21989A1013(02)



Official Journal L 295 , 13/10/1989 P. 0009 - 0013
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 7 P. 0089
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 7 P. 0089


Protokoll supplimentari

mal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Islanda dwar l-eliminazzjoni ta' restrizzjonijiet kwantitattivi eżistenti u l-prevenzjoni ta' oħrajn li jolqtu l-esportazzjoni jew miżuri li għandhom effett ekwivalenti

IL-KOMUNITÀ EKONOMIKA EWROPEA

fuq naħa waħda, u,

IR-REPUBBLIKA TA' L-ISLANDA

fuq in-naħa l-oħra,

WARA LI KKUNSIDRAW il-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Islanda ffirmat fi Brussel fit-22 ta' Lulju 1972, hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejjaħ il-"Ftehim", u b'mod partikolari għall-Artikolu 33 tiegħu,

WAQT LI IRRIVOKAW l-għanijiet tal-ħolqien ta' Spazju Ekonomiku Ewropew skond id-Dikjarazzjoni Konġunta adottata mill-Ministri tal-pajjiżi fi ħdan l-EFTA u l-Membri Stati tal-Komunità u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropew fil-Lussemburgu fid-9 ta' April 1984,

KONXJI tal-bżonn li jiżviluppaw ir-relazzjonijiet tagħhom tal-kummerċ fl-interessi taż-żewġ ekonomiji billi jiġu eliminati barrieri eżisenti u jimpedixxu barrieri ġodda li jistgħu jolqtu l-esportazzjoni tal-prodotti tagħhom koperti bil-Ftehim,

KONXJI madankollu li taħt ċerti ċirkustanzi eċċezzjonali Parti Kontraenti tista' tkun furzata li tieħu miżuri ta' salvagwardja fuq l-esportazzjoni u li disposizzjonijiet speċifiċi għandhom jiġu ntrodotti hawnhekk,

IDDEĊIEDEW LI JTEMMU DAN IL-PROTOKOLL:

Artikolu 1

L-Artikoli li ġejjin huma mdaħħlin fil-Ftehim:

"Artikolu 13a

1. L-ebda restrizzjoni kwantitattiva ġdida fuq esportazzjoni jew miżuri li għandhom effett ekwivalenti se jkunu ntrodotti fil-kummerċ bejn il-Komunità u l-Islanda.

2. Restrizzjonijiet kwantitattivi fuq esportazzjoni u kwalunkwe miżura li għandhom effett ekwivalenti se jkunu aboliti fl-1 ta' Jannar 1990, ħlief għal dawk li ġew applikati fl-1 ta' Jannar 1989 għall-prodotti mniżżlin fil-Protokoll 7 li se jkunu eliminati skond id-disposizzjonijiet ta' l-istess Protokoll.

Artikolu 13b

Parti Kontraenti li qed tikkonsidra tibdil fl-arranġamenti li tapplika fuq l-esportazzjoni għall-pajjiżi terzi għandha, sakemm ikun prattiku, tgħarraf ‘il-Kumitat Konġunt mhux inqas minn 30 ġurnata qabel it-tibdil propost jidħol fis-seħħ. Għandha tieħu nota ta' kull rappreżentazzjoni minn Partijiet Kontraenti oħra dwar kull tagħwig li jista' jirriżulta minn dan.

Artikolu 25a

Fejn konformità mad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 7 u 13a iwasslu għal

1. riesportazzjoni lejn pajjiż terz kontra liema l-Parti Kontraenti li qed tesporta għandha, għall-prodott ikkonċernat restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni kwantitattiva, taxxi ta' l-esportazzjoni jew miżuri jew piżijiet li għandhom effett ekwivalenti; jew

2. nuqqas serju, jew theddida b'dan, ta' prodott essenzjali għall-Parti Kontraenti li qed tesporta;

u fejn is-sitwazzjonijiet imsemmija hawn fuq jagħtu bidu jew hu probabbli li joħolqu diffikultajiet kbar għall-Parti Kontraenti li qed tesporta, dik il-Parti Kontraenti tista' tieħu miżuri adattati taħt il-kondizzjonijiet u skond il-proċeduri mniżżla fl-Artikolu 28'"

