7.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 202/358


62.   Dikjarazzjoni tar-Repubblika tal-Polonja dwar il-Protokoll dwar l-applikazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea għall-Polonja u għar-Renju Unit

Ir-Repubblika tal-Polonja tiddikjara li, b' kont meħud tat-tradizzjoni tal-moviment soċjali 'Solidarità' u l-kontribut importanti tiegħu fil-ġlieda għad-drittijiet soċjali u tal-ħaddiema, hija tirrispetta bi sħiħ id-drittijiet soċjali u tal-ħaddiema kif stabbiliti mid-dritt ta' l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari dawk imtennija fit-Titolu IV tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.