21989A1230(16)



Official Journal L 400 , 30/12/1989 P. 0012 - 0015
Finnish special edition: Chapter 16 Volume 1 P. 0096
Swedish special edition: Chapter 16 Volume 1 P. 0096


Ftehim

bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Islanda dwar is-sistemi ta' l-iskambju ta' data elettronika dwar il-kummerċ

IL-KOMUNITÀ EKONOMIKA EWROPEA,

minn hawn ‘il quddiem imsejħa "il-Komunità", u

IR-REPUBBLIKA TA' L-ISLANDA,

minn hawn ‘il quddiem msejħa "l-Islanda",

it-tnejn minn hawn ‘il quddiem imsejjħa l-"Partijiet Kontraenti",

BILLI, permezz ta' Deċiżjoni tal-5 t'Ottubru 1987, il-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej adotta programm tal-Komunità fil-qasam ta' l-iskambju ta' data elettronika dwar il-kummerċ, l-industrija u l-amministrazzjoni, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ "il-programm Tedis";

BILLI l-Istati Membri ta' l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles, minn hawn ‘il quddiem imsejjħa "EFTA", jieħdu parti attiva, flimkien mal-Komunità sabiex tipprepara livelli f'dan il-qasam, fejn hemm interess reċiproku sabiex tiġi żviluppata koperazzjoni f'oqsma bħall-proġett CD u telekomunikazzjonijiet;

BILLI l-assoċjazzjoni ta' l-Islanda mal-programm Tedis tal-Komunità jiffaċilita din il-koperazzjoni, jgħin sabiex jiġi evitat il-ħolqien ta' barrieri tekniċi ġodda għall-kummerċ bejn il-Komunità u l-Istati Membri ġo l-EFTA, u sabiex jikkontribwixxi għall-Iżvilupp kordinat ta' trasferiment elettroniku ta' data ma' l-Ewropa kollha;

FL-ISFOND tad-Dikjarazzjoni Konġunta li ssejjaħ għall-ħolqien ta' spazju ekonomiku Ewropew (EES), adottata mill-Ministri ta' l-Istati Membri ta' l-EFTA u l-Istati Membri tal-Komunità u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej fil-Lussemburgu fid-9 ta' April 1984,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1. L-Islanda hija hawnhekk assoċjata mal-programm Tedis, taħt il-kondizzjonijiet imfassla f'dan il-Ftehim. L-Għanijiet tal-programm Tedis huma stabilliti fl-Anness A.

2. Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, minn hawn ‘il quddiem imsejjħa l- "Kummissjoni", għandha tkun responsabbli għat-twettiq ta' dan il-programm.

Artikolu 2

Impriżi, inklużi intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, istituti ta' riċerka u korpi oħra stabbiliti fl-Islanda jistgħu jagħmlu offerti jew jagħmlu kuntratti taħt il-programm Tedis, taħt l-istess termini u kondizzjonijiet bħal dawk applikabbli għal intrapriżi, istituti ta' riċerka u korpi oħra stabbiliti ġewwa l-Komunità.

Artikolu 3

Ir-riżultat ta' l-implimentazzjoni tal-programm Tedis, partikolarment dawk ġejjin mill-kuntratti konklużi skond l-Artikolu 2, għandhom ikunu disponibbli lill-Partijiet Kontraenti.

Artikolu 4

1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja ta' l-Islanda li tkun ġejja mill-assoċjazzjoni tagħha mal-programm Tedis, għandha tiġi stabbilita fi proporzjon ma' l-ammont disponibbli kull sena fil-budget ġenerali tal-Komunità għall-approprjazzjonijiet li jkopru impenji sabiex jilħqu l-obbligi finanzjarji tal-Kummissjoni, li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-programm.

2. Il-fattur ta' proporzjonalità li jirregola l-kontribuzzjoni ta' l-Islanda għandu jingħata mill-proporzjon bejn, il-prodott gross domestiku ta' l-Islanda bil-prezzijiet tas-suq, u s-somma tal-prodott gross domestiku bil-prezz tas-suq ta' l-Istati Membri tal-Komunità u l-Islanda. Dan il-proporzjon għandu jiġi kalkulat a bażi ta' l-iktar data riċenti disponibbli tal-OECD.

3. L-ammont kalkolat bħala meħtieġ sabiex isir il-proġett Tedis u l-ammont tal-kontribuzzjoni kalkolata ta' l-Islanda huma stabbiliti fl-Anness B.

4. Id-dispożizzjonijiet u r-regoli li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja ta' l-Islanda huma stabbiliti fl-Anness Ċ.

Artikolu 5

Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Islanda informata dwar ir-realizzazzjoni ta' l-azzjonijiet definiti fil-programm Tedis.

