21982A0302(01)



Official Journal L 378 , 31/12/1982 P. 0025 - 0031
Finnish special edition: Chapter 4 Volume 1 P. 0066
Swedish special edition: Chapter 4 Volume 1 P. 0066
Spanish special edition: Chapter 04 Volume 2 P. 0045
Portuguese special edition Chapter 04 Volume 2 P. 0045


Konvenzjoni dwar il-Konservanzzjoni tas-Salamaur fl-oċjan atlantiku tat-tramuntana

IL-PARTIJIET F'DIN IL-KONVENZJONI,

FILWAQT li jagħrfu illi s-salamur li joriġina fix-xmajjar ta' Stati differenti jitħallat f'ċerti partijiet tal-Oċjan Atlantiku tat-Tramuntana,

FILWAQT li jqisu l-liġi internazzjonali, id-dispożizzjonijiet dwar il-ħażniet anadromi tal-ħut fl-Abbozz tal-Konvenzjoni tat-Tielet Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar u żviluppi oħra f'fora internazzjonali li għandhom x'jaqsmu ma' ħażniet anadromi,

XEWQANA li jmexxu 'l quddiem il-kisba, l-analiżi u t-tixrid ta' tagħrif xjentifiku li għandu x'jaqsam mal-ħażniet tas-salamur fl-Oċjan Atlantiku tat-Tramuntana,

XEWQANA li jmexxu 'l quddiem il-konservazzjoni, ir-restorazzjoni, it-titjib u l-maniġġjar razzjonali tal-ħażniet tas-salamur fl-Oċjan Atlantiku tat-Tramuntana permezz ta' koperazzjoni internazzjonali,

FTIEHMU DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

1. Din il-Konvenzjoni tapplika għall-ħażniet tas-salamur li jpassu lil hemm mill-postijiet tas-sajd taħt il-ġurisdaizzjoni ta' l-Istati ta' fuq il-kosta ta' l-Oċjan Atlantiku tat-Tramuntana li jinsabu lejn it-tramuntana tal-latitudni 36° N matul il-firxa kollha migratorja tagħhom.

2. Xejn f'din il-Konvenzjoni ma għandu jaffettwa d-drittijiet, il-pretensjonijiet jew il-veduti ta' kull Parti rigward il-limiti jew il-kobor tal-ġurisdizzjoni fuq il-postijiet tas-sajd, u lanqas ma għandu jippreġudika l-veduti jew il-pożizzjonijiet ta' kull Parti rigward il-liġijiet tal-baħar.

Artikolu 2

1. Is-sajd ta-salamur huwa projbit lil hemm mill-firxiet taħt il-ġurisdizzjoni tas-sajd ta' l-Istati ta' fuq il-kosta.

2. Ġewwa l-firxiet taħt il-ġurisdizzjoni tas-sajd ta' l-Istati kostali, is-sajd tas-salamur huwa projbit lil hemm mit-12-il mil nawtiku mill-linji bażi li minnhon huwa mkejjel il-baħar territorjali, għajr fil-firxiet li ġejjin:

(a) fl-erja tal-Kummissjoni tal-Ġrenlandja tal-Punent, sa 40 mil nawtiku mil-linji bażi,

u

(b) fl-erja tal-Kummissjoni ta' l-Atlantiku tal-Grigal, ġewwa l-firxa taħt il-ġurisdizzjoni tas-sajd tal-Gżejjer Faroe.

3. Il-Partijiet għandhom jiġbdu l-attenzjoni ta' kull Stat li mhux Parti minn din il-Konvenzjoni dwar kull materja li għandha x'taqsam ma' l-attivitajiet tal-bastimenti ta' dan l-Istat li tidher li taffettwa avversament il-konservazzjoni, ir-restorazzjoni, it-titjib jew il-maniġġjar razzjonali tal-ħażniet tas-salamur soġġetti għal din il-Konvenzjoni jew għall-implimentazzjoni ta' din il-Konvenzjoni.

Artikolu 3

1. Hija hawnhekk imwaqqfa organizzazzjoni internazzjoni li għandu jkollha l-isem ta' l-Organizzazzjoni għall-Konservazzjoni tas-Salamur ta' l-Atlantiku tat-Tramuntana, minn issa l quddiem imsejħa "l-organizzazzjoni".

2. Il-għan immedjat ta' din l-organizzazzjoni huwa li tikkontribwixxi permezz ta' konsultazzjonijiet u koperazzjoni għall-konservazzjoni, ir-restorazzjoni, it-titijib u l-maniġġjar razzjonali tal-ħażniet tas-salamur soġġetti għal din il-Konvenzjoni, billi titqies l-aħjar xhieda xjentifika disponibbli għaliha.

