21990A0809(01)



Official Journal L 212 , 09/08/1990 P. 0003 - 0012
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 16 P. 0055
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 16 P. 0055


Ftehim

Bejn il-Komunita Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' Cape Verde dwar sajd 'l barra mix-xatt ta' Cape Verde

IL-KOMUNITA EKONOMIKA EWROPEA,

hawnhekk iżjed "il quddiem imsejha" l-Komunità', u

R-REPUBBLIKA TA' CAPE VERDE,

hawnhekk, iżjed "il quddiem imsejħa" Cape Verde',

IKKUNSIDRAW l-ispirtu tal-koperazzjoni li tirriżulta mill-Konvenzjoni bejn il-pajjiżi Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku u l-Komunità Ekonomika Ewropea (Konvenzjoni ACP-KEE) u x-xewqa konġunta għal relazzjonijiet mill-qrib bejn il-Komunità u Cape Verde,

IKKUNSIDRAW ix-xewqa ta' Cape Verde li tippromwovi l-isfruttament b'mod razzjonali tar-risorsi ta' sajd tagħha permezz ta aktar koperazzjoni,

FAKKRU li rigward sajd fil-baħar, Cape Verde tezerċita' drittijiet sovrani jew ġurisdizzjoni fuq żona li testendi sa 200 mil nawtiku mix-xatt tagħha,

ĦADU IN-KONSIDERAZZJONI d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar il-Liġi tal-Baħar,

DETERMINAW li jmexxu r-relazzjonijiet tas-sajd ta' bejniethom fl-ispirtu ta' fiduċja reċiproka u rispett għall-interessi ta xulxin, filwaqt li

XEWQANA li jwaqqfu l-kondizzjonijiet u t-termini li jirregolaw l-attivitajiet tas-sajd ta' interess reċiproku tal-Partijiet,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-għan ta' dan il-Ftehim hu li jistabbilixxi l-prinċipji u r-regoli li jirregolaw fil-futur, fl-aspetti kollha, l-attivitajiet ta' sajd ta' bastimenti li jtajru l-bnadar ta' l-Istati Membri tal-Komunità, hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejħa "bastimenti tal-Komunità", fl-ibħra li fihom Cape Verde għandha sovranità jew ġurisdizzjoni skond id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar il-Liġi tal-Baħar u dispożizzjonijiet oħra tal-liġi internazzjonali, hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejħa "ż-żona tas-sajd ta' Cape Verde".

Artikolu 2

Cape Verde għandha tippermetti l-attivitajiet ta bastimenti tal-Komunità fiż-żona ta sajd ta' Cape Verde skond dan il-Ftehim.

Artikolu 3

1. Il-Komunità tintrabat li tieħu l-passi kollha meħtieġa biex tassigura li l-bastimenti tagħha josservaw id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim u l-liġijiet li jirregolaw l-attivitajiet ta' sajd fiż-żona ta' sajd ta' Cape Verde skond id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar il-Liġi tal-Baħar u dispożizzjonijiet oħra ta liġi internazzjonali.

2. L-awtoritajiet ta' Cape Verde għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej bi kwalunkwe tibdil fil-liġijiet imsemmija qabel dawn jibdew japplikaw.

3. Il-passi meħuda mill-awtoritajiet ta' Cape Verde biex jirregolaw sajd fl-interess tal-konservazzjoni għandhom ikunu bażati fuq kriterji oġġettivi u xjentifiċi u għandhom jgħoddu kemm għal-bastimenti tal-Komunità kif ukoll bastimenti barranin, mingħajr preġudizzju għal ftehim konkluż bejn pajjiżi li qed jiżviluppaw ġewwa reġjun ġeografiku wieħed, inkluż ftehim reċiproku dwar sajd.

Artikolu 4

1. Attivitajiet ta' sajd minn bastimenti tal-Komunità fiż-żona tas-sajd ta' Cape Verde għandhom ikunu soġġetti għall-pussess ta' liċenzja maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti ta' Cape Verde fuq talba tal-Komunità.

2. Il-ħruġ ta' liċenzja għandu jkun soġġett għall-ħlas ta' dritt minn sid il-bastiment ikkonċernat.

3. Il-proċedura għall-applikazzjoni għal-liċenzji, d-drittijiet li għandhom jitħallsu u l-arranġamenti għall-ħlas huma mniżżla fl-Anness.