Artikolu 6

1. Dan il-Ftehim għandu jiġi konkluż għal kemm idum il-programm tal-Komunità Tedis.

2. Jekk il-Komunità tirrevedi il-programm Tedis, il-Ftehim jistà jiġi tterminat taħt kondizzjonijiet mifthiema bonarjament. L-Islanda għandha tiġi notifikata bil-kontenut preċiż tal-programm rivedut fi żmien ġimgħa mill-addozzjoni tiegħu mill-Komunità. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jinnotifikaw lil xulxin fi żmien tlett xhur minn meta d-deċiżjoni tal-Komunità tiġi adottata, jekk ikun previst terminazzjoni tal-Ftehim.

3. Meta jiġi adottat programm ġdid tat-Tedis, dan il-Ftehim għandu jiġi mġedded permezz ta' ftehim taċitu, għal matul il-programm il-ġdid, sakemm ma jiġix itterminat minn wieħed mill-Partijiet Kontraenti fi żmien tlett xhur mill-adozzjoni tal-programm il-ġdid. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2 jibqgħu japplikaw.

4. Kull meta tittieħed deċiżjoni dwar it-tiġdid tal-programm Tedis mill-Komunità, l-Annessi A u B għandhim jiġu emendati skond id-deċiżjoni tal-Komunità sakemm ma jiġix miftiehem mod ieħor mill-Partijiet Kontraenti.

5. Dan il-Ftehim m'għandux jitqies skadut sempliċiment minħabba li jkun hemm dewmien fl-addozzjoni tal-programm il-ġdid Tedis.

6. Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 2 u 3, kull wieħed mill-Partijiet Kontraenti jista' jittermina l-Ftehim, b'notifika ta' tlett xhur. Il-proġetti u x-xogħlijiet li jkunu għaddejjin fil-mument tat-terminazzjoni u/jew ma' l-iskadenza ta' dan il-Ftehim għandhom jitkomplew taħt il-kondizzjonijiet imfassla f'dan il-Ftehim.

Artikolu 7

L-Annessi A, B u Ċ ta' dan il-Ftehim huma parti ntegrali minnu.

Artikolu 8

Dan il-Ftehim għandu jiġi approvat mill-Partijiet Kontraenti skond il-proċeduri tagħhom. Għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet Kontraenti jkunu nnotifikaw lil xulxin illi l-proċeduri neċessarji għal dan il-għan ikunu ġew kompliti.

Artikolu 9

Dan il-Ftehim għandu jiġi abbozzat f'żewġ kopji, bil-lingwa Daniża, Olandiża, Ingliża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Taljana, Portugiża, Spanjola u l-lingwi ta' l-Islanda, kull wieħed minn dawn it-testi ugwalment awtentiku.

Magħmul fi Brussel fis-seba' jum ta' Diċembru tas-sena elf disa' mija u tmienja u disgħin.

Għall-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej

Jean Vidal

Gianluigi Giola

Għall-Gvern tar-Repubblika ta' l-Islanda

Einar Benediktsson

--------------------------------------------------

ANNESS A

L-għanijiet tal-programm Tedis għall-1988 sal-1989 huma:

1. il-kordinazzjoni fil-livell tax-xogħol tal-Komunità, li jkun qed isir f'diversi Stati Membri dwar l-Iżvilupp ta' sistemi għall-iskambju ta' data elettronika dwar il-kummerċ;

2. sabiex javża lill-utenti potenzjali;

3. sabiex javża lill-manifatturi Ewropej ta' hardware u software bl-opportunitajiet offruti mill-iskambju ta' data elettronika;

4. appoġġ loġistiku għall-gruppi settorali Ewropej;

5. kunsiderazzjoni dwar ħtiġijiet speċifiċi ta' l-iskambju ta' data elettronika dwar il-kummerċ bejn l-Istati Membri u l-Komunità dwar politiki fit-telekomunikazzjoni u standardizzar, u kif isir xogħol preparatorju għal dan l-iskop;

6. għajnuna fit-twaqqif ta' ċentri għat-testijiet dwar konformita' fuq software u hardware użati f'sistemi ta' l-iskambju ta' data elettronika dwar il-kummerċ;

7. sabiex jinstabu soluzzjonijiet għall-problemi legali li jistgħu ixekklu l-iżvilupp ta' l-iskambju ta' data elettronika dwar il-kummerċu sabiex jiġi żgurat li r-regolamenti restrittivi fit-telekomunikazzjoni ma jżommux l-iżvilupp fl-iskambju ta' data elettronika dwar il-kummerċ;

8. sabiex jiġu studjati ħtiġijiet ta' sigurta għas-sistemi ta' l-iskambju ta' data elettronika dwar il-kummerċ, sabiex tiġi garantita l-kunfidenzjalita tal-messaġġi trasmessi;