3. L-organizzazzjoni għandha tikkonsisti minn:

(a) Kunsill;

(b) tliet Kummissjonijiet reġjonali:

- Kummissjoni għall-Amerika tat-Tramuntana,

- Kummissjoni għall-Grenlandja tal-Punent, u

- Kummissjoni għall-Atlantiku tal-Grigal; u

(ċ) Segretarju.

4. L-erji tal-Kummissjonijiet għandhom ikunu kif ġej:

(a) Il-Kummissjoni ta' l-Amerika tat-Tramuntana: l-ibħra marittimi ġewwa l-firxiet taħt il-ġurisdizzjoni tas-sajd ta' l-Istati kostali lil hemm mill-kosta tal-lvant ta' l-Amerika ta' Fuq;

(b) Il-Kummissjoni tal-Grenlandja tal-Punent: l-ibħra marittimi ġewwa l-firxiet taħt il-ġurisdizzjoni tas-sajd lil hemm mill-Grenlandja tal-Punent fil-punent ta' linja miġbuda matul il-lonġitudni 44° W lejn in-nofs in-nhar sal-latitudni 59° N, imbagħad lejn il-lvant sal-lonġitudni 42° W u minn hemm lejn in-nofs in-nhar; u

(ċ) il-Kummissjoni ta' l-Atlantiku tal-Grigal: l-ibħra marittimi fil-lvant mil-linja riferita fis-sotto-paragrafu (b).

5. L-organizzazzjoni għandu jkollha personalita legali u għandha tgawdi fil-terrritorji tal-Partijiet u fir-relazzjonijiet tagħha ma' organizzazzjonijiet internazzjonali oħra dik il-kapaċita legali li tista' tinħtieġ sabiex twettaq il-funzjonijiet u tikseb il-għanijiet tagħha. L-immunitajiet u l-privileġġi li għandhom igawdu l-organizzazzjoni, l-uffiċjali u l-personal tagħha u r-rappreżentanti tal-Partijiet fit-territorju ta' Stat għandhom ikunu bla ħsara għal ftehim bejn l-ogrniazzazzjoni u l-Istat interessat.

6. L-ilsna uffiċjali ta' l-organizzazzjoni għandhom ikunu l-Ingliż u l-Franċiż.

7. L-uffiċċju ta' l-organizzazzjoni għandu jkun f'Edinburgu jew f'dak il-post l-ieħor li l-Kunsill jista' jiddeċiedi.

Artikolu 4

1. Il-funzjonijiet tal-Kunsill għandhom ikunu:

(a) li jipprovdi forum għall-istudju, l-analiżi u l-iskambju ta' tagħrif fost il-Partijiet dwar materji li jirrigwardaw il-ħażniet tas-salamur soġġetti għal din il-Konvenzjoni, u dwar il-kisba ta' l-għanijiet immedjati ta' din il-Konvenzjoni;

(b) li jipprovdi forum ta' konsultazzjonijiet u koperazzjoni dwar materji li jirrigwardaw il-ħażniet tas-salamur fl-Oċjan Atlantiku tat-Tramuntana lil hemm mill-erji tal-Konvenzjoni;

(ċ) li jiffaċilita l-kordinament ta' l-attivitajjiet tal-Kummissjonijiet u li jikkordina l-inizjattivi tal-Partijiet skond l-Artikolu 2(3);

(d) li jistabbilixxi arranġamenti dwar ix-xogħol mal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar u organizzazzjonijiet oħra xierqa tas-sajd u xjentifiċi;

(e) li jagħmel rakkommandazzjonijiet lill-Partijiet interessati, lill-Kunsill Internazzjonali ta' l-Esplorazzjoni tal-Baħar u organizzazzjonijiet oħra xierqa tas-sajd u xjentifiċi rigward l-impenn tar-riċerka xjentifika;

(f) li jissorvelja u jikkordina l-affarijiet amministrattivi, finanzjarji u oħrajn interni ta' l-organizzazzjoni, inklużi r-relazzjonijiet fost il-korpi kostitwenti tagħha (l-orgnizzazzjoni);

(g) li tikkordina r-relazzjonijiet barranija ta' l-organizzazzjoni; u

(h) li jwettaq dawk il-funzjonijiet l-oħra li jiġu konferiti lilu skond din il-Konvenzjoni.

2. Il-Kunsill għandu jkollu l-awtorita li jagħmel rakkommandazzjonijiet lill-Partijiet u lill-Kummissjonijiet dwar materji li jirrigwardaw il-ħażniet tas-salamur soġġetti għal din il-Konvenzjoni, inklużi l-infurzar tal-liġijiet u r-regolamenti, basta iżda illi ma għandha ssir l-ebda rakkmmandazzjoni li tirrigwarda l-maniġġjar tal-qabdiet tas-salamur ġewwa l-firxiet taħt il-ġurisdizzjoni tas-sajd ta' Parti.

