7.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 202/344


16.   Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 55(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Il-Konferenza tikkunsidra li l-possibbiltà li t-Trattati jiġu tradotti fil-lingwi previsti fl-Artikolu 55(2) tikkontribwixxi sabiex jintlaħaq l-objettiv previst fl-Artikolu 3(3), ir-raba' subparagrafu li jipprevedi li l-Unjoni tirrispetta r-rikkezza tad-diversità kulturali u lingwistika tagħha. F'dan il-kuntest, il-Konferenza tikkonferma r-rabta ta' l-Unjoni mad-diversità kulturali ta' l-Ewropa u l-attenzjoni speċjali li ser tkompli tagħti lil dawn il-lingwi u lil lingwi oħrajn.

Il-Konferenza tirrakkomanda lil dawk l-Istati Membri li jixtiequ jużaw il-possibbiltà prevista fl-Artikolu 55(2) li jikkomunikaw lill-Kunsill, il-lingwa jew lingwi li fihom ser ikunu tradotti t-Trattati, fi żmien sitt xhur mid-data ta' l-iffirmar tat-Trattat ta' Lisbona.