil-mija fuq dak li ħa is-sid tal-Komunità.

4. Id-disposizzjonijiet li jirregolaw l-applikazzjonijiet u l-għotja ta' assistenza mill-Komunità lis-sid tal-Komunità definiti fil-paragrafu 1 għandha titnizzel b'mod konformi mar-regoli rilevanti tal-Komunità.

Fil-kaz ta' proġetti konġunti, il-ħlas ta' l-għajnuna li hemm provdut fil-paragrafu 1 għandu jitħallas żewġ drabi fis-sena. L-applikazzjonijiet għal-ħlas għandhom jsiru b'mod konformi mar-regoli tal-Komunità u għandha tkun akkompanjata mar-rapport fuq l-attivitajiet tal-proġett konġunt matul l-perjodu ikkoncernat.

5. Il-ħlas ta' l-assistenza finanzjara għandha ssir mill-aktar fis possibli wara li jkunu nltaqgħu l-formalitajiet normali kollha.

Artikolu 4

1. Il-kontribuzzjoni finanzjara definit fl-Artikolu 7(2) tal-Ftehim għal-koperazzjoni xjentifika u teknika għandha tiġi fissata għal-tmienja u għoxrin miljun EURO għaż-żmien tal-Ftehim.

2. Il-Kumitat Konġunt mwaqqaf taħt l-Artikolu 10 tal-Ftehim għandha tiġi infurmata mill-programmi u attivitajiet implimentati minn dawn il-kontribuzzjonijiet finanzjari.

L-Arġentina għandha tuza l-għajnuna finanzjarja għar-ragunijiet msemmija hawn isfel. Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tirċevi rapport fuq r-riżultati dwar il-programmi u l-attivitajiet ikkoncernati.

3. Il-kontribut finanzjaru totali għal-perjodu kopert mil-Ftehim għandha tiġi mħallsa fuq bazi amwali; l-ammont mħallas irid tiġi stabbilit mill-Gvern ta' l-Arġentina, li għandha tinforma l-Komunità dwar kif se jintużaw il-fondi.

Artikolu 5

L-assistenza finanzjarja definita fl-Artikolu 3(2) u l-kontribuzzjoni finanzjara definita fl-Artikolu 4 tal-Protokoll għandha tiġi mħallsa f'kont awtorizzat għal dak ir-raġuni mill-awtorità tat-twettiq Arġentina u ma tintuzax mill-istima.

--------------------------------------------------