7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 202/183 |
Artikolu 314
(ex Artikolu 272(2) sa (10) TKE)
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva speċjali, għandhom jistabbilixxu l-baġit annwali ta' l-Unjoni skond id-dispożizzjonijiet li ġejjin.
1. |
Qabel l-1 ta' Lulju, kull istituzzjoni, minbarra l-Bank Ċentrali Ewropew, għandha tfassal estimi ta' l-infiq tagħha għas-sena finanzjarja ta' wara. Il-Kummissjoni għandha tikkonsolida dawn l-estimi f'abbozz ta' baġit li jista' jkun fih estimi diverġenti. L-abbozz tal-baġit għandu jkun fih stima tad-dħul u stima ta' l-infiq. |
2. |
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta li tinkludi l-abbozz ta' baġit lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa mhux iktar tard mill-1 ta' Settembru tas-sena ta' qabel dik li fiha l-baġit għandu jiġi implimentat. Il-Kummissjoni tista' temenda l-abbozz tal-baġit tul il-proċedura sa meta jissejjaħ il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, previst fil-paragrafu 5. |
3. |
Il-Kunsill għandu jadotta l-pożizzjoni tiegħu dwar l-abbozz ta' baġit u jgħaddih lill-Parlament Ewropew sa mhux iktar tard mill-1 ta' Ottubru tas-sena ta' qabel dik li fiha l-baġit għandu jiġi implimentat. Dan għandu jinforma lill-Parlament Ewropew kompletament bir-raġunijiet li wassluh sabiex jadotta l-pożizzjoni tiegħu. |
4. |
Jekk, fi żmien tnejn u erbgħin jum wara din il-komunikazzjoni, il-Parlament Ewropew:
|
5. |
Il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, li għandu jlaqqa' l-membri tal-Kunsill jew ir-rappreżentanti tagħhom u numru ugwali ta' membri li jirrappreżentaw il-Parlament Ewropew, għandu l-kompitu li jilħaq ftehim fuq test konġunt, b'maġġoranza kwalifikata tal-membri tal-Kunsill jew tar-rappreżentanti tagħhom u b'maġġoranza tar-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew fi żmien wieħed u għoxrin jum minn meta jissejjaħ, abbażi tal-pożizzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha tipparteċipa fil-ħidma tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni u għandha tieħu l-inizjattivi kollha meħtieġa bil-għan li tirrikonċilja l-pożizzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
6. |
Jekk, fi żmien il-wieħed u għoxrin jum previsti fil-paragrafu 5, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni jilħaq ftehim fuq test konġunt, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom kull wieħed ikollhom perijodu ta' erbatax-il jum mid-data ta' dak il-ftehim sabiex jadottaw it-test konġunt. |
7. |
Jekk fil-perijodu ta' erbatax-il jum previst fil-paragrafu 6:
|
8. |
Jekk, fi żmien il-wieħed u għoxrin jum imsemmija fil-paragrafu 5, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni ma jaqbilx fuq test konġunt, għandu jiġi preżentat abbozz ta' baġit ġdid mill-Kummissjoni. |
9. |
Meta tintemm il-proċedura prevista f'dan l-Artikolu, il-President tal-Parlament Ewropew għandu jiddikjara li l-baġit ikun ġie addottat b'mod definittiv. |
10. |
Kull istituzzjoni għandha teżerċita s-setgħa mogħtija lilha f' dan l-Artikolu skond it-Trattati u l-atti adottati taħthom, b' mod partikolari fir-rigward tar-riżorsi proprji ta' l-Unjoni u tal-bilanċ bejn id-dħul u l-infiq. |