9. sabiex jiġu studjati problemi speċifiċi kkawżati mill-multipliċita ta' lingwi fil-Komunità u, għal dan il-għan, sabiex tiġi eżaminata l-possibilita', bil-għan tal-multilingwiżmu, billi jintużaw ir-riżultati akkwistati jew mistennija taħt il-programmi ta' traduzzjoni Systran u Eurotra;

10. sabiex tiġi studjata l-konvenjenza tal-promozzjoni ta' l-iżvilupp ta' software speċifiku meħtieġ għall-iskambju ta' data elettronika dwar il-kummerċ;

11. sabiex jiġu elenkati il-proġetti esistenti jew potenzjali dwar l-iskambju ta' data elettronika dwar il-kummerċ, u sabiex issir analiżi komparattiva tagħhom;

12. identifikazzjoni ta' ħtiġijiet speċjali li joħorġu matul l-implimentazzjoni tas-sistemi ta' l-iskambju ta' data elettronika dwar il-kummerċ, li jistgħu jintlaħqu aktar malajr bl-assistenza mill-Komunità;

13. sabiex isir studju partikolari dwar l-assistenza li tistà tingħata lill-negozji żgħar jew ta' daqs medju, sabiex tingħom jieħdu parti attiva fl-iskambju ta' data dwar negozju fl-elettronika;

14. sabiex wieħed jaħseb dwar appoġġ possibli, għall-proġetti pilota, li l-implimentazzjoni gradwali tagħhom tista' tinkoraġġixxi soluzzjonijiet li kapaċi jiġu ġeneralizzati fuq problemi ta' interess komuni, li magħhom jiltaqgħu bosta sistemi ta' l-iskambju ta' data elettronika dwar il-kummerċ.

--------------------------------------------------

ANNESS B

Estimi finanzjarji għall-1989

Approprjazzjonijiet ta' rabta, meħtieġa sabiex isir il-programm Tedis, anqas spejjeż ta' vjaġġar u anqas salarji t'esperti, relatati mas-Segretarjat tal-Bord Edifact: 3840000 EKU.

Kalkolu tal-kontribuzzjoni finanzjarja ta' l-Islanda: 4608 EKU.

--------------------------------------------------

ANNESS Ċ

Regoli Finanzjarji

Artikolu 1

Dan l-Anness jistabbilixxi id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja ta' l-Islanda li għaliha saret referenza fl-Artikolu 4 tal-Ftehim.

Artikolu 2

1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja ta' l-Islanda għandha tiġi amministrata mis-Segretarjat ta' l-EFTA.

2. Kull sena, fi żmien li jrid jiġi miftiehem mill-Kummissjoni u s-Segretarjat ta' l-EFTA, il-Kummissjoni għandha tibgħat lis-Segretarjat ta' l-EFTA, sejħa għall-fondi, li tikkorispondi għall-kontribuzzjonijiet tal-pajjiżi kollha ta' l-EFTA għan-nefqiet taħt il-Ftehim rispettivi tagħhom assoċjati mal-programm Tedis.

3. Il-kontribuzzjoni għandha tkun espressa kemm f'ekus kif ukoll fi franki Svizzeri, bil-komposizzjoni ta' l-eku definita fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3180/78. Il-valur tal-kontribuzzjoni f'ekus għandu jiġi determinat fil-jum tas-sejħa għall-fondi.

4. Is-Segretarjat ta' l-EFTA għandu jissottometti lill-Kummissjoni il-kontribuzzjonijiet tal-pajjiżi kollha ta' l-EFTA, għan-nefqiet ta' kull sena, taħt il-Ftehim tagħhom, ta' lanqas tlett xhur wara li s-sejħa għall-fondi tkun ġiet riċevuta mis-Segretarjat ta' l-EFTA. Kwalunkwe dewmien fil-ħlas tal-konribuzzjoni għandu jġib miegħu il-ħlas ta' interessi mis-Segretarjat ta' l-EFTA, b'rata daqs l-ogħla rata ta' skont akkwistata fl-Istati Membri tal-Komunità fid-data li jkun dovut. Ir-rata għandha tiżdied b'0,25 % punti perċentwali għal kull xahar ta' dewmien.

5. Ir-rata miżjuda għandha tiġi applikata fuq il-perjodu kollu ta' dewmien.

6. Ir-regoli finanzjarji fis-seħħ applikabbli għal-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, għandu japplika għat-tmexxija ta' l-approprazzjonijiet.

7. Fl-aħħar ta' kull sena, għandha tiġi ppreparata stima ta' approprazzjonijiet għall-programm Tedis, u mibgħuta lill-Islanda u lis-Segretarjat ta' l-EFTA għall-informazzjoni.

--------------------------------------------------