3. Minkejja l-paragrafu 2, fuq it-talba speċifika ta' Kummissjoni, il-Kunsill għandu jkollu l-awtorita li jagħmel rakkommandazzjonijiet lil din il-Kummissjoni dwar miżuri regolatorji li l-Kummissjoni tista' tipproponi skond din il-Konvenzjoni.

Artikolu 5

1. Kull Parti għandha tkun membru tal-Kunsill u tista' taħtar fil-Kunsill mhux iktar minn tliet rappreżentanti li jistgħu jkunu akkumpanjati fil-laqgħat tiegħu minn esperti u konsulenti.

2. Il-Kunsill għandu jeleġġi President u viċi-President li għandhom iservu għal sentejn. Għandhom ikunu eliġibbli għal elezzjoni mill-ġdid, basta iżda illi ma jistgħux iservu għal iktar minn erba' snin wara xulxin f'kull waħda mill-karigi. Il-President u l-Viċi-President ma għandhomx ikunu r-rappreżentanti ta' l-istess Parti.

3. Il-President tal-Kunsill għandu jkun ir-rappreżentant ewlieni ta' l-organizzazzjoni.

4. Il-President għandu jsejjeħ laqgħa regolari kull sena tal-Kunsil u tal-Kummissjonijiet f'waqt u f'post stabbiliti mill-Kunsill.

5. Fuq it-talba ta' Parti bil-ftehim ma' Parti oħra l-President għandu jsejjaħ laqgħat oħra tal-Kunsill għajr il-laqgħat annwali fil-waqt u fil-post li jista' jistabbilixxi l-President.

6. Il-Kunsill għandu jissottometti lill-Partijiet rapport annwali dwar l-attivitajiet ta' l-organizzazzjoni.

Artikolu 6

1. Il-Kunsill għandu jadotta r-regoli tiegħu tal-proċedura.

2. Kull membru tal-Kunsill għandu jkollu vot wieħed fil-proċeduri.

3. Għajr fejn provvdut xorta oħra, id-deċiżjonijiet tal-Kunsill għandhom jittieħdu bil-maġġoranza ta' tliet kwarti tal-voti tal-membri preżenti u billi jitfgħu vot affermattiv jew vot negattiv. Ma għandha ssir l-ebda votazzjoni jekk ma jkunux preżenti żewġ terzi tal-membri.

Artikolu 7

1. Il-funzjonijiet tal-Kummissjoni ta' l-Amerika ta' Fuq rigward il-firxa tagħha għandhom ikunu:

(a) li tipprovdi forum ta' konsultazzjoni u koperazzjoni bejn il-membri:

(i) dwar materji li jkollhom x'jaqsmu mat-tnaqqis għal minimu ta' qbid fil-firxiet taħt il-ġurisdizzjoni tas-sajd ta' wieħed mill-membri tas-salamur li joriġina fix-xmajjar ta' Parti oħra, u

(ii) f'każi fejn l-attivitajiet midħula għalihom jew posposti minn membru jaffettwaw is-salamur li joriġina fix-xmajjar tal-membru l-ieħor minħabba, per eżempju, taħlit (interazzjonijiet) bijoloġiku;

(b) li tipproponi miżuri regolatorji għas-sajd tas-salamur li jaqa' taħt il-ġurisdizzjoni ta' membru li jistad u jaqbad kwantitajiet ta' salamur li huma sinifikanti għall-membru l-ieħor li fix-xmajjar tiegħu joriġina is-salamur, sabiex jitnaqqsu għal minimu dawn il-qabdiet;

(ċ) li tipproponi miżuri regolatorji għas-sajd tas-salamur taħt il-ġurisdizzjoni ta' membru ta' membru li s-sajd u l-qbid tiegħu ikun sinifikanti għal membru ieħor li fix-xmajjar tiegħu joriġina s-salamur; u

(d) li tagħmel rakkommanazzjonijiet lill-Kunsill rigward l-impenn tar-riċerka xjentifika.

2. Kull wieħed mill-membri għandu, rigward il-bastimenti tiegħu u l-postijiet taħt il-ġurisdizzjoni tas-sajd tiegħu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jitnaqqsu għall-munimu l-qabdiet sekondarji ta' salamur li joriġina fix-xmajjar tal-membru l-ieħor.

3. Il-manjieri tas-sajd fuq il-postijiet tas-sajd fil-erja tal-Kummissjoni ta' l-Amerika ta' Fuq ma għandhomx jiġu mibdula b'tali mod li jirriżultaw fil-bidu tas-sajd jew f'żieda fil-qabdiet ta' salamur li joriġina fix-xmajjar ta' Parti oħra, għajr bil-kunsens ta' din ta' l-aħħar.