Artikolu 5

Il-Partijiet jintrabtu li jikkordinaw direttament jew permezz ta' organizzazzjonijiet internazzjonali l-isforzi tagħhom sabiex jassiguraw l-immaniġġar u konservazzjoni ta rizorsi ħajjin fl-Atlantiku tal-Lvant Ċentrali, partikolarment rigward meħud fil-każ ta speċi migratorji, u sabiex jiffaċilitaw ir-riċerka xjentifika rilevanti.

Artikolu 6

Il-kaptani tal-bastimenti awtorizzati taħt it-termini ta' dan il-Ftehim biex jistadu fiż-żona ta' sajd ta' Cape Verde għandhom ikunu obbligati jibgħatu prospett tal-qabda lill-awtoritajiet ta Cape Verde, flimkien ma kopja lid-Delegazzjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej fi Praia, skond id-dispożizzjonijiet mniżżla fl-Anness.

Artikolu 7

Bħala ħlas għad-drittijiet ta' sajd mogħtija skond l-Artikolu 2, il-Komunità għandha tagħmel kontribut finanzjarju lil Cape Verde skond il-proċedura stipulata fil-Protokoll mehmuż ma' dan il-Ftehim, mingħajr preġudizzju għall-iffinanzjar mogħti lil Cape Verde taħt il-Konvenzjoni ACP-KEE.

Artikolu 8

Jekk, b'riżultat ta tibdil fis-sitwazzjoni ta' ħażniet, l-awtoritajiet ta' Cape Verde jiddeċiedu li japplikaw miżuri ta' konservazzjoni li jaffettwaw l-attivitajiet tas-sajd ta' bastimenti tal-Komunità, l-Partijiet għandhom jikkonsultaw ma xulxin bil-ħsieb li jirranġaw l-Anness u l-Protokoll.

Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom ikunu bażati fuq il-prinċipju li kwalunkwe tnaqqis fid-drittijiet ta' sajd stabbiliti fil-Protokoll imsemmi għandhom ikopru tnaqqis proporzjonali fil-kumpens finanzjarju pagabbli mill-Komunità.

Artikolu 9

Għandu jiġi stabbilit kumitat konġunt sabiex jassigura li dan il-Ftehim ikun applikat sew. Il-kumitat għandu jiltaqa, alternattivament f'Cape Verde u fil-Komunità, fuq talba ta' wieħed jew l-ieħor mill-Partijiet Kontraenti.

Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin dwar kwalunkwe kwistjoni li tista tinqala' rigward l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 10

Xejn f'dan il-Ftehim ma għandu jaffettwa jew jippreġudika bi kwalunkwe mod possibbli l-viżjonijiet ta' kull Parti rigward kwalunkwe materja dwar il-Liġi tal-Baħar.

Artikolu 11

Dan il-Ftehim għandu jgħodd, fuq naħa waħda, għat-territorji li fihom japplika t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea u taħt il-kondizzjonijiet imniżżla f'dak it-Trattat, u min-naħa l-oħra, t-territorju tar-Repubblika ta' Cape Verde.

Artikolu 12

L-Anness u l-Protokoll ta' dan il-Ftehim jiffurmaw parti integrali minnu u, sakemm mhux speċifikat xorta oħra, kwalunkwe referenza għal dan il-Ftehim jikkostitwixxi referenza għalihom.

Artikolu 13

1. Dan il-Ftehim għandu jkun konkluż għal perjodu inizjali ta' tliet snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu. Sakemm waħda mill-Partijiet ma tispiccax permezz ta' avviż sitt xhur qabel tmiem il-perjodu inizjali, il-ftehim għandu jkun estiż għal aktar perjodi ta' sentejn, sakemm ma jkunx iddenunzjat permezz ta' nota mogħtija tliet xhur qabel tmiem dan il-perjodu ta' sentejn.

2. Fi tmiem il-perjodu inizjali, u sussegwentement f'kull perjodu ta' sentejn, il-Partijiet Kontraenti għandhom jidħlu għal negozjati sabiex jistabbilixxu bi ftehim komuni liema emendi jew żidiet huma meħtieġa fl-Anness jew il-Protokoll.

Il-Partijiet għandhom jidħlu f'negozjati fil-każ li xi ħadd minnhom jiddenunzja dan il-Ftehim.

Artikolu 14

Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin li tlestew il-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan.

