7.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 202/350


40.   Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 329 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

Il-Konferenza tiddikkjara li l-Istati Membri jistgħu jindikaw, meta huma jippreżentaw talba sabiex tiġi stabbilita koperazzjoni msaħħa, jekk huma għandhomx diġà l-intenzjoni f'dak l-istadju li jagħmlu użu mill-Artikolu 333, li jipprevedi estensjoni tal-votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata, jew li jirrikorru għall-proċedura leġislattiva ordinarja.