Artikolu 8

Il-funzjonijiet tal-Kummissjoni tal-Grenlandja tal-Punent u tal-Kummissjoni ta' l-Atlantiku tal-Grigal rigward il-firxiet rispettivi tagħhom għandhom ikunu:

(a) li jipprovdu forum ta' konsultazzjoni u koperazzjoni fost il-membri fejn jirrigwarda l-konservazzjoni, ir-restorazzjoni, it-titjib u l-maniġġjar razzjonali tal-ħażniet tas-salamur soġġetti għal din il-Konvenzjoni;

(b) li jipproponu miżuri regolatorji fil-firxa taħt il-ġurisdizzjoni tas-sajd ta' membru dwar is-salamur li joriġina fix-xmajjar tal-Partijiet l-oħra; u

(ċ) li jagħmlu rakkommandazzjonijiet lill-Kunsill li jirrigwardaw l-impenn tar-riċerka xjentifika.

Artikolu 9

Fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet dikjarati fl-Artikoli 7 u 8, Kummissjoni għandha tqis:

(a) l-aħjar tagħrif disponibbli, inklużi l-pariri tal-Kunsill Internazzjonali ta' l-Esplorazzjoni tal-Baħar u ta' organizzizzazzjonijiet oħra xjetifikfiċi xierqa;

(b) il-miżuri meħuda u l-fatturi l-oħra, kemm ġewwa u kemm 'il barra mill-erja tal-Kummissjoni, li jaffettwaw il-ħażniet involuti tas-salamur;

(ċ) l-isforzi ta' l-Istati fejn isir it-tnissil sabiex jimplimentaw u jinfurzaw il-miżuri għall-konservazzjoni, ir-restorazzjoni, it-titjib u l-maniġġjar razzjonali tal-ħażniet tas-salamur fix-xmajjar u fil-firxiet taħt il-ġurisdizzjoni tas-sajd tagħhom, inklużi l-miżuri riferiti fl-Artikolu 15(5)(b);

(d) safejn u sakemm ikun il-kobor li fih jieklu l-ħażniet involuti tas-salamur ġewwa l-firxiet taħt il-ġurisdizzjoni tas-sajd tal-Partijiet rispettivi;

(e) l-effetti relattivi tas-sajd u l-qbid tas-salamur fl-istadji differenti tat-toroq tal-passa tagħhom;

(f) il-kontribuzzjonijiet tal-Partijiet l-oħra għajr l-Istati ta' l-oriġini għall-konservazzjonil tas-salamur li jpassi għal ġewwa l-firxiet taħt il-ġurisdizzjoni tas-sajd tagħhom billi jillimitaw il-qabdiet ta' dawn il-ħażniet jew billi jieħdu miżuri oħra; u

(g) l-interessi tal-komunitajiet li huma partikolarment dipendenti fuq is-sajd tas-salamur.

Artikolu 10

1. Il-Partijiet għandhom ikunu membri tal-Kummissjonijiet kif ġej:

(a) Il-Kummissjoni ta' l-Amerika ta' Fuq: Il-Kanada u l-Istati Uniti ta' l-Amerika;

(b) Il-Kummissjoni tal-Grenlandja tal-Punent: Il-Kanada, il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika;

(ċ) Il-Kummissjoni ta' l-Atlantiku tal-Grigal: Id-Danimarka rigward il-Gżejjer Faroe, il-Komunità Ekonomika Ewropea, l-Islanda, in-Norveġja u l-Isvezja.

2. Fl-ewwel laqgħa tiegħu il-Kunsill għandu jirrevedi u jista' b'vot unanimu jimmodifika s-sħubija tal-Kummissjoni tal-Grenlandja tal-Punent.

3. Parti mhux imsemmija fil-paragrafu 1 (b) tista', fuq it-talba tagħha u d-deċiżjoni unanima tal-Kunsill, issir membru tal-Kummissjoni tal-Grenlandja tal-Punent jew tal-Kummissjoni ta' l-Atlantiku tal-Grigal jekk tkun Stat ta' l-oriġini ta' kwantitajiet sinifikanti ta' salamur li jkunu jinsabu fil-firxa tal-Kummissjoni rispettiva jew jekk teżerċita ġurisdizzjoni fuq il-postijiet tas-sajd f'din il-firxa.

4. Il-Partijiet jistgħu jieħdu sehem bħala osservaturi ta' Kummissjoni li tagħha ma jkunux membri.

5. Kull wieħed mill-membri jista' jaħtar fil-Kummissjoni mhux iktar minn tliet rappreżentanti li jistgħu jkunu akkumpanjati minn esperti u konsulenti.