Artikolu 15

Dan il-Ftehim, magħmul duplikat bid-Daniż, l-Olandiż, l-Ingliż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, it-Taljan, il-Portugiż u l-Ispanjol, kull test ugwalment awtentiku, għandu jiġi depozitat fl-arkivji tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej, li għandu jitrasmetti kopja ċertifikata lil kull Parti Kontraenti.

--------------------------------------------------

ANNESS

KONDIZZJONIJIET GĦALL-EŻERĊIZZJU TA' ATTIVITAJIET TAS-SAJD MINN BASTIMENTI TAL-KOMUNITÀ FIZ-ZONA TAS-SAJD TA' CAPE VERDE

A. Formalitajiet għall-applikazzjoni u ħruġ ta‘ liċenzji

1. L-awtoritajiet rilevanti tal-Komunità għandhom jippreżentaw lill-uffiċċju tas-Segretarju ta' Stat għas-Sajd ta' Cape Verde, permezz tad-Delegazzjoni tal-Kummissjoni f'Cape Verde, applikazzjoni għal kull bastiment li ser jintuża għas-sajd taħt dan il-Ftehim, mill-inqas 15-il ġurnata qabel id-data li fiha jibda l-perjodu ta' validità mitlub.

L-applikazzjonijiet għandhom isiru fuq formoli maħruġa għal dan il-għan mill-Uffiċċju tas-Segretarju ta' Stat għas-Sajd ta' Cape Verde, kampjun ta' liema jinsab mehmuż (Appendiċi 1).

2. Kull applikazzjoni għal-liċenzja għandha tkun akkumpanjata minn prova tal-ħlas tad-dritt għall-perjodu ta' validità tal-liċenzja. Il-ħlas għandu jsir f'kont miftuħ ma' istituzzjoni finanzjarja jew entità oħra nominata mill-awtoritajiet ta' Cape Verde.

Id-drittijiet għandhom jinkludu l-ispejjeż kollha nazzjonali u lokali ħlief taxxi tal-port u spejjeż ta' servizz.

3. Liċenzji għall-bastimenti kollha għandhom jinħarġu mill-Uffiċċju tas-Segretarju ta Stat għas-Sajd ta‘ Cape Verde, fi żmien 15-il ġurnata mir-riċevuta bħala prova tal-ħlas kif imsemmi fil-punt 2, lil sidien il-bastimenti jew lir-rappreżentanti tagħhom permezz tad-Delegazzjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej f'Cape Verde.

4. Il-liċenzji għandhom jinħarġu għal bastiment speċifikat u ma jistghux ikunu trasferibbli. Madankollu, fuq talba tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, il-liċenzja ta' bastiment tista', u fil-każ ta' forza maġġuri għandha, tiġi sostitwita minn liċenzja ġdida għal bastiment ieħor li jkollu karatteristiċi simili għal dawk ta‘ l-ewwel bastiment. Sid l-ewwel bastiment għandu jrodd lura l-liċenzja kanċellata lill-Uffiċċju tas-Segretarju ta' Stat għas-Sajd ta' Cape Verde permezz tad-Delegazzjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej f'Cape Verde.

Il-liċenzja l-ġdida għandha tindika:

- id-data tal-ħruġ,

- il-fatt li din tissostitwixxi l-liċenzja għall-bastiment ta' qabel għall-perjodu ta‘ validità li għad fadal.

F'dan il-każ, l-ebda dritt kif imsemmija fl-Artikolu 4(2) ta' dan il-Ftehim ma tinġabar għal perjodu ta' validità li jkun għadu ma skadiex.

5. Il-liċenzja għandha tinżamm abbord il-ħin kollu.

6. L-Uffiċċju tas-Segretarju ta' Stat għas-Sajd ta' Cape Verde għandu jinnotifika, qabel il-Ftehim jidħol fis-seħħ, bl-arranġamenti għall-ħlas ta dritt, inkluż l-informazzjoni dwar konti bankarji u l-muniti li ser jintużaw.

