MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 202/331


ANNESS I

LISTA PREVISTA FL-ARTIKOLU 38 TAT-TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI EWROPEA

– 1 –

– 2 –

Numru fin-Nomenklatura ta' Brussell

Deskrizzjoni tal-prodotti

Kapitolu 1

Annimali ħajjin

Kapitolu 2

Laħam u interjuri tal-laħam li jittieklu

Kapitolu 3

Ħut, krustaċej u molluski

Kapitolu 4

Prodotti tal-ħalib, bajd ta’ l-għasafar; għasel naturali

Kapitolu 5

05.04

Imsaren, bżieżaq u stonku ta’ l-annimali (barra minn ħut), sħaħ jew bċejjeċ minnhom

05.15

Prodotti ta’ l-annimali li ma humiex speċifikati jew inklużi mkien ieħor; annimali mejta tal-Kapitolu 1 jew tal-Kapitolu 3, mhux tajba għal konsum uman

Kapitolu 6

Siġar ħajjin u pjanti oħra, basal, għeruq u oħrajn simili; fjuri maqtuha u weraq ornamentali

Kapitolu 7

Ħaxix tajjeb għall-ikel u ċerti għeruq u tuberi

Kapitolu 8

Frott tajjeb għall-ikel, ġews (nuts); qxur tal-bettiegħ jew frott taċ-ċitru

Kapitolu 9

Kafe, te u ħwawar, esklużi maté (intestatura Nru 09.03)

Kapitolu 10

Ċereali

Kapitolu 11

Prodotti ta' l-industrija tad-dħin; xgħir; lamtijiet; gluten; inulin

Kapitolu 12

Żrieragħ taż-żejt u frott oleaġinuż; qmuħ varji, żrieragħ u frott; pjanti industrijali jew mediċinali, tiben u għalf ta' l-annimali

Kapitolu 13

ex 13.03

Pektin

Kapitolu 15

15.01

Sonża u xaħam maħdum tal-majjali; xaħam maħdum tat-tjur

15.02

Xaħmijiet mhux laċerati ta’ annimali bovini, nagħaġ jew mogħoż; xaħam tad-dam (inkluż “premier jus”) prodott minn dawk ix-xaħmijiet

15.03

Sonża stearin, oleostearin u stearin tax-xaħam tad-dam; żejt tas-sonża, żejt-oleo u żejt tax-xaħam tad-dam, mhux emulsifat jew imħallat jew imħejji b’xi mod

15.04

Xaħmijiet u żjut, minn ħut u mammiferi marini, sew jekk raffinati u anki jekk le

15.07

Żjut statiċi veġitali, fluwidi jew solidi, krudi, raffinati jew purifikati

15.12

Xaħmijiet u żjut annimali jew veġitali, idroġeniżżati, sew jekk raffinati u anki jekk le, imma mhux aktar imħejjija

15.13

Marġerina, imitazzjoni ta’ xaħam u preparati oħra ta’ xaħmijiet li jittieklu

15.17

Residwi li jirriżultaw mit-trattament ta’ materjal xaħmi jew annimali jew xama' tal-ħxejjex

Kapitolu 16

Preparati ta' laħam, ħut, krustaċej jew molluski

Kapitolu 17

17.01

Zokkor tal-pitravi u zokkor tal-kannamieli, solidu

17.02

Zokkrijiet oħrajn; xiroppi taz-zokkor, għasel artifiċjali (sew jekk imħallat ma għasel naturali u sew jekk le); karamella

17.03

Molassi (għasel iswed). Kemm jekk skulurat u anki jekk le

17.05 (*1)

Zokkrijiet bit-togħma jew bil-kulur, xiroppi u molassi, imma ma jinkludux għasir tal-frott li jkun fihom zokkor miżjud fi kwalunkwe proporzjon

Kapitolu 18

18.01

Żerriegħa tal-kokotina, sħiħa jew miksura, nejja jew inkaljata

18.02

Qxur tal-kokotina, fosdoq, ħliefa u skart

Kapitolu 20

Preparati tal-ħxejjex, frott jew partijiet oħra ta’ pjanti

Kapitolu 22

22.04

Most ta’ l-għeneb, fil-fermentazzjoni jew bil-fermentazjoni mwaqqfa, barra milli biż-żieda ta’ alkoħol

22.05

Inbid minn għeneb frisk; most ta’ l-għeneb bil-fermentazzjoni mwaqqfa biż-żieda ta’ alkoħol

22.07

Xorb ieħor iffermentat (per eżempju cidru, perry u mead)

ex 22.08 (*1)

ex 22.09 (*1)

Alkoħol etiliku jew spirti newtrali, denaturati jew le, ta’ kull saħħa, derivati minn prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-Trattat, bl-esklużjoni ta’ likuri u xorb spirituż ieħor u preparati alkoħoliċi komposti (magħrufa bħala “estratti konċentrati”) għall-fabbrikazzjoni ta’ xorb

22.10 (*1)

Ħall u sostituti għall-ħall

Kapitolu 23

Residwi u skart minn industriji ta' l-ikel; għalf ippreparat għall-annimali

Kapitolu 24

24.01

Tabakk mhux maħdum; skart tat-tabakk

Kapitolu 45

45.01

Sufra naturali, mhux maħduma, mgħaffġa, ggranulata jew mitħuna; skart tas-sufra

Kapitolu 54

54.01

Kittien, naturali jew ipproċessat imma mhux bin-newl; stoppa tal-kittien u fdalijiet (inklużi ċraret miġbuda jew iggarnettjati)

Kapitolu 57

57.01

Qanneb veru (Cannabis sativa), nej jew ipproċessat imma mhux bin-newl; stoppa u skart ta’ qanneb vera (inklużi ċraret u ħbula miġbuda jew iggarnettjati)


(*1)  Prodotti miżjuda permezz ta' l-Artikolu 1 tar-Regolament 7A tal-Kunsill tal-Komunità Ekonomika Ewropea, tat-18 ta' Diċembru 1959 (ĠU 7, 30.1.1961, p. 71).