Artikolu 2

It-test ta' l-Artikolu 28 tal-Ftehim hu mbiddel b'dan li ġej:

"Artikolu 28

1. F'każ li Parti Kontraenti li qed tissuġġetta l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' prodotti li jistgħu joħolqu diffikultajiet imsemmija fl-Artikoli 25, 25a u 27 għal proċedura amministrattiva, liema għan hu li tiġi pprovduta nformazzjoni rapida fuq it-tendenza tal-fluss tal-kummerċ, hi għandha tinforma lill-Parti Kontraenti l-oħra.

2. Fil-każijiet speċifikati fl-Artikoli 23 sa' 27, qabel ma jittieħdu l-miżuri li hemm imsemmija jew, fil-każijiet fejn japplika paragrafu 3 (e), kemm jista' jkun malajr, il-Parti Kontraeni msemmija għandha tipprovdi lill-Kumitat Konġunt bl-informazzjoni relevanti kollha meħtieġa għal eżaminazzjoni kompleta tas-sitwazzjoni bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni aċċettabli għall-Partijiet Kontraenti. Meta jintgħażlu l-miżuri, trid tingħata prijorità lil dawk li l-inqas jiddisturbaw il-funzjoni tal-Ftehim.

Il-Kumitat Konġunt għandu jiġi mgħarraf minnufih bil-miżuri tas-salvagwardja u dawn għandhom ikunu suġġetti għall-konsultazzjonijiet perjodiċi mill-Kumitat, partikolarment bil-għan li jiġu aboliti meta ċ-ċirkostanzi jippermettu.

3. Għall-implementazzjoni tal-paragrafu 2, id-disposizzjonijiet li ġejjin għandhom jgħoddu:

(a) Rigward l-Artikolu 24, kull Parti Kontraenti tista' tirreferi s-sitwazzjoni lill-Kumitat Konġunt jekk taħseb li ċerta drawwa ma taqbilx mal-funzjoni proprja tal-Ftehim skond it-tifsira ta' l-Artikolu 24(1).

Il-Partijiet Kontraenti għandhom jipprovdu lill-Kumitat Konġunt bl-informazzjoni relevanti kollha biex jeżaminaw il-każ u, fejn jaqbel, jeliminaw id-drawwa li ġiet oġġezzjonata.

Jekk il-Parti Kontraenti msemmija ma ttemx il-prattika oġġezzjonata sal-perjodu fiss mill-Kumitat Konġunt, jew fin-nuqqas ta' ftehim fil-Kumitat Konġunt sa' tliet xhur minn meta l-każ ġie referut lilha, il-Parti Kontraenti kkonċernata tista' tadotta xi miżuri ta' salvagwardja li hi tikkonsidra neċessarji biex tieħu ħsieb id-diffikultajiet serji li jinħolqu mill-prattiċi msemmija; b'mod partikolari hi tista' tneħħi konċessjonijiet tat-tariffi.

(b) Rigward l-Artikolu 25, id-diffikultajiet li jiġu mis-sitwazzjoni msemmija f'dak l-Artikolu tista' tiġi rreferuta lill-Kumitat Konġunt għal eżaminazzjoni, li jista' jieħu kull deċiżjoni bżonnjuża biex jintemmu dawn id-diffikultajiet.

Jekk il-Kumitat Konġunt jew il-Parti Kontraenti li qed jesportaw ma jieħux deċiżjoni li ttemm id-diffikultajiet sa' 30 ġuranta minn meta l-każ ġie referut, il-Parti Kontraenti li qed tesporta hi awtorizzata li tqabbad taxxa ta' kumpens fuq il-prodott importat.

It-taxxa ta' kumpens għandha tiġi maħduma skond l-inċidenza fuq il-valur tal-merkanzija msemmija skond id-disparitajiet tat-tariffi rigward materja prima jew prodotti intermedji.