B. Dispożizzjonijiet applikabbli għal liċenzi ta' bastimenti tat-tonn u dgħajjes tat-tkarkir tal-wiċċ.

1. Il-liċenzji huma validi għal sena. Huma jkunu jistgħu jiġġeddu.

2. Id-dritt ser tkun ta' ECU 20 għal kull tunnellata maqbuda fiż-żona ta' sajd ta' Cape Verde.

3. Il-liċenzji għandhom jinħarġu wara li jsir il-ħlas lill-Uffiċċju tas-Segretarju ta Stat għas-Sajd ta' Cape Verde ta' somma globali ta’ ECU 1500 kull sena għal kull seiner tat-tonn u ECU 300 kull sena għal kull bastiment tat-tonn pole-and-line u dgħajjes tat-tkarkir tal-wiċċ, ekwivalenti għall-miżati pagabbli għal kull qabda ta':

- 75 tunnellata ta' tonn kull sena fil-każ ta' seiners,

- 15 tunnellata kull sena fil-każ ta' bastimenti tat-tonn pole-and-line u dgħajjes tat-tkarkir tal-wiċċ.

4. Il-dikjarazzjoni finali tad-drittijiet li għandhom jitħallsu għall-perjodu ta' sajd għandhom jitfasslu mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej fi tmiem kull sena tal-kalendarju a bażi tad-dikjarazzjoni tal-qabda ta' kull bastiment u konfermata mill-istituti xjentifiċi rilevanti, inkluż l-Institut français de recherche scientifique et technique d'outre-mer (ORSTOM), l-Instituto Español de Oceanografía (IEO) u l-Instituto Nacional de Investigação das Pescas (INIP) ta‘ Cape Verde.

Id-dikjarazzjoni għandha tgħaddi simultanjament lill-Uffiċċju tas-Segretarju ta' Stat għas-Sajd ta' Cape Verde u lil sidien il-bastimenti. Ħlas addizzjonali għandu jsir minn sidien il-bastimenti lill-Uffiċċju tas-Segretarju ta' Stat għas-Sajd ta' Cape Verde mhux aktar tard minn 30 ġurnata wara li tiġi notifikata l-aħħar dikjarazzjoni, li għandu jitħallas f'kont miftuħ ma' istituzzjoni finanzjarja jew entità oħra nnominata mill-awtoritajiet ta‘ Cape Verde.

Madankollu, jekk l-ammont tad-dikjarazzjoni finali hija inqas mill-ammont imsemmi hawn fuq, il-bilanċ li jirriżulta ma jkunx rifondibbli.

Ċ. Dispożizzjonijiet applikabbli għal liċenzji għal bastimenti oħra

1. Fil-każ ta' dgħajjes tat-tkarkir tal-qiegħ, il-liċenzji għandhom ikunu validi għal tlitt, sitt jew 12-il xahar. Id-drittijiet annwali għandhom ikunu iffissati skond il-GRT, bir-rata ta' ECU 100 għal kull GRT, fi proporzjon mat-tul tal-liċenzja.

2. Fil-każ ta' bastimenti li jwettqu sajd sperimentali cephalopod, id-dritt għandu jkun ta' ECU 60 għal kull GRT kull sena.

D. Dikjarazzjoni ta' qabda

1. Għal seiners tat-tonn, bastimenti tat-tonn pole-and-line u dgħajjes tat-tkarkir tal-wiċċ għandu jinżamm log tas-sajd, skond il-mudell fl-Appendiċi 2, għal kull perjodu ta' sajd imqatta' fiż-żona ta' sajd ta' Cape Verde. Il-formola għandha tintbagħat, fi żmien 45 ġurnata qabel tmiem il-vjaġġ ta' sajd imqatta' fiż-żona tas-sajd ta' Cape Verde, lill-Uffiċċju tas-Segretarju ta' Stat għas-Sajd ta' Cape Verde permezz tad-Delegazzjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej f'Cape Verde.

2. Dgħajjes tat-tkarkir tal-qiegħ u bastimenti li jwettqu sajd sperimentali cephalopod għandhom ikunu obbligati jinnotifikaw lill-Uffiċċju tas-Segretarju ta' Stat għas-Sajd ta Cape Verde bil-qabdiet tagħhom billi jużaw il-formola standard li hemm fl-Appendiċi 3 permezz tad-Delegazzjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej f'Cape Verde. Dawn id-dikjarazzjonijiet għandhom isiru kull xahar u għandhom jiġu komunikati mill-inqas darba kull tliet xhur.

3. Il-formoli għandhom jimtlew b'mod leġibbli u jkunu firmati mill-kaptan tal-bastiment.

4. Jekk dawn id-dispożizzjonijiet ma jinbidlux, l-awtoritajiet rilevanti ta' Cape Verde jirriservaw id-dritt li japplikaw, fost l-oħrajn, waħda mill-penalitajiet li ġejjin jew it-tnejn flimkien:

- sospensjoni tal-liċenzja tal-bastimenti li wettaq ir-reat,

- impożizzjoni ta‘ multa.

F'dan il-każ, id-Delegazzjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej f'Cape Verde għandha tkun infurmata.

E. Tniżżil tal-qabda

Bastimenti tat-tonn tal-Komunità għandhom, safejn possibbli, jikkontribwixxu lejn il-provista tal-fabbriki li jipproduċu tonn fil-landa ta' Cape Verde skond il-qabdiet tagħhom fiż-żona bil-prezz iffissat bi ftehim reċiproku bejn sidien il-bastimenti tal-Komunità u l-awtoritajiet tas-sajd ta' Cape Verde a bażi tal-prezzijiet kurrenti fis-suq internazzjonali. Il-ħlas għandu jsir f'munita konvertibbli.

Barra minhekk, bastimenti tat-tonn li jniżżlu l-qabdiet tagħhom f'xi port ta‘ Cape Verde għandhom, kulfejn hu possibbli, jagħmlu parti mill-qabda disponibbli lill-awtoritajiet tas-sajd ta Cape Verde skond il-prezzijiet tas-suq lokali.

F. Reklutagg ta' baħrin

1. Sidien ta bastimenti tat-tonn u dgħajjes tat-tkarkir tal-wiċċ għandhom jimpjegaw persuni ta’ nazzjonalità ta' Cape Verde, skond il-kondizzjonijiet u limiti li ġejjin:

- għall-flotta ta' seiners tat-tonn, tliet baħħara minn Cape Verde għandhom jiġu impjegati matul il-perjodu ta' sajd tat-tonn fiż-żona ta' sajd ta' Cape Verde,

- għall-flotta ta’ bastimenti tat-tonn pole-and-line, tmien baħħara minn Cape Verde għandhom ikunu impjegati għal matul il-perjodu ta' sajd tat-tonn fiż-żona ta' sajd ta' Cape Verde, kollha kemm huma assenjati fuq bastimenti differenti,

- għall-flotta ta' dgħajjes tat-tkarkir tal-wiċċ, żewġ baħħara minn Cape Verde għandhom jiġu impjegati għal matul il-perjodu ta’ sajd tat-tonn fiż-żona ta' sajd ta' Cape Verde, b‘kull wieħed minnhom assenjat fuq bastimenti differenti.

2. Is-salarju ta' dawn il-baħħara għandu jkun iffissat, qabel il-liċenzji jinħarġu, bi ftehim reċiproku bejn sidien il-bastimenti jew ir-rappreżentanti tagħhom u l-awtoritajiet rilevanti ta' Cape Verde; bis-salarju jintbaghat mis-sidien tal-bastimenti u għandu jinkludi l-kontribuzzjonijiet soċjali li għalihom huma soġġetti l-baħħara (inklużi l-assigurazzjoni fuq il-ħajja u l-assigurazzjoni li tipprovdi kontra l-inċidenti u l-mard).

3. Jekk il-baħħara ma jiġux impjegati, sidien il-bastimenti jkunu obbligati li jħallsu somma globali ekwivalenti għas-salarju tal-baħħara li ma jigux impjegati.

Din is-somma tintuża għat-taħriġ ta baħħara f'Cape Verde u għandha titħallas f'kont speċifikat mill-awtoritajiet ta' Cape Verde.

G. Teħid ta' osservaturi abbord

1. Fuq talba ta' l-awtoritajiet rilevanti ta' Cape Verde, bastimenti ta' mhux iktar minn 150 GRT għandhom jieħdu abbord osservatur maħtur mill-awtoritajiet imsemmija, li dmiru jkun li jiċċekkja l-qabdiet li jsiru fiż-żona tas-sajd ta' Cape Verde. Huwa għandu jiġi offrut kull faċilità meħtieġa għall-qadi ta‘ dmirijietu, inkluż aċċess għal postijiet u dokumenti. Huwa ma għandux jibqa‘ abbord għal żmien itwal minn dak meħtieġ għat-tlestija ta' dmirijietu.

Il-kaptan tal-bastiment għandu jiffaċilita x-xogħol ta‘ l-osservatur, li għandu jiġi akkordat il-kondizzjonijiet mogħtija lill-uffiċjali tal-bastiment. Is-salarju u l-kontribuzzjonijiet soċjali ta' l-osservatur ibatuhom l-awtoritajiet rilevanti ta' Cape Verde.

