7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 202/353 |
48. Dikjarazzjoni dwar il-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka
Il-Konferenza tinnota li, fir-rigward ta' atti legislattivi li jridu jiġu adottati mill-Kunsill, waħdu jew b'mod konġunt mal-Parlament Ewropew, u li fihom dispożizzjonijiet applikabbli għad-Danimarka kif ukoll dispożizzjonijiet li mhumiex applikabbli għad-Danimarka għaliex għandhom bażi legali li għaliha tapplika l-Parti I tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, id-Danimarka tiddikjara li mhix ser tuża d-dritt tal-vot tagħha sabiex timpedixxi l-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet li mhumiex applikabbli għad-Danimarka.
Barra minn dan, il-Konferenza tinnota li, abbażi tad-Dikjarazzjoni tal-Konferenza dwar l-Artikolu 222, id-Danimarka tiddikjara li l-parteċipazzjoni tagħha f'azzjonijiet jew f'atti leġislattivi skond l-Artikolu 222 ser isseħħ skond il-Parti I u l-Parti II tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka.