MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 202/288


PROTOKOLL (Nru 17)

DWAR ID-DANIMARKA

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

XEWQANA li jirrisolvu ċertu problemi partikolari li għandhom x'jaqsmu mad-Danimarka,

QABLU dwar id-dispożizzjonijet li ġejjin, li huma annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea;

Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 14 tal-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew ma jaffettwawx id-dritt tal-Bank Nazzjonali tad-Danimarka li jwettaq ix-xogħol eżistenti tiegħu rigwardanti dawk il-partijiet tar-Renju tad-Danimarka li mhumiex parti mill-Unjoni.