2. Ix-xogħol ta' l-osservatur u l-kondizzjonijiet li fihom huwa meħud abbord ma għandhomx jinterrompu jew itellfu l-attivitajiet tas-sajd. Il-port li fih l-osservatur jittieħed abbord għandu jiġi stabbilit bi ftehim reċiproku bejn l-awtoritajiet rilevanti ta' Cape Verde u sid il-bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu. Jekk l-osservatur jittieħed abbord f'port barrani, l-ispejjeż tal-vjaġġ ibatihom sid il-bastiment. Jekk bastiment tat-tonn b'osservatur abbord iħalli ż-żona tas-sajd ta' Cape Verde, il-miżuri kollha għandhom jittieħdu biex jiġi żgurat ir-ritorn ta' l-osservatur lejn Cape Verde malajr kemm jista' jkun a spejjeż ta' sid il-bastiment.

H. Żoni ta' Sajd

1. Bastimenti tal-Komunità jistgħu jwettqu attivitajiet ta‘ sajd fiz-zoni li ġejjin, stabbiliti permezz ta‘ referenza għal-linji bażiċi:

- lil hinn minn 12-il mil għal seiners tat-tonn u dgħajjes tat-tkarkir tal-wiċċ,

- lil hinn minn sitt mili għal bastimenti tat-tonn pole-and-line,

- mill-linji bażiċi għal lixka ħajja u għal dgħajjes tat-tkarkir tal-qiegħ.

2. Bastimenti cephalopod li jwettqu sajd sperimentali għandu jkollhom aċċess għaż-żoni tas-sajd kollha ta' Cape Verde.

I. Xbiek awtorizzati

Il-qies minimu ta‘ xbiek awtorizzati għat-trawl body (xibka estiża kompletament) għandha tkun:

- 16 mm għal sajd permezz ta' lixka ħajja,

- 40 mm għal cephalopods.

Fil-każ tat-tonn, għandhom jgħoddu l-livelli internazzjonali rakkomandati mill-ICCAT.

J. Dħul u ħruġ miż-żona

1. Il-bastimenti kollha tal-Komunità li jistadu taħt dan il-Ftehim fiż-żona ta' Cape Verde għandhom jikkomunikaw lill-istazzjon tar-radju ta‘ Saõ Vicente id-data u l-ħin u l-pożizzjoni ta' meta jidħlu fil jew iħallu ż-żona tas-sajd ta' Cape Verde.

2. Waqt li jistadu fiż-żona ta' Cape Verde, il-bastimenti għandhom jinnotifikaw il-pożizzjoni tagħhom u l-qabda tagħhom lill-awtoritajiet rilevanti ta' Cape Verde kull tlett ijiem permezz ta l-istazzjon tar-radju ta‘ Saõ Vicente, u jagħtu l-qabda totali tagħhom kull darba li jħallu ż-żona.

3. Is-sinjal tas-sejħa u l-frekwenzi operattivi u l-ħinijiet tax-xogħol ta' l-istazzjon għandhom ikunu komunikati lil sidien il-bastimenti jew lir-rappreżentanti tagħhom mill-Uffiċċju tas-Segretarju ta' Stat għas-Sajd ta‘ Cape Verde fil-ħin tal-ħruġ tal-liċenzja.

4. F'każijiet fejn komunikazzjoni bir-radju ma tistax isseħħ, il-bastimenti jistgħu jużaw mezzi alternattivi, bħat-telex jew it-telegramm.

K. Apparat tal-port u l-użu ta' provisti u servizzi

Il-Bastimenti tal-Komunità għandhom, fejn ikun possibbli, iġibu f'Cape Verde il-provvisti u s-servizzi kollha meħtieġa għall-attivitajiet tagħhom. L-awtoritajiet rilevanti ta‘ Cape Verde għandhom, bi ftehim ma' sidien il-bastimenti jew ir-rappreżentanti tagħhom, jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għall-użu ta‘ l-apparat tal-port, u fejn meħtieġ, provvisti u servizzi.

L. Proċeduri f'każ ta‘ abbordar

1. Id-Delegazzjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej f'Cape Verde għandha tkun notifikata fi żmien 48 siegħa bi kwalunkwe abbordar ġewwa ż-żona ta' sajd ta' Cape Verde ta' kwalunkwe bastiment li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru tal-Komunità u li jopera taħt dan il-Ftehim. Għandu jkun ipprovdut rapport qasir dwar iċ-ċirkostanzi u r-raġunijiet li wasslu għall-abbordar fi żmien 72 siegħa.

