|
7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 202/119 |
Artikolu 162
(ex Artikolu 146 TKE)
Sabiex jittejbu l-opportunitajiet ta' impjieg għall-ħaddiema fis-suq intern u sabiex b'hekk ikun hemm kontribut sabiex jogħla il- fil-livell tal-għixien għandu għalhekk jiġi stabbilit Fond Soċjali Ewropew konformement mad-dispożizzjonijiet stipulati iktar 'l isfel; għandu jkollu l-għan li jirrendi eħfef l-impjieg tal-ħaddiema u li jżid il-mobbiltà geografika u fl-impjiegi tagħhom ġewwa l-Unjoni, u li jiffaċilita l-adattament tagħhom għal tibdiliet industrijali u tibdiliet fis-sistemi ta' produzzjoni, partikolarment permezz ta' formazzjoni vokazzjonali u taħriġ mill-ġdid.