6. Kull waħda mill-Kummissjonijiet għandha teleġġi President u viċi-President li għandhom iservu għal sentejn. Għandhom ikunu eliġibbli għal elezzjoni mill-ġdid, basta iżda illi ma jservux għal iktar minn erba' snin f'kull waħda mill-karigi. Il-President u l-viċi-President ma jistgħux ikunu rappreżentanti ta' l-istess membru.

7. Fuq it-talba ta' membru ta' Kummissjoni u bi ftehim ma' membru ieħor il-President għandu jsejjaħ laqgħat tal-Kummissjoni oħra għajr il-laqgħat annwali f'waqt u f'post li l-President jista' jistabbilixxi.

8. Kull waħda mill-Kummissjonijiet għandha, fuq bażi opportun, tagħmel rapport ta' l-attivitajiet tagħha lill-Kunsill.

Artikolu 11

1. Kull Kummissjoni għandha tadotta r-regoli tagħha tal-proċedura.

2. Kull wieħed mill-membri ta' Kummissjoni għandu jkollu vot wieħed fil-proċeduri tagħha. B'żieda ma' dan, fil-każ tal-Kummissjoni ta' l-Amerika ta' Fuq, il-Komunità Ekonomika Ewropea għandu jkollha d-dritt li tissottometti u ddaħħal għall-votazzjoni proposti dwar miżuri regolatorji li jirrigwardaw il-ħażniet tas-salamur li joriġinaw fit-territorji msemmija fl-Artikolu 18. Fil-każ tal-Kummissjoni ta' l-Atlantiku tal-Grigal, il-Kanada u l-Istati Uniti ta' l-Amerika għandu jkollhom, kull wieħed minnhom, id-dritt li jissottomettu u jdaħħlu għall-votazzjoni miżuri regolatorji li jirrigwardaw il-ħażniet tas-salamur li joriġina fix-xmajjar tal-Kanada jew ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika, rispettivament, u li jkunu jinsabu 'l barra mill-Grenlandja tal-Lvant.

3. Id-deċiżjonijiet ta' Kummissjoni għandhom jittieħdu bil-vot unanimu ta' dawk preżenti u li jagħtu vot affermttiv jew vot negattiv. Ma għandha tittieħed l-ebda votazzjoni jekk ma jkunux preżenti żewġ terzi ta' dawk intitolati li jivvotaw fuq il-materja involuta.

Artikolu 12

1. Il-Kunsill għandu jaħtar segretarju, li għandu jkun l-uffiċjal amministrattiv ewlieni ta' l-organizzazzjoni.

2. Il-funzjonijiet tas-segretarju għandhom ikunu:

(a) li jipprovdi servizzi amministrattivi lill-organizzazzjoni;

(b) li jiġbor u jxerred statistika u rapporti rigward il-ħażniet tas-salamur soġġetti għal din il-Konvenzjoni; u

(ċ) li jwettaq dawk il-funzjkonijiet li joħorġu minn dispożizzjonijiet oħra ta' din il-Konvenzjoni jew li jista' jistabbilixxi l-Kunsill.

3. Il-Kunsill għandu jistabilixxi l-kondizzjonijiet ta' l-impieg tas-segretarju u tal-personal.

4. Is-segretarju għandu jaħtar il-personal b'mod konformi mal-ħteġijiet ta' l-impjieg tal-personal approvati mill-Kunsill. Il-personal għandu jkun responsabbli lejn is-segretarju, bla ħsara għas-sorveljanza ġenerali tal-Kunsill.

Artikolu 13

1. Is-segretarju għandu, mingħajr dewmien mhux mistħoqq, jgħarraf lill-membri ta' Kummissjoni b'kull miżura regolatorja proposta mill-Kummissjoni.

2. Bla ħsara għall-paragrafu 3, miżura regolatorja proposta minn Kummissjoni skond l-Artikolu 7(1)(b) jew (ċ), jew l-Artikolu 8(b), għandha torbot lill membri tagħha fi żmien 60 jum wara d-data speċifikata tan-notifika tas-segretarju jew, f'data iktar tard jekk din tiġi stabbilita mill-Kummissjoni.

3. Kull membru li fil-firxa taħt il-ġurisdizzjoni tas-sajd tiegħu tkun tapplikata miżura regolatorja jista' fi żmien 60 jum mid-data speċifikata fin-notifika tas-segretarju, iqajjem oġġezzjoni għaliha. F'dan il-każ il-miżura regolatorja ma għandha torbot lill-ebda membru. Membru li jkun qajjem oġġezzjoni jista' jirtiraha f'kull waqt. 30 jum wara li l-oġġezzjonijiet kollha jiġu tirati il-miżura regolatorja għandha torbot, bla ħsara għall-paragrafu 2.