2. Għandha tinżamm laqgħa, fi żmien 24 siegħa mill-ghoti ta‘ l-informazzjoni msemmija hawn fuq, bejn id-Delegazzjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej f'Cape Verde, l-Uffiċċju tas-Segretarju ta‘ Stat għas-Sajd ta' Cape Verde u l-awtoritajiet ta' spezzjoni, fejn, possibbilment, jidher għaliha rappreżentant ta' l-Istat Membru konċernat, f'liema kaz il-partijiet għandhom jaqsmu d-dokumentazzjoni rilevanti u informazzjoni li tgħin biex jiġu ċarati ċ-ċirkostanzi tal-fatti stabbiliti. Sid il-bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu għandhom ikunu infurmati bl-eżitu tal-laqgħa u bi kwalunkwe miżura li tirriżulta mill-abbordar.

3. Bastiment abbordat wara ksur ta‘ regoli tas-sajd għandu jinħeles wara li titħallas garanzija, li tiġi fissata fid-dawl ta‘ l-ispiża ta‘ l-abbordar u l-ammont ta‘ multi u kumpens li għalihom dawk responsabbli għall-ksur huma soġġetti.

APPENDIĊI 1

UFFIĊĊJU TAS-SEGRETARJU TA' STAT GĦAS-SAJD

Applikazzjoni għal liċenzja ta' bastimenti barranin fis-sajd industrijali

1. Isem ta' sid il-bastiment: ……

2. Indirizz ta' sid il-bastiment: …

3. Isem ir-rappreżentant jew aġent lokali ta‘ sid il- bastiment: …

4. Indirizz ir-rappreżentant jew aġent lokali ta' sid il-bastiment: …

5. Isem tal-kaptan: …

6. Isem tal-bastiment: …

7. Numru ta' reġistrazzjoni: …

8. Data u post ta' kostruzzjoni: …

9. Itajjar il-bandiera ta': …

10. Port ta' registrazzjoni: …

11. Port tar-rigging: …

12. Tul komplut: …

13. Wisgħa: …

14. Tunnellaġġ gross: …

15. Tunnellaġġ nett: …

16. Kapaċita‘ ta’ l-istiva: …

17. Kapacita‘ għal iffriżar: …

18. Tip ta' makna u saħħa: …

19. Tip ta' sajd: …

20. Baħrin: …

21. Apparat ta' komunikazzjoni: …

22. Sinjal tas-sejħa: …

23. Sinjali ta' dialling: …

24. Operazzjonijiet ta' sajd li ser jitwettqu: …

25. Post ta' tniżżil tal-qabda: …

26. Żoni ta' sajd: …

27. Speċi li għandhom jinqabdu: …

28. Perjodu ta‘ validità: …

29. Kondizzjonijiet speċjali: …

30. Attivitajiet oħra ta' l-applikant f'Cape Verde: …

Opinjoni tad-Direttorat Ġenerali għas-Sajd:

Uffiċċju tas-Segretarju ta' Stat għas-Sajd:

APPENDIĊI 2

+++++ TIFF +++++

APPENDIĊI 3

INFORMAZZJONI DWAR QABDIET LI JIRRIŻULTAW MINN SAJD INDUSTRIJALI

1. Isem u numru ta' registrazzjoni tal-bastiment:…

2. Nazzjonalità: …

3. Tip ta' bastiment: …

(i.e. għal ħut frisk, tonn, eċċ.)

4. Isem tal-kaptan:. …

5. Liċenzji tas-sajd maħruġa minn: …

validi għall-perjodu: …

6. Tip ta‘ sajd: …

7. Data ta' meta iħalli l-port: …

Data ta' meta jidħol fil-port: …

8. Qabdiet: …

+++++ TIFF +++++

Jiena hawn taħt iffirmat …, Kaptan tal-bastiment hawn fuq imsemmi, jew bħala r-rappreżentant tiegħu, niddikjara li l-informazzjoni mogħtija hawn fuq hija korretta, kif jixhed l-osservatur tal-Gvern.

