7.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 202/346


25.   Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 75 u l-Artikolu 215 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

Il-Konferenza tfakkar li r-rispett għad-drittijiet u għal-libertajiet fundamentali jimplika, b'mod partikolari, li tingħata attenzjoni xierqa lill-protezzjoni u r-rispett tad-dritt ta' persuni fiżiċi jew entitajiet konċernati li jgawdu mill-garanziji previsti mil-liġi. Għal dan il-għan u sabiex ikun garantit kontroll ġudizzjarju strett tad-deċiżjonijiet li jimponu miżuri restrittivi fuq persuna fiżika jew entità, tali deċiżjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq kriterji ċari u definiti. Dawn il-kriterji għandhom ikunu adattati skond l-ispeċifiċità ta' kull miżura restrittiva.