4. Wara t-tmiem ta' sena mid-data li fiha miżura regolatorja ssir torbot, kull membru li l-miżura regolatorja tapplika fil-firxa taħt il-ġurisdizzjoni tas-sajd tiegħu jista' ma jibqax marbut magħha b'avviż bil-miktub lis-segretarju. Is-segretarju għandu mill-ewwel jgħarraf lill-membri l-oħra b'dan il-ħruġ mir-rabta. Il-miżura regolatorja għandha tieqaf milli tibqa' torbot lill-membri kollha fi żmien 60 jum mid-data ta' l-irċevuta mis-segretarju ta' l-avviż tal-ħruġ minnha jew, jekk il-membru involut jindika data iktar tard, minn din id-data.

5. Kummissjoni tista' tipproponi li miżura regolatorja ta' emerġenza tidħol fis-seħħ qabel il-perjodu taż-żmien ta' 60 jum riferit fil-paragrafu 2. Il-membri għandhom jagħmlu l-almu tagħhom li jimplimentaw din il-miżura, għajr jekk titqajjem oġġezzjoni minn membru fi żmien 30 jum wara li l-Kummissjoni tkun ipproponietha.

Artikolu 14

1. Kull waħda mill-Partijiet għandha tiżgura li din l-azzjoni tittieħed kif meħtieġ, inkluża l-impożizzjoni ta' penalitajiet xierqa għall-ksur tagħha, sabiex jidħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni u li timplimenta l-miżuri regolatorji li jorbtuha skond l-Artikolu 13.

2. Kull waħda mill-Partijiet għandha tittrasmetti lill-Kunsill prospett annwali ta' l-azzjonijiet meħuda skond il-paragrafu 1. Dan il-prospett għandu jintbagħat lis-segretarju mhux iktar tard minn 60 jum qabel il-laqgħa annwali tal-Kunsill.

Artikolu 15

1. Kull waħda mill-Partijiet għandha tipprovdi lill-Kunsill l-istatistika disponibbli dwar il-ħażniet tas-salamur soġġetti għal din il-Konvenzjoni maqbuda fix-xmajjar u fil-firxa taħt il-ġurisdizzjoni tas-sajd tagħha f'dawk l-intervalli taż-żmien li l-Kunsill jista' jistabbilixxi.

2. Kull waħda mill-Partijiet għandha tiġbor u tipprovdi lill-Kunsill b'dik l-istatistika l-oħra dwar il-ħażniet tas-salamur soġġetti għal din il-Konvenzjoni fix-xmajjar tagħha u fil-firxa taħt il-ġurisdizzjoni tas-sajd tagħha kif meħrieġa mill-Kunsill. Il-Kunsill għandu jiddeċiedi b'vot unanimau l-iskop u l-għamla ta' din l-istatistika u l-intervalli taż-żmien li fihom għandha tiġi provvduta.

3. Kull waħda mill-Partijiet għandha tipprovdi lill-Kunsill b'kull tagħrif xjentifiku u statistiku disponibbli li jinħtieġ għall-għanijiet ta' din il-Konvenzjoni.

4. Fuq it-talba tal-Kunsill kull waħda mill-Partijiet għandha tipprovdi lill-Kunsill b'kopji tal-liġijiet, ir-regolamenti u l-programmi fis-seħħ jew, fejn xieraq, b'sommarji ta' dawn, u li jkollhom x'jaqsmu mal-konservazzjoni, ir-restorazzjoni, it-titjib u l-maniġġjar razzjonali tal-ħażniet tas-salamur soġġetti għal din il-Konvensjoni fix-xmajjar tagħha (il-Parti) u fil-firxa taħt il-ġurisdizzjoni tas-sajd tagħha.

5. Kull sena kull waħda mill-Partijiet għandha tinnotifika lill-Kunsill dwar:

(a) l-adozzjoni jew it-tħassir mill-aħħar notifika tal-liġijiet, ir-regolamwenti u l-programmi li għandhom x'jaqsmu mal-konservazzjoni, ir-restrorazzjoni, it-titjib u l-maniġġjar razzjonali tal-ħażniet tas-salamur soġġetti għal-din il-Konvenzjoni fix-xmajjar tagħha u fil-firxa taħt il-ġurisdizzjoni tas-sajd tagħha (il-Parti);

(b) kull obbligu ta' l-awtoritajiet responsabbli rigward l-adozzjoni jew iż-żamma fis-seħħ għal perjodi speċifikati taż-żmien ġewwa t-territorju tagħha (il-Parti) jew fil-firxa taħt il-ġurisdizzjoni tas-sajd tagħha li għandhom x'jaqsmu mal-konservazzjoni, ir-restorazzjoni, it-titjib u l-maniġġjar razzjonali tal-ħażniet tas-salamur soġġetti għal din il-Konvenzjonu;

(ċ) il-fatturi ġewwa t-teritorju tagħha (il-Parti) u l-firxa taħt il-ġurisdizzjoni tas-sajd tagħha li jistgħu jaffettwaw b'mod sinifikanti l-ħażniet tas-salamur soġġetti għal din il-Konvenzjoni.