Mixhuda mill-Osservatur tal-Gvern | Iffirmat Il-Kaptan |

--------------------------------------------------

PROTOKOLL

li jistabbilixxi id-drittijiet ta' sajd u kumpens finanzjarju previst fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' Cape Verde dwar sajd ‘il barra minn Cape Verde

Artikolu 1

1. Sabiex jintlaħaq l-għan ta l-Artikolu 2 ta' dan il-Ftehim u għal perjodu ta' tlitt snin, id-drittijiet ta' sajd għandhom ikunu kif ġej:

(a) Speċi migratorji ħafna

- Seiners tat-tonn bil-friża: 21 bastiment,

- Bastimenti tat-tonn pole-and-line u dgħajjes tat-tkarkir tal-wiċċ: 24 bastiment,

- Fuq talba tal-Komunità, l-allokazzjoni ta' drittijiet tas-sajd għal speċi migratorji ħafna għat-tieni sena ta' l-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll tista' tiġi mibdula b'massimu ta 15 % tal-bastimenti kkonċernati.

(b) Speċi oħra

- Dgħajjes tat-tkarkir tal-qiegħ: żewġ bastimenti, kull wieħed b'tunnellaġġ ta‘ anqas minn 210 GRT,

- Sajd sperimentali cephalopod: żewġ bastimenti.

2. L-ewwel laqgħa tal-kumitat konġunt imsemmija fl-Artikolu 9 tal-Ftehim li għandha tinżamm fit-tieni sena ta' l-applikazzjoni ta dan il-Protokoll għandha teżamina r-riżultati disponibbli tas-sajd sperimentali cephalopod.

Artikolu 2

1. Għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 1, il-kumpens finanzjarju msemmi fl-Artikolu 7 ta' dan il-Ftehim għandu jkun ta' ECU 1950000, pagabbli fi tlett pagamenti ugwali.

2. L-użu li għalih dan il-kumpens għandu jintuża għandu jkun fir-responsabbiltà totali ta' l-awtoritajiet ta' Cape Verde.

3. Il-kumpens għandu jsir f'kont miftuħ ma' istituzzjoni finanzjarja jew entità oħra nominata mill-awtoritajiet ta' Cape Verde.

Artikolu 3

Is-sidien tal-bastimenti konċernati għandhom iżommu drittijiet sħaħ ta proprjetà fuq il-qabdiet magħmulha bħala parti minn sajd sperimentali cephalopod.

Artikolu 4

Il-Komunità għandha tikkontribwixxi wkoll matul il-perjodu msemmi fl-Artikolu 1 is-somma ta' ECU 500000 lejn l-iffinanzjar tal-programm xjentifiku u tekniku ta' Cape Verde (apparat, infrastruttura, seminars, studji, eċċ.) sabiex titjieb l-informazzjoni dwar rizorsi ta sajd ġewwa ż-żona esklusiva ekonomika ta' Cape Verde.

Din is-somma għandha tkun disponibbli lill-Uffiċċju tas-Segretarju ta' Stat għas-Sajd ta' Cape Verde u mħallsa f'kont bankarju indikat mill-Uffiċċju.

Artikolu 5

1. Iż-żewġ Partijiet qed jiftehmu biex itejbu l-kapaċitajiet u l-għerf ta‘ dawk involuti fis-sajd fil-baħar bħala element vitali għas-suċċess tal-koperazzjoni ta' bejniethom. Għal dan il-għan, il-Komunità se tagħmilha aktar faċli għal persuni ta' nazzjonalità ta' Cape Verde biex isibu post fi stabbilimenti fl-Istati Membri u se tipprovdi għal din ir-raġuni premjijiet għal studju u taħriġ prattiku fid-dixxiplini varji xjentifiċi, tekniċi u ekonomiċi relattati mas-sajd. Il-premijiet jistgħu jintużaw ukoll fi kwalunkwe pajjiż li għandu rabtiet mal-Komunità permezz ta' ftehim ta' koperazzjoni.

2. L-ispiża totali tal-premijiet ma tistax taqbeż ECU 160000 . Fuq talba ta' l-awtoritajiet ta' Cape Verde, parti minn din is-somma tista' tintuża biex tkopri l-ispejjeż ta‘ parteċipazzjoni f'laqgħat internazzjonali jew korsijiet ta' taħriġ li jikkonċernaw is-sajd. Is-somma hija pagabbli biss fil-waqt li tiġi biex tintuża.

Artikolu 6

Jekk il-Komunità tonqos milli tħallas kif hemm previst fl-Artikoli 2 u 4, l-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll tista' tiġi sospiża.

--------------------------------------------------