7.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 202/343


15.   Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 27 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Il-Konferenza tiddikjara li, hekk kif jiġi ffirmat it-Trattat ta' Lisbona, is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, Rappreżentant Għoli għall-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jibdew il-ħidma preparatorja dwar is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.