6. In-notifiki riferiti fil-paragrafu 5 (a) għandhom jintbagħtu lis-segretarju mhux iktar tard minn 60 jum qabel il-laqgħa annwali tal-Kunsill. In-notifiki riferiti fil-paragrafu 5 (b) u (ċ) għandhom jinbagħtu lis-segretarju malajr kemm ikun prattikabbli.

Artikolu 16

1. Il-Kunsill għandu jadotta l-estimi annwali għall-organizzazzjoni. Is-segretarju għandu jittrasmetti abbozz ta' l-estimi lill-Partijiet, flimkien ma' skeda tal-kontribuzzjonijiet, mhux iktar tard minn 60 jum qabel il-laqgħa tal-Kunsill li fiha jiġu kunsidrati l-estimi.

2. Il-Kunsill għandu jistabbilixxi l-kontribuzzjoni annwali għal kull waħda mill-Partijiet skond il-formola li ġejja:

(a) 30 % ta' l-estimi għandhom jinqasmu ndaqs fost il-Partijiet; u

(b) 70 % ta' l-estimi għandhom jinqasmu fost il-Partijiet fil-proporzjon skond il-qabdiet nominali tagħhom ta' salamur soġġett għal din il-Konvenzjoni fis-sena kalendarja li ttemm mhux iktar minn 18-il xahar u mhux inqas minn sitt xhur qabel il-bidu tas-sena finanzjarja.

3. Is-segretarju għandu jinnotifika lil kull waħda mill-Partijiet bil-kontribuzzjoni tagħha. Il-kontribuzzjonijiet għandhom jitħallsu mhux iktar tard minn erba' xhur wara d-data ta' din in-notifika.

4. Il-kontribuzzjonijiet għandhom jitħallsu fil-flus korrenti ta' l-Istat li fih ikun lokat l-uffiċċju ta' l-organizzazzjoni, għajr jekk il-Kunsill jiddeċiedi xorta oħra.

5. Il-kontribuzzjoni ta' Parti li għaliha din il-Konvenzjoni tkun daħlet fis-seħħ matul il-kors ta' sena finanzjarja għandha, għal din is-sena, tkun parti mill-kontribuzzjoni annwali fil-proporzjon tan-numru tax-xhur sħaħ li jkun fadal fis-sena mid-data tad-dħul fis-seħħ għal din il-Parti.

6. Parti i ma tkunx ħallset il-kontribuzzjonijiet tagħha għal sentejn wara xulxin ma għandhiex tkun intitolata għall-vot skond din il-Konvenzjoni sakemm tkun wettqet l-obbligi tagħha, għajr jekk il-Kunsill jiddeċiedi xorta oħra.

7. L-affarijiet finanzjarji ta' l-organizzazzjoni għandhom jiġu riveduti kull sena minn awdituri barranin li jintgħażlu mill-Kunsill.

Artikolu 17

1. Din il-Konvenzjoni għandha tinfetaħ għall-firem f'Reykjavik mit-2 ta' Marzu sal-31 ta' Awissu 1982 tal-Kanada, tad-Danimarka f'isem il-Gżejjer Faroe, tal-Komunità Ekonomika Ewropea, ta' l-Islanda, tan-Norveġja, ta' l-Isvezja u ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika.

2. Din il-Konvenzjoni għandha tkun bla ħsara għar-ratifika jew l-approvazzjoni.

3. Din il-Konvenzjoni għandha tkun miftuħa għas-sħubija tal-Partijiet riferiti fil-paragrafu 1 u, bla ħsara għall-approvazzjoni tal-Kunsill, għal kull Stat ieħor li jeżerċita ġurisdizzjoni fuq il-postijiet tas-sajd fl-Oċjan Atlantiku tat-Tramuntana jew huwa Stat ta' l-oriġini tal-ħażniet tas-salamur soġġetti għal din il-Konvenzjoni.