(ċ) Rigward l-Artikolu 25a, id-diffikultajiet li jinħolqu mis-sitwazzjonijiet imsemmija f'dak l-Artikolu għandhom jiġu rreferuti lill-Kumitat Konġunt għal eżaminazzjoni. Rigward subparagrafu (ii) ta' l-Artikolu 25a, it-theddida ta' nuqqas għandha tkun murija mill-kwantità adattata u mill-indikaturi tal-prezz.

Il-Kumitat Konġunt jista' jieħu kull deċiżjoni neċessarja biex itemm id-diffikultajiet. Jekk il-Kumitat Konġunt ma jieħux din id-deċiżjoni sa' 30 ġurnata minn meta l-kwistjoni ġiet irreferuta għandu, il-Parti Kontraenti li qed tesporta hi awtorizzata li tapplika temporanjament miżuri adattati fuq l-esportazzjoni tal-prodott konċernat.

(d) Rigward l-Artikolu 26, konsultazzjoni fil-Kumitat Konġunt għandha ssir qabel il-Parti Kontraenti kkonċernata tieħu l-miżuri adattati.

(e) Fejn ċirkostanzi eċċezzjonali li jeħtieġu azzjoni immedjata jagħmlu eżaminazzjoni minn qabel impossibli, il-Parti Kontraenti kkonċernata tista', fis-sitwazzjonijiet speċifikati fl-Artikoli 25, 25a, 26 u 27 u anke fil-każ fejn għajnuna għall-esportazzjoni għandha inċidenza diretta u mmedjata fuq il-kummerċ, tapplika minnufih il-miżuri ta' prekawzjoni strettament neċessarji biex tiġi rrimedjata s-sitwazzjoni."

Artikolu 3

It-test li ġej għandu jkun anness mal-Ftehim bħala Protokoll 7:

"

Protokoll 7

li jikkonċerna l-eliminazzjoni ta' ċertu restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-esportazzjoni

Restrizzjonijiet kwantitattivi applikati mill-Komunità fuq esportazzjoni lejn l-Islanda tal-prodotti mniżżlin hawn taħt għandhom ikunu eliminati mhux aktar tard mid-dati indikati.

Sistema armonizzata Numru tat-Titlu | Deskrizzjoni tal-Prodott | Data ta' l-eliminazzjoni |

74.04 | Skart u ruttam tar-ram | ta' l- 1.1.1992 |

ex 44.01 | Injam għal karburanti, injam tal-koniferu u ċana ta' l-arżnu u taż-żnuber | ta' l- 1.1.1993 |

ex 44.03 | Injam aħrax, imqaxxar jew mhux miz-zokk tiegħu jew biss imħarrax l-isfel - oħrajn, li ma jinkludux il-luq | ta' l- 1.1.1993 |

Injam maqtugħ b'mod aħrax f'biċċiet kwadri jew nofs kwadri iżda mhux manifatturati aktar - oħrajn, li ma jinkludux il-luq | ta' l- 1.1.1993 |

ex 44.07 | Injam imserra għat-tul, imqatta' biċċa biċċa jew imqaxxar imma mhux ippreparat aktar, bi ħxuna ta' aktar minn 6 mm - ta' injam tal-koniferu li ma jinkludix tavli żgħar għall-manifatturar tal-kaxex, tal-passaturi jew għarbiel tan-naqal jew materjal bħal dan | ta' l- 1.1.1993 |

ex 41.01 | Ġlud oħxon u ġlud nej ta' annimali ta' l-ifrat li jiżnu inqas minn 6 kg għal kull ġilda | ta' l- 1.1.1992 |

ex 41.02 | Ġilda nejja ta' nagħaġ u ħrief | ta' l- 1.1.1992 |

ex 41.03 | Ġlud oħxon u ġlud nej ta' mogħoż u gidien | ta' l- 1.1.1992 |

ex 43.01 | Ġilda tal-fêr nejja tal-fniek | ta' l- 1.1.1992 |

"

Artikolu 4

Dan il-Protokoll Supplementari għandu jkun approvat mill-Partijiet Kontraenti skond il-proċeduri tagħhom.

