7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 202/153 |
Artikolu 236
Il-Kunsill Ewropew għandu jadotta b'maġġoranza kwalifikata:
a) |
deċiżjoni li tistabbilixxi l-lista tal-formazzjonijiet tal-Kunsill minbarra dawk ta' l-affarijiet ġenerali u ta' l-affarijiet barranin, skond l-Artikolu 16(6), tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea; |
b) |
deċiżjoni dwar il-Presidenza tal-formazzjonijiet tal-Kunsill minbarra dik ta' l-affarijiet barranin, skond l-Artikolu 16(9), tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. |