MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 202/289


PROTOKOLL (Nru 18)

DWAR FRANZA

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

BIX-XEWQA li jieħdu in kunsiderazzjoni punt partikulari li għandu x'jaqsam ma' Franza,

QABLU dwar id-dispożizzjonijet li ġejjin, li huma annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea;

Franza tibqa' żżomm il-privileġġ ta' emissjoni ta' munita fil-Kaledonja Ġdida, fil-Polineżja Franċiża u għal Wallis u Futuna taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti mil-liġijiet nazzjonali tagħha, u tkun intitolata waħedha li tiddetermina l-parità tal-franc taċ-CPF.