Se jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1990 iżda l-Partijiet Kontraenti jkunu għarrfu lil xulxin qabel dik id-data li l-proċeduri neċessarji sa' dan it-tmiem ġew mlesta.

Jekk il-Protokoll Supplementari ma jidħolx fis-seħħ f'dik il-ġurnata, dan għandu jsir fl-ewwel ġurnata tat-tieni xahar wara din in-notifika.

Artikolu 5

Dan il-Protokoll Supplimentari hu magħmul b'żewġ kopji fl-ilsna Daniż, Olandiż, Ingliż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Taljan, Spanjol Portugiż u l-ilsna ta' l-Islanda, kull test ikun ugwalment awtentiku.

Hecho en Bruselas, a veinticinco de julio de mil novecientos ochenta y nueve.Udfaerdiget i Bruxelles, den femogtyvende juli nitten hundrede og niogfirs.Geschehen zu Bruessel am fuenfundzwanzigsten Juli neunzehnhundertneunundachtzig.Έγινε στις Βρυζέλλες, στις είκοσι πέντε Ιουλίου χίλια εννιακόσια ογδόντα εννέα.Done at Brussels on the twenty-fifth day of July in the year one thousand nine hundred and eighty-nine.Fait à Bruxelles, le vingt-cinq juillet mil neuf cent quatre-vingt-neuf.Fatto a Bruxelles, addì venticinque luglio millenovecentottantanove.Gedaan te Brussel, de vijfentwintigste juli negentienhonderd negenentachtig.Feito em Bruxelas, em vinte e cinco de Julho de mil novecentos e oitenta e nove.Gjört í Brussel, hinn tuttugasta og fimmta dag julímánáĐar nítjan hundruĐ áttatíu og níu.

Por el Consejo de las Comunidades EuropeasFor Raadet for De Europaeiske FaellesskaberFür den Rat der Europäischen GemeinschaftenΓια το Συμβούλιο των Ευρωπαϊκών ΚοινοτήτωνFor the Council of the European CommunitiesPour le Conseil des Communautés européennesPer il Consiglio delle Comunità europeeVoor de Raad van de Europese GemeenschappenPelo Conselho das Comunidades EuropeiasFyrir hond ráðs Evrópubandalaganna

+++++ TIFF +++++

Por el Gobierno de la República de IslandiaFor regeringen for Republikken IslandFür die Regierung der Republik IslandΓια την κυβέρνον της Δημοκρατίας της ΙσλανδίαςFor the Government of the Republic of IcelandPour le gouvernement de la république d'IslandePer il governo della Repubblica d'IslandaVoor de Regering van de Republiek IJslandPelo Governo da Republica da IslãndiaFyrir ríkisstjórn lýðveldisins Íslands

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA MILL-PARTIJIET KONTRAENTI

għall-Protokoll Supplimentari tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Islanda dwar l-eliminazzjoni ta' restrizzjonijiet kwantitattivi eżistenti u l-prevenzjoni ta' oħrajn ġodda li jaffettwaw l-esportazzjoni jew miżuri li għandhom effett ekwivalenti.

Il-Partijiet Kontraenti jiddikjaraw li l-Artikoli 7, 13a u 13b ta' dan il-Ftehim għandhom japplikaw għall-prodotti speċifikati fl-Artikolu 2 ta' dan il-Ftehim,

- li jinkludu prodotti li ġejjin miż-żejt ta' taħt l-art speċifikati fl-Artikolu 14 ta' dan il-Ftehim,

- li jeskludu l-prodotti koperti b'dan il-Ftehim bejn Stati Membri tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, fuq naħa waħda, u r-Repubblika ta' l-Islanda fuq naħa oħra.

--------------------------------------------------