7.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 202/355


52.   Dikjarazzjoni mir-Renju tal-Belġju, mir-Repubblika tal-Bulgarija, mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, mir-Repubblika Ellenika, mir-Renju ta' Spanja, mir-Repubblika Taljana, mir-Repubblika ta' Ċipru, mir-Repubblika tal-Litwanja, mill-Gran Dukat tal-Lussemburgu, mir-Repubblika ta' l-Ungerija, mir-Repubblika ta' Malta, mir-Repubblika ta' l-Awstrija, mir-Repubblika Portugiża, mir-Rumanija, mir-Repubblika Slovena u mir-Repubblika Slovakka dwar is-simboli ta' l-Unjoni Ewropea

Il-Belġju, il-Bulgarija, il-Ġermanja, il-Greċja, Spanja, l-Italja, Ċipru, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, l-Awstrija, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja u s-Slovakkja jiddikjaraw li l-bandiera li tirrappreżenta ċirku ta' tnax-il stilla tad-deheb fuq sfond blu, l-innu meħud minn "Odi lil Hena" meħud mid-Disa' Sinfonia ta' Ludwig van Beethoven, il-motto "Magħquda fid-diversità", l-euro bħala munita ta' l-Unjoni Ewropea u Jum l-Ewropa fid-9 ta' Mejju ser jibqgħu għalihom is-simboli ta' l-appartenenza komuni taċ-ċittadini fl-Unjoni Ewropea u tar-rabta tagħhom magħha.