4. L-istrumenti tar-ratifika, l-approvazzjoni jew is-sħubija għandhom jiġu depożitati għand id-depożitarju.

5. Din il-Konvenzjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara d-depożitu ta' l-istrumenti ta' ratifika, approvazzjoni jew sħubija minn erba' Partijiet, basta iżda illi fost l-erba' Partijiet ikun hemm żewġ membri f'kull Kummissjoni u li mill-inqas wieħed miż-żewġ membri ta' kull Kummissjoni jeżerċita ġurisdizzjoni fuq il-postijiet tas-sajd fil-erja tal-Kummissjoni.

6. Għal kull waħda mill-Partijiet li tirratifika, tapprova jew tissieħeb f'din il-Konvenzjoni wara li tiddepożita l-istrumenti meħtieġa tar-ratifika, l-approvazzjoni jew is-sħubija skond il-paragrafu 5, għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni jew fid-data tad-depożitu ta' l-istrument tar-ratifika, l-approvazzjoni jew is-sħubija, liema data tkun l-iktar tard.

7. Id-depożitarju għandu jgħarraf lill-firmatarji u lill-Partijiet li jkunu sejrin jissieħbu bid-depożitu ta' l-istrumenti kollha ta' ratifika, approvazzjoni u sħubija u għandu jinnotifika lill-firmatarji u lill-Partijiet li jkunu sejrin jissieħbu bid-data u bil-Partijiet li rigward tagħhom il-Konvenzjoni tidħol fis-seħħ.

8. Id-depożitarju għandu jsejjaħ l-ewwel laqgħa tal-Kunsill u tal-Kummissjonijiet malajr daqs kemm ikun prattikabbli wara d-dħul fis-seħħ ta' din il-Konvenzjoni.

Artikolu 18

Din il-Konvenzjoni għandha tapplika, sakemm u safejn tirrigwarda l-Komunità Ekonomika Ewropea, għat-territorji li fihom japplika t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea u skond il-kondizzjonijiet preskritti f'dan it-Trattat.

Artikolu 19

1. Kull waħda mill-Parrtijiet tista' tipproponi emendi għal din il-Konvenzjoni biex jiġu kunsidrati mill-Kunsill. Emenda proposta għandha tintbagħat lis-segretarju mhux iktar tard minn 90 jum qabel id-data tal-laqgħa li fiha jiġi propost li tiġi kunsidrata. Is-segretarju għandu jittrasmetti fil-pront lill-Partijiet l-emendi proposti.

2. L-adozzjoni ta' emenda mill-Kunsill għandha tinħtieġ il-vot unanimu tal-Partijiet preżenti u t-tfigħ ta' vot fl-affermattiv jew fin-negattiv. It-test ta' emenda hekk adotta għandu jiġi trasmess mis-segretarju lid-depożitarju li għandu mill-ewwel jinnotifika bih lill-Partijiet.

3. Emenda għandha tidħol fis-seħħ għall-Partijiet kollha 30 jum wara d-data speċifikata fin-notifika mid-depożitarju ta' l-irċevuta mill-Partijiet kollha ta' l-istrumenti tar-ratifika jew ta' l-approvazzjoni.

4. Parti i tintrabat b'din il-Konvenzjoni wara li emenda tkun daħlet fis-seħħ skond il-paragrafu 3 għandha tiġi kunsidrata bħala Parti mill-Konvenzjoni kif emendata.

5. Id-depożitarju għandu jinnotifika fil-pront lill-Partijiet kollha li jkun irċieva l-istrumenti tar-ratifika jew ta' l-approvazzjoni u bid-dħul fis-seħħ ta' l-emendi.

Artikolu 20

1. Kull waħda mill-Partijiet tista' toħroġ minn din il-Konvenzjoni b'effett mill-31 ta' Diċembru ta' kull sena billi tagħti avviż lid-depożitarju fit-30 ta' Ġunju ta' qabel jew qabel din id-data. Id-depożitarju għandu jgħarraf mill-ewwel lill-Partijiet l-oħra b'dan il--ħruġ mill-Konvenzjoni.

2. Kull Parti oħra tista' toħroġ minn din il-Konvenzjoni b'effett mill-istess 31 ta' Diċembru billi tagħti avviż lid-depożitarju fi żmien 30 jum qabel id-data li fiha d-depożitarju jkun avża lill-Partijiet bi ħruġ mill-Konvenzjoni skond il-paragrafu 1.

Artikolu 21

1. L-oriġinal ta' din il-Konvenzjoni għandu jiġi depożitat għand il-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej, riferit fil-Konvenzjoni bħala d-"depożitarju", li għandu jittrasmetti kopji attestati minnu lill-firmatarji kollha u lill-Partijiet li jkunu sejrin jissieħbu.

2. Id-depożitarju għandu jirreġistra din il-Konvenzjoni b'mod konformi ma' l-Artikolu 102 tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti.

--------------------------------------------------